Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
2 illum | Il-Ħadd 20 ta' April 2014 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq l-oGħlA 23˚Ċ l-inQAS 14˚Ċ teMp: Sabiħ. Viżibilità: Tajba.. riħ: L-aktar min-Nofsinhar għal-Lbiċ forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jdur l-aktar lejn ix-Xlokk. Lejn it-Tramuntana tal-inħawi: isir l-aktar mill-Grieg il-Lvant forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 filgħaxija bAħAr: Moderat li jsir moderat għal qawwi billejl. Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM l-oGħlA 23˚Ċ l-inQAS 14˚Ċ teMp: Imsaħħab li jsir ftit imsaħħab. Viżibilità: Tajba. riħ: L-aktar min-Nofsinar għal-Lbiċ forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir Punent għall- Majjistral u jonqos għal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 billejl bAħAr: Moderat għal qawwi li jsir moderat billejl. SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 54 45 62 61 66 68 46 51 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta NatioNal Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun aNiCi Pharmacy, Triq Anici, Qormi st. Helen Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara Deby's Pharmacy, 1, Misraħ il-Barri- eri, Msida spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann Chemimart Ltd. Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitka- li, Attard ViCtory Pharmacy, 16, Triq il-Vitor- ja, Naxxar st. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba st. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kotton- era, Birgu meDiatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Żabbar blossoms Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa ChrysaNthemum Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi the Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi spiżerija Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Gozo Chemists, Mġarr Road, Xewkija Malta hija s-sbatax-il pajjiż ILLUM qed tagħti ħarsa lejn l-approvazzjoni tal-unjoni ċivili Iż-żwIeġ, dikjarazzjoni formali bejn tnejn min-nies li jwiegħdu mħabba, fedeltà u lealtà lejn xulxin. Din id- dikjarazzjoni tista' ssir kemm b'mod ċivili kif ukoll b'rit reliġjuż skont it-twemmin tal- individwi kkonċernati. Sa ftit tas-snin ilu, iż-żwieġ kien biss aċċettat bejn żewġ persuni ta' sess oppost. Għalkemm persuni omosesswali eżistew sa minn dejjem, id-dritt ta' żwieg għal persuni tal-istess sess, ma kienx aċċettat. Avolja ġie ppruvat xjentifikament li persuna m'għandhiex kontroll fuq il-ġibdiet sesswali tagħha, għax dawn huma tendenzi li bniedem jitwieled bihom, is-soċjetà qatt m'aċċettat li żewġ persuni omosesswali, nisa jew irġiel, jistgħu jingħaqdu flimkien bħala familja b'xi forma ta' dikjarazzjoni formali. Dan in-nuqqas xorta ma żammx lura l-eżistenza ta' koppji omosesswali milli jgħixu flimkien u f 'ċerti każi anke jibnu familja. Dawn il-koppji ħafna drabi kienu jżommu profil baxx minħabba l-fatt li kienu f 'minoranza u minħabba li s-soċjetà, speċjalment dawk ta' twemmin reliġjuż, dejjem pinġewhom bħala membri tas-soċjetà li qed jgħixu fid-dnub. Sal-lum il-ġurnata, f 'ħafna pajjiżi madwar id- dinja, inkluż pajjiżi żviluppati, li tkun persuna omosesswali fil-miftuħ tista' twasslek biex tispiċċa l-ħabs jew ġo xi sptar mentali. Tista' twasslek ukoll għal vjolenza fiżika jew mentali minn nies li ma jaċċettawx is-sesswalità tiegħek. Tista' twasslek biex issofri minn bullying jew inġustizzji kemm fl-iskola jew fuq il-post tax- xogħol. Illum, żwiġijiet jew unjonijiet ċivili bejn koppji tal-istess sess qed ikunu kkunsidrati bis- serjetà, tant li sittax il-pajjiż diġà jirrikonoxxuhom formalment. Malta issa hija s-sbatax il-pajjiż żdied mal-lista li tinkludi l-Olanda, il-Belġju, Spanja, l-Afrika t'Isfel, in-Norveġja, l-Isvezja, il-Portugall, l-Iżlanda, l-Arġentina, id-Danimarka, Franza, il-Brażil, l-Urugwaj, New Zealand u l-Ingilterra filwaqt li l-Amerka u l-Messiku għandhom stati fihom infushom li jirrikonoxxu tali żwiġijiet jew unjoni. F'pajjiżna, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra, persuni omosesswali m'humiex persegwitati b'tali mod li jispiċċaw ġo xi ħabs jew sptar mentali. Xorta però, teżisti ċertu intolleranza minn xi nies li jesprimu stmerrija fil-konfront ta' persuni omosesswali u għad fadal ħafna xi jsir biex nedukaw u naċċettaw lil kulħadd. Nhar it-Tnejn li għadda, il-Parlament Malti approva l-liġi li tirrikonoxxi l-unjoni ċivili bejn żewġ persuni tal-istess sess, inkluż id-dritt tal-adozzjoni. Din l-aħbar ġiet iċċelebrata fi pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta immedjatament wara, minn folla ta' nies gay u anke straight. Il-Knisja tibqa' siekta dwar il-liġi tal-unjoni ċivili james j. pisCopo jpiscopo@mediatoday.com.mt "Il-KnIsja naqset milli twettaq b'mod effettiv il-missjoni tagħha tul il- kwistjoni dwar żwieġ bejn persuni gay u l-adozzjonijiet tat-tfal minn dawn il-koppji." Dan qalu Fr Joe Borg f 'kummenti ma' din il- gazzetta meta ġie mitlub jikkummenta dwar il-mod kawt kif il-Knisja aġixxiet fuq dawn it-temi. Fl-2011 il-Knisja kkampanjat b'mod attiv kontra l-introduzzjoni għad-divorzju, iżda sa tliet snin wara l-Knisja preferiet li taġixxi b'mod aktar kawt fuq l-unjoni ċivili. Filwaqt li din niżlet tajjeb ma' dawk li ħassew li l-Knisja kienet qed timponi t-tagħlim tagħha fuq ħaddieħor, kien hemm oħrajn li ħassew li l-Knisja kienet qed tonqos meta ma tleħħinx l-opinjoni tagħha. Fost dawn hemm Fr Joe Borg, li għal diversi snin kien involut fit-tixrid tal-messaġġ tal-Knisja lokali u waqqaf radju u gazzetta tal-Knisja fost l-oħrajn. Borg sostna li r-rwol tal- Knisja fis-soċjetà huwa li titfa' d-dawl tal-evanġelju fuq ir-realtà umana. "Id-dmir tal-Knisja li titkellem dwar it-temi kollha li jolqtu l-bniedem – bħal politika, ekonomija, kultura u affarijiet soċjali - jikber aktar meta s-soċjetà tkun waħda pluralista. Din it-tip ta' soċjetà tipprova ssib armonija bejn vuċijiet u pożizzjonijiet differenti. Jekk il-Knisja tibqa' siekta tkun naqset milli tipprovdi leħen importanti. Il-Knisja tkun għalhekk qed tonqos lill-proċess demokratiku," qal Borg. Mingħajr tidwir tal-kliem, Fr Joe Borg isemmi kif fil-preżent hemm problema ta' tmexxija fil-Knisja lokali. Jgħid kif filwaqt li l-Isqof Awżiljarju tkellem b'mod ripetut fuq l-unjoni ċivili, l-isqfijiet l-oħra baqgħu siekta, waqt li jsemmi wkoll il-kuntrast dwar kif imxiet il-Knisja fid-divorzju u fl-unjoni ċivili. "M'għandi l-ebda dubju li "jista' jkun li ġejja minn problema fit-tmexxija" - fr. joe borg