Illum previous editions

illum 20 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 20 ta' April 2014 SPORTSillum SPORTSillum Hibernians....................1 Birkirkara.....................4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BIRKIRKARA kisbu rebħa kbira ta' 4-1 kontra Hibernians biex b'hekk resqu viċin li jiksbu t-tieni kampjonat konsekuttiv. Dan hekk kif huma jaffrontaw lir-rivali kbar Valletta nhar is-Sibt li ġej fejn jekk il-Beltin jegħlbu lil Balzan għada, il-konfront bejn Birkirkara u Valletta jista' jiġi meqjus bħala decider klassiku. Għal Birkirkara rritornaw Joseph Zerafa u Gareth Sciberras, b'dan tal-aħħar ikun inkluż fuq il-bank tas-sostituti waqt li Hibernians kellhom lil Scott Chircop u Jurgen Balzan neqsin. Fl-20 minuta Jackson Lima wara li rċieva tajjeb minn pass għaqli ta' Tarabai spara għoli. Ftit wara eżattament fit-23 minuta Shola Shodiya Haruna mill-viċin u f 'lasti vojta tefa' inkredibbilment barra wara li l-goalkeeper Daniel Balzan ħareġ ħażin. Fis-27 minuta l-Karkariżi fetħu l-iskor meta Edward Herrera ra x-xutt angulat tiegħi jiġi milqugħ minn Balzan li iżda ma żammx u mir-rebound Edward Herrera tefa' ġewwa mingħajr tbatija. Fl-54 minuta Failla kien l-eroj għat-tim tiegħu meta tajjar il-ballun minn saqajn Jhonnattann Benites li kellu l-okkażjoni li minn ġol-kaxxa jitfa' fix-xibka għat-tieni darba fil-logħba. U erba' minuti biss wara Hibs setgħu skorjaw il-gowl ta' parità iżda Tarabai minn ġol-kaxxa wara li rċieva minn daqqa ta' ras ta' Jackson Lima ra t-tenatttiv tiegħu minn xutt angulat jgħaddi barra mil- lasti difiżi minn Justin Haber. Fit-62 minuta Birkirkara rduppjaw l-iskor permezz ta' Zach Muscat li wara li rċieva minn freekick ta' Jhonnattann Benites għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' fix-xibka. Fit-72 minuta Hibs spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom l-attakkant prolifiku Niġerjan Obiefule, b'karta ħamra diretta. Birkirkara għamluhom 3 fl-74 minuta permezz ta' ġmiel ta' gowl ta' Edward Herrera wara azzjoni personali, bix-xutt tiegħu jispiċċa fis-saqaf tax- xibka u ma jagħti l-ebda ċans lil Daniel Balzan. L-iStripes komplew ikabbru l-marġni tal-iskor fit-82 minuta meta Jhonnattann Benites irċieva tajjeb mingħand Ryan Scicluna, daħal tajjeb fil-kaxxa, qabeż lill-goalkeeper Daniel Balzan u tefa' f 'lasti vojta. Hibs skorjaw il-gowl tal-bandiera fis-87 minuta meta Jackson Lima rċieva l-ballun minn cross ta' Clayton Failla u mill-viċin tefa' fix-xibka. Hibernians - Balzan, Tabone Desira, Radusinovic, Pearson, Lima, Kristensen, Levnaic, Failla, Obiefule, Dos Santos, Farrugia Birkirkara - Haber, Muscat, Vukanac, Bissi, Zerafa, Muscat, Fenech, Scicluna, Haruna Shola Shodiya, Herrera, Benites Referee - Mario Apap Ritratt: Ray Attard JHONNATTANN BENITES DA CONCEICAO Twieled fis-27 ta' Lulju 1989 f'Cardoso Moreira fil-Brażil Ingħaqad ma' Birkirkara fl-istaġun li għadda mingħand l-arċi-rivali, Valletta Jilgħab fil-pożizzjoni ta' attakkant u skorja doppjetta f'din il-logħba Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li hawn Malta waqt li kellu staġun mill-aqwa ma' Birkirkara Birkirkara viċin ir-rebħ tal-kampjonat Shola Shodiya Haruna jindirizza xutt lejn il-lasti avversarji b'Zoran Levnaic u Rowen Muscat isegwu l-azzjoni mill-viċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 April 2014