Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt I d-deċiżjoni ta' Simon Busuttil li jobbliga lid-deputati tiegħu jastjenu mill-vot ta' nhar it-Tnejn li għadda, bl-iskuża li ma riedx jurta lill-partitarji Nazzjonalisti tiegħu kontra xulxin, ħalliet impatt ikrah fuqhom kollha stess. L-istess bħall-partit Laburista, in-Nazzjonalisti huma maqsuma bejn dawk in-Nazzjonalisti akkaniti u l-kumplament, forsi iżgħar -età li huma Nazzjonalisti liberali. Nhar it-Tnejn li għadda Simon Busuttil wera biċ-ċar li mhux kapaċi jieħu deċiżjoni -aħjar interess tal-partit tiegħu meta ġie aċċjat jieħu deċiżjoni li taqta' bħal xafra miż-żewġ naħat. Simon Busuttil għażel li jibqa' gallarija. Simon Busuttil għandu quddiemu l-istess xenarju li sab ma' wiċċu Joseph Muscat meta laħaq mexxej tal-partit Laburista. Muscat sab partit li kien maqsum bejn Laburisti akkaniti u Laburisti liberali. Mill-mument li laħaq mexxej tal-partit Laburista Muscat wiegħed li se jagħmel terremot intern fl-aħjar interess tal-partit u żamm kelmtu. Joseph Muscat fehem li l-poplu Malti tal-lum hu poplu li evolva fil-ħsieb tiegħu u li spiċċa ż-żmien li kull ma jagħmel il-partit jibqa' jittieħed bħala sagrosant mill- partitarji tiegħu. Muscat ma beżax jibdel id-dehra tal-partit u l-fehma tal-partitarji tiegħu li kienu ilhom fl-Oppożizzjoni għal kważi 25 sena. It-trasformazzjoni li għamel fil-partit Laburista Joseph Muscat wasslet sabiex ġibed lejh anke partitarji Nazzjonalisti liberali u spiċċa rebaħ l-elezzjoni b'maġġoranza ta' 36,000 vot. Ir-rwol ta' min ikun mexxej jew kap jinvolvi li jittieħdu deċiżjonijiet. Kull mexxej jew kap irid jaffronta mumenti ta' deċiżjoni waqt il-qadi ta' dmirijietu u dan irid isir fl-aħjar interess tal- partit u ta' min isegwih. Il-partitarji Nazzjonalisti laqgħu lil Simon Busuttil bħala l-kap suċċessur ta' Lawrence Gonzi. Kap li bħal Joseph Muscat ħadem bħala Membru Parlamentari Ewropew. Kap li bħal Joseph Muscat għadu żagħżugħ fl-età u li jirrappreżenta dehra friska u moderna fil-ħsieb tiegħu. Kap li hemm bżonn jagħmel bidla mill-qiegħ ta' partit niexef mill-finanzi u niexef mir-riżorsi. Kap li ma jibżax jirfes kallijiet fl-aħjar interess tal-partit. Kap li jirrappreżenta sfida iebsa lil Joseph Muscat u l-partit Laburista li jinsab fit-tmun tal-pajjiż. Dan hu dak li stennew il-partitarji Nazzjonalisti b'Simon Busuttil bħala Kap. Stennew lil Simon Busuttil jirxoxta lill-partit tagħhom minn telfa elettorali massiċċa. Stennew li Simon se jġedded u jirriforma partit mill- qiegħ u li ma jibżax mill-isfidi li jsib quddiemu bħalma Joseph Muscat ma beżax jirriforma l-partit Laburista. Wara iktar minn sena fl-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu ma ħalla ebda impatt fir-riforma li tant hemm bżonn fi ħdan il-partit Nazzjonalista. Riforma sabiex mill-aktar fis possibbli l-partit Nazzjonalista jippreżenta ruħu bħala partit sod, partit magħqud u mġedded b'viżjoni aġġornata maż-żminijiet u ħtiġijiet tal-lum. Il-partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil għandu bżonn jiftaħ reklutaġġ ta' nies ġodda fi ħdanu sabiex jiġġedded u mhux jispiċċa jorganizza coffee mornings u dinner dances fid-Dar Ċentrali. Simon Busuttil irid jifhem li waqt li l-partit Nazzjonalista għandu dejjem jirrispetta lill-partitarji akkaniti tiegħu, dawn l-istess partitarji m'għandhomx iżommuh lura milli jbiddel u jaġġorna l-politika tiegħu skont il-ħtiġijiet u l-iżvilupp tas-soċjetà li qed ngħixu fiha. Fi ftit ġimgħat oħra Simon Busuttil se jressaq lill-partit Nazzjonalista quddiem il-ġudizzju tal-elettorat fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Elezzjonijiet li se jagħtu l-opportunità lill-poplu kollu biex jerġa' jsemma' leħnu u jġedded il-fiduċja tiegħu fil- partiti politiċi u min qed imexxihom wara perjodu ta' ftit aktar minn sena mill-elezzjoni ġenerali tas-sena li għaddiet. Ikun xi jkun ir-riżultat l-ebda kap jew mexxej ta' partit ma jista' jibqa' gallarija u jinjora l-vuċi ta' poplu li eduka ruħu, tgħallem jaħseb u li qed jgħix fiż-żminijiet tal-lum. Il-Kap li ma ddeċidiex!