Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
6 illum | Il-Ħadd 20 ta' April 2014 Jissokta l-każ ta' Ġiġi r-Rizzu f 'Għawdex GĦALKEMM hemm min jaħseb li meta jgħaddu s-snin minn fuq każ il-Pulizija tinsih u għalihom il-każ huwa magħluq, fil-verità mhux il-każ. Jista' jkun li peress li ma jkunx hemm provi jew informazzjoni ġdida, l-investigaturi ma jkollhomx fejn jiċċaqalqu, imma l-każ ma jingħalaqx. Jidher li fil-każ tal-qtil ta' Ġiġi r-Rizzu hemm min fil-Pulizija jemmen li wara 17-il sena jista' jkun li jaslu biex iressqu lil xi ħadd il- Qorti b'konnessjoni ma' dan l-omiċidju li sal-lum għadu fuq fomm l-Għawdxin. Għalkemm hemm reati li wara numru ta' snin li ma jkun tressaq ħadd, il-każ jaqa' minħabba li jkun preskritt, qtil m'għandux preskrizzjoni u għalhekk jibqa' miftuħ. Indħil biex il-każ jibqa' mistur? Il-ġimgħa l-oħra rajna kif Ġiġi r-Rizzu, ta' 42 sena mir-Rabat, Għawdex, ismu propja Louis Galea, inqatel b'żewġ tiri fuq in-naħa ta' wara ta' rasu sparati mill- qrib nhar it-Tlieta, 19 ta' Novembru 1996. Wara li nqatel, il-kadavru tiegħu ntefa' f 'bir f 'Wied il-Għasri limiti taż-Żebbuġ u nstab 50 ġurnata wara fid-9 ta' Jannar 1997. Meta kont qattajt xi jiem fil- gżira Għawdxija xi ġimgħat wara dan id-delitt, kont tkellimt ma' diversi persuni li kienu jafu sew kemm lil Ġiġi kif ukoll lill-familja Galea kollha mill-qrib. Uħud minn dawn kienu tal-fehma li dan il-każ kien se jkun diffiċli għall-Pulizija. Imma l-ikbar problema li kienu se jsibu, allegaw dawn is-sorsi, hija li "hemm indħil minn xi ħadd" biex il-każ jibqa' mistur, iżda qatt ma kien hemm xi prova dwar din l-allegazzjoni. Dan l-aħħar staqsejt sors qrib il-Pulizija dwar din l-allegazzjoni u għalkemm ma ngħatajtx risposta diretta, il-ħarsa, it-tbissima u ċ-ċaqliq tar-ras, kienet risposta ovvja li verament seta' kien hemm persuna jew persuni li allegatament setgħu influwenzaw lil xi ħadd u b'hekk ħadd ma tressaq il-Qorti jew ma saritx pressjoni biżżejjed biex jaslu għal xi tip ta' ammissjoni. Fejn inqatel Ġiġi? Kien hemm min qal li r-Rizzu nqatel ħdejn il- bir billi sfurzawh jinżel għarkuptejh, żammewlu rasu baxxuta u tawh żewġ tiri minn wara. Qtil stil mafjuż. Kienet arma, pistola kalibru .22mm li biha ġew sparati tnejn jew tliet tiri wara xulxin u bl-arma tmiss mar- ras wara widnejh. Fil-fatt fir- ras kellu toqba waħda li seta' jindika li balla waħda nifdet ir-ras filwaqt li nstabet balla f 'rasu u balla oħra nstabet fil-bir. Jekk fil-fatt inqatel ħdejn il-bir, kif Ġiġi ntlaqat mit-tiri huwa ntelaq għal mejjet u wara xeħtuh fil-bir. Kif kien mitluq fil-bir il-qattiela tefgħu ġebel fuq il-kadavru biex jibqa' fil-qiegħ biex forsi ma jinstab qatt. Wara huma għattew il-bokka tal-bir bi pjanċa taż-żingu u telqu. Iżda minn aktar stħarriġ li għamilt fil-jiem li għaddew ħarġu diversi mistoqsijiet. Jidher li l-Pulizija ma eskludietx il-fatt li Ġiġi ttieħed f 'ħanut f 'Marsalforn, jew mar hemm għax kien imwiegħed xi ħaġa, fejn huwa kellu kaxxi tal-logħob mikrijin. Seta' Ġiġi nduna li xi ħadd kien qed ibagħbas fil-kaxxi biex għand min kienu mikrijin kien qed idaħħal aktar flus filwaqt li Ġiġi kien qed jieħu parti żgħira biss? Jista' jkun li Ġiġi kien hedded li se jagħmel rapport mal-Pulizija biex ikun jista' jiġbor flusu b'konsegwenza li min kien qed iqarraq bih se jkun investigat fuq frodi ta' eluf ta' liri Maltin? Għaldaqstant teżi oħra ta' kif inqatel Ġiġi hija li kif ir-Rizzu kien f 'dan il-ħanut qam argument ma' dawn il-persuni li qalulu biex imur ħa jingħata l-flus li kellu jieħu, iżda minflok qatluh. Jekk ġara hekk, allura kif Ġiġi kien mejjet xi ħadd ħa l-vann tal-vittma lura fi Triq Mikiel Busuttil fir-Rabat fejn kien joqgħod Ġiġi biex John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Wara 17-il sena jista' jitressaq xi ħadd il-Qorti Il-qtil ta' Ġiġi r-Rizzu fl-1996 f 'Għawdex It-tieni parti ILKAP Eżekuttiv ta' SmartCity żied jgħid li meta jkollok kumpaniji li qed jipprovdu servizzi operattivi globali mifruxa fuq 24 siegħa kuljum, jkunu neċessarju li l-infrastruttura pprovduta tiggarantixxi kontinwazzjoni assoluta fis-servizzi, mhux biss bħala teknoloġija tal-informatika iżda anke provista tal-elettriku. Qal ukoll li diġà hemm sistemi eżistenti li jiżguraw li x-xogħol ta' dawn il- kumpaniji jkun jista' jitkompla fi kwalunkwe eventwalità. Sostna għalhekk li filwaqt li hemm numru ta' kumpaniji diversi li se joperaw minn SmartCity, il-pilastru ewlieni se jibqa' s-servizzi pprovduti tat-teknoloġija tal-informatika li wara kollox huma tant essenzjali għall-kumpaniji, kemm Maltin kif ukoll barranin, li qed jagħżlu li jibbażaw l-operat tagħhom fi SmartCity. Meta staqsejna lil Tabone dwar l-esperjenza twila tiegħu ta' xogħol f 'Dubaj u jekk din hux qed tkun ta' għajnuna sabiex jinġiebu aktar kumpaniji lejn SmartCity Malta, il-Kap Eżekuttiv qalilna li l-proġett hu parti minn network ta' business cities bejn SmartCity Malta, SmartCity Dubai iżjed magħruf bħala Dubai Internet City u SmartCity Kerala ġo l-Indja u li għalhekk in-network hu wieħed wiesa' u kkonferma li kumpaniji minn Dubaj diġà fetħu f 'Malta. Tkellem ukoll dwar il-fatt li kumpaniji li ġejjin minn pajjiżi fil-Golf Għarbi qed jagħżlu li jiġu SmartCity Malta mhux biss għas-suq Malti, li huwa ta' ftit aktar minn 400,000 elf ruħ, imma anke għax minn SmartCity Malta għandhom aċċess għas-suq sħiħ Ewropew. Dwar il-ftuħ tal-laguna ġimagħtejn ilu, Tabone qal li kienu eluf li marru jżuru l-post u li r-rispons kien wieħed tajjeb ħafna. Qal li din kienet l-ewwel darba li l-poplu seta' verament igawdi mill-investiment li qed isir fil-proġett ta' SmartCity u li x-xogħol qed ikun apprezzat. Ikompli minn paġna 1 SmartCity hija parti minn retikolat ta' business cities Għada jibdew il-kampanji elettorali mill-PL u l-PN Il-pilastru ewlieni ta' SmartCity jibqa' s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika ILKAMPANJA elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir fl-24 ta' Mejju, se tiftaħ propju għada b'avvenimenti mill- partit Laburista u l-partit Nazzjonalista. Kampanja ta' ħames ġimgħat li finalment iwasslu għall-jum li fih il-poplu Malti u Għawdxi hu mistieden biex jivvota u jagħżel is-sitt rappreżentanti tiegħu għal-leġiżlatura li jmiss fil-Parlament Ewropew. B'messaġġ fuq Twitter, akkumpanjat b'filmat, il-Prim Ministru Joseph Muscat kiteb "On Monday, we roll!" It- tnedija tal-kampanja tal-partit Laburista se ssir f 'Misraħ ir-Rebħa, il-Birgu, fejn fis- 7.30pm se jkun hemm rally indirizzat mill-Prim Ministru stess. Ftit qabel, fis-6pm, fid-Dar Ċentrali f 'Tal-Pietà, il- partit Nazzjonalista wkoll se jkun qed jiftaħ il-kampanja elettorali tiegħu b'rally li minbarra li se jattendu għalih il-kandidati kollha għal din l-elezzjoni se jkun hemm indirizz mill-Kap tal-partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Matul il-ħames ġimgħat li ġejjin, il-partiti mistennija jorganizzaw numru ta' attivitajiet li matulhom, il- poplu Malti u Għawdxi jkollu opportunità li jiltaqa' mal- kandidati ta' din l-elezzjoni. L-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se ssir fl-24 ta' Mejju