Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
14 illum | Il-Ħadd 20 ta' April 2014 I ltqajt ma' Dr Justyne Caruana -uċċju tagħha f 'Palazzo Ferreira l-Belt Valletta. Kienet mimlija enerġija u lesta sabiex nitkellmu d-dettall fuq l-impenn li daħlet għalih. Il-passjoni li Dr Caruana għandha, speċjalment għal persuni b'diżabbiltà stajt naraha f 'għajnejha u nismagħha f 'leħinha waqt li bdiet tkellimni. F'għajnejn in-nies dehret qisha bħala ħaġa ovvja li l-Prim Ministru jagħtik din il-kariga minflok Franco Mercieca. Kienet ovvja għalik? Le, jien qatt ma ħadt u qatt mhu se nieħu xejn ovvju fil-ħajja għax dak mhux parti mill-karattru tiegħi. X'kont qed tagħmel meta bagħat għalik il-Prim Ministru? Dak il-ħin kont għaddejja bil-faċendi tad-dar u nipprova nlaħħaq mat- tifla biex ngħinha ftit fil-homework kif inkun normalmet nhar ta' Sibt. Mat-telefonata li l-Prim Ministru ried ikellimni, it-tifla li għandha sitt snin, staqsietni x'ġara filwaqt li t-tifel kien qed jilgħab. Weġibt lil binti li se jkolli ninżel Malta u dlonk fakkritni li kont liebsa tracksuit u li aħjar immur inbiddel ħwejġi. Kienu s-1.30pm u l-vapur li kien imiss kien tas-2.15pm. Kelli biss kwarta ċans sabiex inlesti u nitlaq lejn l-Imġarr biex naqbad il-vapur. Kif kienet il-laqgħa ta' bejnietkom? Jien u l-Prim Ministru tal-istess età u konna anke l-Università flimkien u allura hemm element ta' ħbiberija bejnietna. Malli dħalt fil-kamra ħdejh ħares lejja u tbissimna t-tnejn li aħna. Qalli "taf ghalfejn qiegħda hawn u jien naf ix-xogħol li jogħġbok." Irringrazzjajtu tal-fiduċja tiegħu fija u ħrigt għax kien hemm kollegi oħra jistennew biex ikellimhom. Kif qed tħares lejn dan ir-rwol u x'se jkunu l-ewwel prijoritajiet li se tkun qed taħdem fuqhom? Jien dħalt għal dan ix-xogħol b'impenn kbir u mhu l-ebda sigriet li dan hu qasam għal qalbi ħafna, Jiena ħdimt diġà fil-qasam tad-diżabbiltà filwaqt li l-qasam tal-anzjani hu qasam ġdid għalija u għalhekk fejn tidħol id-diżabbiltà diġà nħossni kunfidenti filwaqt li fuq l-anzjani bdejt nara, nisma' u nitgħallem għax inħossni li għadni xi ftit iebsa. Iż-żewġ oqsma huma importanti u se nagħti sehmi ugwalment kif xieraq. Il-fatt li diġà għandek familjarità mal-qasam ta' persuni b' diżabbiltà x'temmen li huma l-ħtiġijiet urġenti li jikkonċernaw lill-ġenituri ta' dawn il-persuni? Fost l-ewwel prioritajiet hemm li dan il-qasam irid ikun aktar viżibbli għax matul is-snin ġie abbandunat. Kien hemm ħafna bżonnijiet li riedu jsiru u li tħallew għal rieħhom però matul l-aħħar ftit xhur tal-aħħar legiżlatura aħna, mill-bank tal-Oppożizzjoni, għamilna xi xogħol, u ma rridx inneħħi l-mertu minn fuq dak li għamel ħaddieħor, imma rrid insostni li l-affarijiet saru għax insistejna aħna. Minn hemm l-aġenda tad-diżabbiltà telgħet 'il fuq f 'pajjiżna. Qed tgħidli allura li kont tkun ikkonsultata mill-gvern Nazzjonalista? Ħafna drabi kont inkun ippreżentata b'deċiżjoniet li kienu jkunu diġà ttieħdu. Aħna bħalissa għandna "Hemm bżonn ta' inklużjoni sħiħa" Intervista ma' Dr Justyne Caruana – Segretarju Parlamentari għal persuni b'diżabbiltà u anzjanità attiva. Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Justyne Caruana Għandha 39 sena, mir-Rabat Għawdex Avukat u tispeċjalizza fil-liġi tal- familja, dritt kanoniku u litigazzjoni ċivili Eletta fil-Parlament għall-ewwel darba fl-2003 mit-tlettax-il distrett L-ewwel Membru Parlamentari mara Għawdxija tal-Partit Laburista Miżżewġa u għandha żewġt itfal Ritratt: Ray Attard