Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/298227
Il-Ħadd 20 ta' April 2014 | illum 23 Kummercjali Vodafone jikkollaboraw ma' Inspire IMPJEGATI ta' Vodafone qamu minn fuq l-iskrivaniji tagħhom biex jaħarqu ftit kaloriji f 'tournament għal kawża ġusta. Tim ta' Vodafone rnexxielu jgħaddi għall-finali ta' seven-a-side tournament tal-futbol għall-karità organizzat mill-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit u Inspire fil-Kulleġġ ta' San Martin fis-Swatar fid-29 ta' Marzu. Il-ġurnata kienet mimlija divertiment għall-impjegati fejn lagħbu bħala tim biex jiġbru fondi għall-Inspire. Inspire hi organizzazzjoni li taħdem bla profitt u tgħin persuni b'diżabbiltà. L-organizzazzjoni tipprovdi servizzi terapewtiċi, edukattivi u ta' divertiment u tippromwovi opportunitajiet ugwali għal kulħadd. Inspire għandha bżonn ta' €2.7 miljun fis-sena biex tkun tista' tagħti dawn is-servizzi. Wara ħafna battikati ta' matul il-ġurnata l-impjegati kienu trattati b'riċeviment kmieni filgħaxija li kien jinkludi wkoll raffle għal Inspire bi premjijiet mill-isbaħ li kienu jinkludu żewġ biljetti bil-katamaran għal Sqallija. Impjegati ta' Vodafone jaħarqu l-kaloriji għall-karità HSBC jappoġġja lil Malta bħala ċentru ewlieni għall-kummerċ MARK Watkinson, il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Bank Malta, fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Bank li saret fit-16 ta' April, qal li Malta għandha l-opportunità li ssir ċentru ewlieni għall-kummerċ. "Bit-tielet l-akbar port fil-Mediterran u pożizzjoni ġeografika mill-aqwa bħala pont bejn l-UE u l-Afrika, il-potenzjal ta' Malta hu pożittiv ħafna. B'appoġġ għal din il-viżjoni, matul is-sena li għaddiet l-HSBC nieda Fond ta' €50 miljuni bl-isem "Malta Trade for Growth". Dan sar biex jiffaċilita l-aspirazzjonijiet ta' kumpaniji Maltin li jridu jsibu swieq ta' esportazzjoni ġodda u fornituri barranin aktar kompetittivi," qal Mark Watkinson. Mark Watkinson iddeskriva s-sena 2013 bħala waħda ta' sfidi konsiderevoli li matulha l-HSBC Bank Malta kiseb riżultati reżiljenti li jitqabblu favorevolment mas-settur. L-isfidi ewlenin li kienu ffaċċjati jinkludu l-inċertezza kontinwa fiż-Żona Ewropea, bidliet regolatorji sinifikanti u t-tkabbir ekonomiku lokali mrażżan. Minkejja dan kollu, l-HSBC Malta ta prestazzjoni ferm tajba u kiseb qliegħ qabel it-taxxa ta' €90 miljun għas-sena li ntemmet fil-31 Diċembru 2013. "Dan hu ta' ġieħ għax-xogħol iebes mit-tim tagħna. It-tliet setturi ewlenin tan-negozju – is-settur tas-Servizzi Bankarji bl-Imnut u tal-Immaniġjar tal-Ġid (RBWM), is-Servizzi Bankarji Kummerċjali (CMB) u s-Servizzi Bankarji Globali u tas-Swieq (GBM) kienu profittabbli matul is-sena taħt reviżjoni. Inkomplu ninvestu fin-negozju tagħna biex niżguraw is-sostenibbiltà tagħha fit-tul u nistinkaw biex noffru l-ogħla livell ta' servizz lill-klijenti tagħna u l-komunità," qal Watkinson. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali kienu kkonfermati d-Diretturi maħtura mill- HSBC Europe BV li għandu l-maġġoranza tal-ishma. Dawn huma Sonny Portelli (Ċermen), Mark Watkinson (Kap Eżekuttiv), Ranjit Gokarn, Brian Robertson, Dr Philip Farrugia Randon u l-Professur Andrew Muscat. John Bonello, James Dunbar Cousin u Caroline Zammit Testaferrata Moroni Viani kienu eletti bħala Diretturi Mhux Eżekuttivi. Tħabbar dividend ordinarju gross finali ta' 5.2 ċenteżmi għal kull sehem, li se jitħallas fil-25 ta' April 2014. Il-laqgħa approvat ukoll rakkomandazzjoni tal-bord għall-ħruġ ta' ishma bonus ta' sehem wieħed ġdid għal kull disa' ishma miżmuma bħalissa mill-azzjonisti reġistrati sat- tmiem il-kummerċ fuq il-Borża ta' Malta fid-29 ta' April 2014 u se jkunu disponibbli għall- kummerċ mill-azzjonisti fil- ftuħ tan-negozju fit-30 ta' April 2014. F'dan ir-rigward, l-azzjonisti approvaw żieda tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-Bank ta' 32,431,380 sehem ordinarju mħallsin b'valur nominali ta' 30ċ għal kull sehem kontra d-debitu tal-ammont ekwivalenti ta' €9,729,414 lill-kont tar-retained earnings tal-Bank. Ir-riżoluzzjonijiet ordinarji ppreżentati waqt il-laqgħa kienu approvati kollha mill- azzjonisti, f 'konformità mal- Memorandum u l-Artikli ta' Assoċjazzjoni tal-kumpanija. Il- kontijiet verifikati għas-sena li ntemmet fil-31 Diċembru 2013 kienu approvati. L-azzjonisti approvaw ukoll il-ħatra mill- ġdid tal-KPMG bħala awdituri, u l-ħlas massimu annwali tad- Diretturi Mhux Eżekuttivi. Mark Watkinson imkien mal-Bord tad-Diretturi jindirizza lill-azzjonisti Line of Duty terġa' lura fuq GO Stars f 'Mejju IDDRAMA Ingliża dwar il-pulizija bl-isem 'Line of Duty', bil-karattru prinċipali interpretat mill-attur Keeley Hawes, ser tirritorna fuq GO Stars bit-tieni serje tal-istaġun jibda nhar is-Sibt 3 ta' Mejju fid-9pm. Matul ix-xahar ta' Mejju, il-klijenti abbonati ma' GO Stars ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn firxa wiesa' ta' films ġodda bħal 'The Wolverine', 'Pacific Rim', 'The Croods' u 'The Conjuring', fost ħafna oħrajn. Elizabeth Scerri mit-tim ta' TV Content ma' GO qalet, "Mejju ser ikun xahar ieħor mimli programmi, teleserje, u films mill-aqwa għal dawk abbonati ma' GO Stars. Minbarra s-serje l-ġdida 'Line of Duty', hemm lista sħiħa ta' films ġodda li żġur jolqtu l-gosti ta' kulħadd. Il-klijenti li jixtiequ l-informazzjoni kollha dwar l-iskeda jistgħu jiċċekjaw is-sit www.go.com.mt fis- sezzjoni ta' GO Stars." Qabel ma tixxandar it-tieni serje, GO stars se tkun qed turi l-ewwel staġun kollu ta' 'Line of Duty' fl-1 u t-2 ta' Mejju fl-10.30pm. Fost il-films il-ġodda li qed ikunu mxandra għall-ewwel darba hemm 'White House Down', 'The Heat' u 'The Purge' biex id-dilettanti tal-films ikollhom l-opportunità li jaraw uħud mill-aqwa atturi fosthom Hugh Jackman, Jamie Foxx, Sandra Bullock u Ethan Hawke. Għal aktar tagħrif dwar is-servizz tat-TV ta' GO u GO Stars wieħed jista' jżur il-ħwienet kollha ta' GO u r-resellers esklussivi, permezz tal-Freephone 80072121 jew billi jżur is-sit www.go.com.mt. Lura fuq GO Stars fit-3 ta' Mejju