Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant It-Tieqa ta' Wied il-Mielaħ GĦAWDEX mhux biss id-Dwejra. Għawdex gżira li fiha ħafna u ħafna postijiet pittoreski li wieħed jista' jiskoprihom waqt passiġġati li jpaxxulek mhux biss għajnejk u jserrħulek il-menti iżda jgħinuk ukoll fiżikament, għax mixja tajba dejjem ġid tagħmillek. Fil-fatt wieħed jista' jsib sensiela ta' kotba msejħa Country Walks li jiggwidawk għal dawn il- passiġġati meraviljużi fil- kampanja Għawdxija. Dawn wieħed jista' jakkwistahom mill-entitajiet tat-turiżmu f 'Għawdex. Jien bdejthom. U ddeċidejt li naqsam magħkom din il-passiġġata li għamilt dan l-aħħar fejn skoprejt tieqa naturali magħrufa bħala: It-tieqa ta' Wied il-Mielaħ li tħabbatha ma' dik tad- Dwejra, anke jekk mhux daqshekk imsemmija. Barra minn hekk jekk tkompli miexi matul l-irdumijiet twasslek ukoll sa wied ieħor mill-isbaħ, Wied l-Għasri. Il-mixja matul l-irdumijiet ta' dan il-wied, tlaqqgħek ma' diversi għerien mal- baħar kaħlani li hu l-ġenna għal dawk li jħobbu jgawdu l-qiegħ tal-baħar u anke għal dawk l-avventurużi Għawdxin li anke jekk b'sogru għal ħajjithom jixxabbtu biex jistadu minn nofs l-irdum. Tkellimt ma' wieħed minn dawn is-sajjieda li llum iġib qrib is-sittin u dan qalli li minn meta kien tfajjel kien jissogra u jmur jistad minn nofs l-irdum, illum għadu jmur xorta waħda iżda jistad minn fuq l-irdum. Qalli li m'ilux waqa' wieħed fl-ilma u dan irnexxielu jgħum sa Wied l-Għasri fejn tela' qisu mhux hu. Il-mixja hi waħda li tagħtik sodisfazzjon kbir u tiftaħlek il-pulmuni, tagħtik paċi kbira filwaqt li tista' tammira l-ambjent naturali Għawdxi. Iżda jiddispjaċini ngħid li ltqajt wkoll mal- ambjent uman, fejn f 'fetħa fuq dawn l-irdumijiet iltqajt ma' skart ta' ġebel ta' kostruzzjoni mitfugħ bl-addoċċ, tyres u skart goff bħal washing machines u ħmieġ ieħor. Tal-mistħija kif għad hawn nies li jħammġu l-ambjent li fih jgħixu huma stess u nappella minn hawn biex jitnaddaf mill-aktar fis. Iżda dan kollu ma ħallejtux itellifli l-gost li kont qed nieħu ngawdi din il-passiġġata f 'parti waħda mid-djamant tal- Mediterran. Biex tibda din il-passiġġata tista' jew tmur l-Għarb fejn il-knisja u tibdiha minn hemm li tkun kemxejn aktar diffiċli għax biex titla' lura għal ħdejn il-knisja hemm tela' kemxejn iebsa. Inkella tagħmlu kif għamilt jien. Mill-Għarb inżilt bil- karrozza sa' Wied il-Mielaħ (hemm sinjali li juruk it- triq) niżla kemxejn twila u mserrpa bl-art simentuża u komda biex tinżel. Kif tasal wieħed jista' jipparkja bil- kwiet (spazju hemm kemm trid) u tinżel madwar 20/30 tarġa sat-tieqa ta' Wied il-Mielaħ. Titla' minn hemm u tibda mixja minn matul l-irdumijiet li jwassluk sa Wied il- Għasri. Mixja komda li teħodlok madwar siegħa u nofs u mbagħad tista' terġa' lura bil-kwiet. Jekk inti bla karozza allura tista' tmur sal- Għarb bit-trasport pubbliku, u mill-Għarb bil-mixi tinżel sat-tieqa u wara tibqa' sejjer sal- Għasri nkella titla' minn fejn Ta' Pinu. Passiġġata li se npoġġilkom ir-ritratti li ħadt jien stess biex b'hekk nagħtikom l-opportunità dak li rajt b'għajnejja jien, taħlita ta' kampanja u baħar mill-isbaħ. Hi passiġġata faċli li nagħtikom parir tagħmluha meta xi darba tiddeċiedu li tqattgħu ġurnata Għawdex u tixtiequ taraw xi ħaġa differenti aktar mis-soltu u b'hekk tmorru lil hinn mid-Dwejra. Fejn it-tieqa ta' Wied il-Mielaħ hemm ukoll imwejjed tal-ġebel fejn wieħed jista' wkoll jagħmel xi tip ta' picnic, basta wara tiġbru l-iskart kollu u teħduh magħkom lura, ħalli nħallu ambjent nadif li jista' jgawdih kulħadd. It-tieqa ta' Wied il-Mielaħ Il-wied ta' Wied il-Mielaħ, miżgħud b'għerien mal-baħar Xena mis-sbuħija ta' Wied l-Għasri Mappa tal-mixja John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014