Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
GLOBAL Gases, il-produttur u distributur ewlieni fid-dinja ta' gassijiet speċjalizzati għall- industrija, għażlet lil Malta bħala s-sit tal-ewwel faċilità ta' taħlit għal gass speċjalizzat fir-reġjun tal-Mediterran. Il-faċilità, li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Bulebel fiż- Żejtun, kienet inawgurata mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr Chris Cardona. Global Gases, li għandha l-uffiċċju ċentrali f 'Dubaj, hi fornitur ewlieni indipendenti ta' gassijiet industrijali u speċjalizzati għas-swieq 'l barra mix-xtut kif ukoll tal-mediċina. Il-prodotti tal-kumpanija jinkludu fost l-oħrajn gassijiet speċjalizzati, firxa ta' gassijiet u taħlit ta' gassijiet ibbażati fuq argon u elju (helium) għall-użu ta' xogħol fuq il-metall, taħlit għall-ġassijiet tal-bombli tal-arja li jintużaw f 'ibħra fondi, taħlit ta' liquid helium u nitroġenu u prodotti oħra assoċjati mal-operazzjonijiet MRI, ċilindri tal-gass u taħlit għar-riċerka, laboratorji u applikazzjonijiet oħra ta' natura medika. Id-Direttur Maniġerjali u l-Kap Eżekuttiv ta' Global Gases Deepak Mehta qal: "L-impjant il-ġdid tagħna f 'Malta, li hu l-ewwel faċilità tat-taħlit speċjalizzat fil- Mediterran u fl-Ewropa, se jipprovdi bażi eċċellenti biex intejbu l-abbiltà tagħna li nservu l-klijenti tagħna Maltin, u oħrajn fit-Tramuntana u l-Punent tal-Afrika, kif ukoll dawk fin-Nofsinhar tal-Ewropa u l-Lvant tal-Mediterran. Investejna somma inizzjali ta' €2 miljun biex nistabilixxu u mmexxu din il-faċilità iżda l-benefiċċju fit-tul għal Malta ser ikun ħafna ikbar peress li dan in-negozju għandu valur għoli u hemm probabbiltà għolja li jiġġenera ammonti konsiderevoli ta' dħul għall- kaxxa ta' Malta." "Malta hi l-post ideali għalina, mhux biss minħabba l-pożizzjoni ġeopolitika tagħha. Il-fatt li l-proċess tat-twaqqif tan-negozju hawnhekk hu rigoruż, iżda sempliċi, kien kruċjali flimkien mal-appoġġ tal-ogħla livell mill-aġenziji kollha li ħdimna magħhom. Global Gases hi impenjata għall- iżvilupp fit-tul tal-ħidma tagħna f 'Malta bħala ċentru għal espansjoni tan-negozju tagħna madwar dan ir-reġjun," qal Deepak Mehta. Il-Ministru Cardona qal, "Global Gases ħadet id- deċiżjoni strateġika li tinvesti f 'Malta mhux biss minħabba l-pożizzjoni ferm tajba li għandna bejn l-Ewropa u l-Afrika, iżda wkoll għaliex sabu ambjent xieraq għall- investiment, l-infrastruttura u l-appoġġ biex jagħtuhom il-fiduċja li jinvestu f 'pajjiżna. Dan hu eżattament it- tip ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u negozju ta' valur għoli li l-Gvern qed jaħdem ħafna biex jattira lejn Malta. Il-ftuħ ta' din il-faċilità l-ġdida jkompli jsaħħaħ it-twemmin tagħna li l-istrateġija ta' investiment lejn pajjiżna hi strateġija tajba." SAHO Harada, atleta Ġappuniża mat-tim nazzjonali tal-għawm sinkronizzat ta' pajjiżha, hi parti mit-tim dedikat ta' kowċis li jgħallmu l-isports relatat mal-ilma tal- programm KMS Skolasport sponsorjat minn Kellogg's. Harada, li tgħallem fil- Kumpless Sportiv f 'Tal-Qroqq, iġġib magħha esperjenza u għarfien wiesa' peress li kienet ikkompetiet b'suċċess fil-Logħob Olimpiku ta' Ateni fl-2004 fejn rebħet il-midalja tal-fidda, u erba' snin wara fil-Logħob Olimpiku ta' Beijing tal-2008 fejn rebħet il-midalja tal-bronż. L-għawm sinkronizzat, magħruf ukoll bħala ballet tal- ilma, hu taħlita ta' akrobazija koordinata, għawm u żfin. Dan l-isport jirrekjedi ħafna movimenti grazzjużi, saħħa bażika, flessibbiltà, kontroll tan- nifs, timing perfett u reżistenza. Harada kkumentat li: "Ħafna min-nies jiddefinixxu l-isport tal-għawm sinkronizzat bħala żfin fl-ilma però hemm ħafna iktar għaddej milli jolqot l-għajn. L-għawwiema sinkronizzata hi mistennija li tagħmel numru ta' movimenti atletiċi ibsin u li jeħtieġu finezza, flessibbiltà, movimenti koordinati u perfetti biex jispikkaw f 'din id-dixxiplina. Bħala parti mir-rutina ta' kull sessjoni l-għawwiema jgħinu lil għawwiema oħra mingħajr ma jmissu l-qiegħ tal-pixxina." "Il-programm, iddisinjat minn KMS Skolasport, hu maħsub biex jiggwida lill-partiċipant fit-taħriġ bażiku li jsir fuq l-art sa movimenti ta' koreografija avvanzata fl-ilma. Għandna tim żagħżugħ, enerġetiku u kapaċi li qed juri progress. Huma qed iħejju t-triq biex jikkompetu fuq livell nazzjonali," żiedet Harada. KMS Skolasport għadha qed tilqa' l-applikazzjonijiet għall- korsijiet tal-għawm sinkronizzat li jsiru kull nhar ta' Sibt filgħodu għat-tfalijiet ta' bejn id-9 u s-16-il sena, kif ukoll għal korsijiet oħra. Il-programm ta' KMS Skolasport jintemm fit-30 ta' Mejju 2014. Ir-rata tal- applikazzjoni hi ta' €15 u tkopri l-perjodu bejn April u Mejju 2014. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Għal iktar tagħrif dwar il-klassijiet tal-għawm sinkronizzat, li ser isir ukoll fis-sajf li ġej, jew id-dixxiplini sportivi l-oħra pprattikati fil-KMS Skolasport, wieħed jista' jikkuntattja lis-Sezzjoni tal- Programmi fl-uffiċċju ewlieni tal-Kunsill Malti għall-iSport fuq 2203 6000, jew bl-imejl fuq programmes@sportmalta.org. mt, inkella jżur is-sit www.sportmalta.org.mt 24 illum | Ħadd 20 ta' April 2014 Kummercjali Għawm sinkronizzat mill-KMS Skolasport Il-medalista Olimpika Saho Harada waqt sessjoni ta' għawm sinkronizzat fil-programm ta' Skolasport Malta għall-ewwel faċilità tat-taħlit tal-gass fil-Mediterran Global Gases tagħżel lil Malta