Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 39

2 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 23˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira sabiħ li jsir pjuttost imsaħħab u bil-possibilta' ta' xi ħalbiet tax-xita iżolati mal-lejl VIŻIBILITÀ: Moderata għal tajba RIĦ: Nofsinhar għax-Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 BAĦAR: Moderat għal qawwi IMBATT: Baxx għal moderat mix-Xlokk li jsir baxx Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 17˚ Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Moderata għal tajba li ssir ħażina RIĦ: L-aktar min-Nofsinhar forza 4 lokalment forza 5 li jdur mill-Punent il-Lbiċ forza 5 lokalment forza 5 għal 6 filgħaxija BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir qawwi IMBATT: Baxx mix-Xlokk għall-ewwel li jsir baxx għal moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 35 49 65 61 66 75 11 67 EMPIRE PHARMACY, 77, TRIQ IT TEATRU LANTIK, VALLETTA DARWIN PHARMACY, 152, TRIQ IL KBIRA SAN GUZEPP, ĦAMRUN PINTO PHARMACY, 43, TRIQ SAN BASTJAN, QORMI ST. PAUL'S PHARMACY, TRIQ BRARED, BIRKIRKARA REMEDIES CHEMISTS, MARINA COURT, 49A, TRIQ LABATE RIGORD, TA' XBIEX MELITA PHARMACY, 127, TRIQ SAN ĠORĠ, SAN ĠILJAN VICTOR'S PHARMACY, 9, TRIQ IT TORRI, SLIEMA ST. MICHAEL PHARMACY, MISRAĦ TATTRANSFIGURAZZJONI, LIJA VICTORY PHARMACY, 16, TRIQ IL VITORJA, NAXXAR ST. PAUL'S BAY PHARMACY, 504, TRIQ ILKBIRA, SAN PAWL ILBAĦAR STA. LUCIA PHARMACY, 1, MISRAĦ DORELL, SANTA LUĊIJA VITTORIOSA PHARMACY, 9, TRIQ ILMINA ILKBIRA, BIRGU CILIA'S PHARMACY, 303, TRIQ HAŻ ŻABBAR, FGURA JOHN J. BORG PHARMACY, 1, TRIQ ILKOSTITUZZJIONI, ŻEJTUN SALUS PHARMACY, 21, MISRAĦ IR REPUBBLIKA, ŻURRIEQ PLAZA PHARMACY, 86, TRIQ ILKBI RA, ŻEBBUĠ ST. ANTHONY PHARMACY, 18, TRIQ ILKBIRA, RABAT AZZOPARDI PHARMACY, TRIQ ILKAPUĊĊINI, VICTORIA XAGĦRA PHARMACY, 55, TRIQ IL KNISJA, XAGĦRA Il-Pulizija jerġgħu jibdew it-taħriġ b'mod regolari Ikkonfermat artiklu ta' ILLUM li deher f 'Ottubru Waħda mill-ewwel skejjel b' workshop għall-Agribusiness Ritratt: John Pisani FILĠIMGĦAT li għaddew il-Pulizija kollha reġgħu bdew bit-taħriġ fuq bażi regolari biex b'hekk il- membri tal-Korp, minbarra l-Uffiċjali, se jkunu aġġornati u mħarrġin skont l-eżiġenzi tas-servizz. Fit-12 ta' Ottubru li għadda din il-gazzetta rrapportat li "se jerġa' jibda wkoll it-taħriġ f 'Ta' Kandja li se jkun parti mill-ħin regolari tal-Pulizija u li se jkun hemm xift apposta għat-taħriġ. Dawk li jkunu qed jattendu t-taħriġ se jkunu wkoll fuq standby f 'każ li tinqala' xi emerġenza u l-Korp ikollu bżonn aktar Pulizija." Fil-fatt il-Pulizija kollha minn Kuntistabbli sa dak ta' Surġent Maġġur diġà bdew bit-taħriġ. Il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit, li bħala xift normali jaħdmu fuq bażi ta' Day-Night-Rest-Off u meta jkunu xogħol jaħdmu xift ta' 13-il siegħa, bdew jitħarrġu f 'ħinijiet differenti biex xorta jkunu ħadmu s-sigħat dovuti lill-Korp tal- Pulizija. Minn din l-iskwadra madwar ħames membri minn kull xift ikun imisshom taħriġ kull 24 ġurnata għal tlett ijiem wara xulxin bejn it-8am u l-5pm. L-istess mit-Taqsimiet l-oħrajn fosthom dawk tad-Distrett u anke dawk mill-branki l-oħrajn fi ħdan id-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Anke dawk li dan l-aħħar reġgħu ġew ingaġġati fil-Korp wara li kienu spiċċaw mis- servizz u dawk li tqabbdu fuq bażi ta' part-time qed jattendu għat-taħriġ. Dawk il-Pulizija li jaħdmu b'sistema ta' xift, bħalma huma tad-Distrett, meta jkunu xogħol filgħodu jattendu għat-taħriġ filgħodu u dawk li jkunu xogħol bejn is-1pm u d-9pm, li huwa x-xift magħruf bħala is- second, imorru għat-taħriġ bejn is-1.30pm u l-4.30pm ukoll kull 24 ġurnata. It-taħriġ jikkonsisti fi sparar, taħriġ fiżiku, arti marzjali kif ukoll liġi u suġġetti oħrajn. Filwaqt li l-Pulizija tal- RIU t-taħriġ qed jagħmluh f 'parti mill-kwartieri tal- istess skwadra f 'Ta' Kandja, il-Pulizija l-oħrajn jużaw l-Akkademja tal-Pulizija li wkoll tinsab f 'Ta' Kandja. Bħalissa t-taħriġ kollu tal- isparar qed isir fejn hemm il-garaxx tal-Pulizija fil- Furjana, li jinsab fil-Foss ta' Notre Dame, peress li bħalissa għaddej xogħol estensiv fil-kamp tal-isparar li hemm f 'Ta' Kandja. Il-pulizija waqt it-taħriġ tagħhom Skola ġdida f 'Ħad-Dingli BEJN 500 u 600 student, se jkollhom skola ġdida fil-limiti tar-Rabat u Ħad-Dingli. Din l-iskola għandha tiftaħ matul is- sena skolastika 2016/2017 u se jkollha 28 klassi. Dan ħabbruh ilbieraħ, il- Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo flimkien mas-Segretarju Parlamentari Ian Borg fiż-żona fejn se tkun qed tinbena din l-iskola. Dan wara li l-ġurnata ta' qabel ħarġu aktar dettalji dwar l-iskola li se tkun qed tinbena f 'Pembroke. L-iskola hi ppjanata li f 'każ ta' bżonn, tista' titkabbar, tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u tkun mibnija fuq żewġ sulari. L-istess skola se tkun mgħammra b'numru ta' laboratorji tal-bijoloġija, multi-purpose hall, librerija u workshops. Fost dawn il-workshops se jkun hemm wieħed speċifikament għall- agribusiness li huwa qasam relattivament ġdid għal pajjiżna. B'hekk, se tkun fost l-ewwel skejjel li tkun qed tagħti daqshekk importanza lil dan il-qasam. Waqt il-konferenza għall- aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg enfasizza li eżempju tal- ħidma konġunta li qed issir bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex ikun hemm aktar fondi tal-UE li jiġu investiti fl- edukazzjoni, hu l-bini ta' dawn l-iskejjel. Dr Borg temm billi ħabbar li ġew finalizzati n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea li għandhom ikopru investiment fl-edukazzjoni ta' madwar €82 miljun.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014