Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 9 mill-qattiela kien jafu sew lil Maria, fejn toqgħod u l-attività li jkun hemm fl-inħawi. Qrib fejn kienet toqgħod il-vittma kien hemm post li kien jintuża għat-tagħlim tad-duttrina, jew kif kien magħruf bħala l-Museum tal-bniet. B'hekk fil-ħin li daħlu fuq Vella kien ikun hemm l-ommijiet u missirijiet jistennew lil uliedhom. Iżda kull nhar ta' Tlieta ma kienx hemm lezzjonijiet u b'hekk Triq il-Karmnu kienet, kif għadha sal-lum, triq kwieta ħafna. Awtopsja Wara li l-investigaturi, l-esperti tal-Qorti kif ukoll l-espert tal- marki tas-swaba, l-eks-Surġent Joe Mallia, lestew l-ewwel investigazzjonijiet, il-katavru ta' Maria Vella ttieħed bil- hearse tal-Pulizija lejn il-kamra mortwarja tal-Isptar San Luqa. L-għada, l-Erbgħa 20 ta' Jannar, saret l-awtopsja li minnha rriżulta li Vella mietet bi qtugħ ta' nifs kawża tat-tape li kellha marbut ma' ħalqha. Irriżulta wkoll li l-anzjana kienet sfat aggredita fuq wiċċha u rasha x'aktarx b'daqqiet ta' ponn għalkemm seta' ntuża wkoll oġġett iebes. Instab li kellha marki ta' tagħfis ma' għonqha li kienu jindikaw li wieħed mill-qattiela kien ipprova jifgaha. L-aħħar ħinijiet tal-vittma Fil-jiem li għaddew tkellimt kemm ma' waħda min- neputijiet ta' Maria Vella kif ukoll mal-ġara tal-vittma dwar min kienet l-anzjana u x'kienu l-aħħar movimenti tagħha. Josephine Sciberras, waħda min-neputijiet ta' Maria Vella, qaltli li zijitha ma kellhiex x'jisirqulha għax kienet tgħix biss fuq dak li kienet iddaħħal mis-Servizzi Soċjali. L-anzjana qatt ma kienet ħadmet b'xi paga f 'ħajjitha u l-uniku xogħol li kienet tagħmel kien li kienet tmur tgħin lil ħutha fit-tindif u lil nannitha li kienet toqgħod Ħal Kirkop. Hija qalet li ma kinitx xi mara għażżiena u mhux għalhekk ma kinitx taħdem x'imkien. Fil-fatt kienu ħutha, fosthom missier Josephine, li ħarġu l-flus bejniethom biex għaddewlha s-sistema tad-drenaġġ peress li qabel kienu għadhom bil-fossa. L-uniku dħul finanzjarju li kellha kien il-pensjoni. Lanqas flus il-bank ma kellha, qalet Sciberras. "Id-dar fejn kienet toqgħod ma kinitx tagħha imma kellha sehem minnha li wirtet mingħand il-ġenituri u kienet qed toqgħod fiha bħala użu frutt," qalet Sciberras. Hija kompliet tgħidli li għal xi żmien kienet qed tieħu ħsiebha waħda mill-qraba imma għal xi raġuni din ma setgħetx tkompli tmur. Maria kienet talbet lil Josephine biex tibda tmur tieħu ħsiebha hi, imma peress li hemm distanza minn fejn toqgħod hi u fejn kienet toqgħod zijitha, ma kienx possibbli għal Josephine li ddur biha meta kellha l-familja tagħha x'tieħu ħsieb. Kien għalhekk li Maria kienet staqsiet lill-ġara tagħha, Wistina Camilleri, li din aċċettat. Maria kienet qalet lin-neputijiet li peress li Wistina kienet se tibda tieħu ħsiebha kienet se tħalli fil-wirt is-sehem tagħha tad-dar lilha biex wara mewtha ma jkunx hemm problemi. Dakinhar li zijitha nqatlet, Josephine Sciberras kienet id-dar mal-familja meta ċemplitilha oħtha Carmen u staqsietha jekk kinitx rat l-aħbarijiet fuq it-televiżjoni. "Qaltli li kienu għadhom kif semmew li daħlu fuq iz-zija u jien għidtilha 'lil dik xi tridhom jeħdulha'. Ċemplitli mill-Għassa tal-Pulizija u qabel telqet qaltli li se jkollha tħallini għax kienu se jieħdu liz-zija bil-vann tal- mejtin." Sciberras qaltli li oħtha ppruvat ittiha l-aħbar bil-mod u ma qaltiliex mill-ewwel li kienu qatluha. Hi kompliet tgħidli li meta marru fuq il-post kienu sabu ħafna nies u l-Pulizija ma kienu ħallew lil ħadd jersaq minkejja li huma kienu l-uniku familja li kellha l-anzjana. Jinstabu l-flus li kellha d-dar Tkellimt ukoll ma' Wistina Camilleri, il-ġara tal-vittma. "Maria kellha qalbha kbira, imma lsienha kien iniggeż u ma kinitx iżommha kelma." Staqsejtha x'kienu l-aħħar mumenti ta' Maria u kif saret taf li kienu daħlu fuqha. "Fil-5pm kont għadni d-dar tagħha u kelli nħalliha għax kienu se jaslu lura d-dar ir-raġel u t-tifel. Hi qaltli li kellu jmur ċertu Karmnu l-bajjad għax kien se jagħmillha xi xogħol ta' tibjid fid-dar. Għidtilha mela sakkar u meta jiġi ttawwal mit-tieqa ħa tkun ċerta li hu u mhux xi ħadd ieħor", qaltli Wistina. Suspett dwar karozza sewda Meta staqsejtha għaliex qaltilha biex tittawal qabel tiftaħ meta kienet qiegħda tistenna lill-bajjad, Wistina qaltli għax xi tliet xhur qabel Maria kienet qaltilha li kienet qed tinnota karozza sewda li kellha l-ħġieġ skur tgħaddi minn quddiem id-dar tagħha u dawn kienu jieqfu għal ftit u jibqgħu sejrin. Hija qalet ukoll li din il-karozza kienet tidher wieqfa għal xi ħin ftit metri 'l isfel. "Kont mort magħha l-Għassa tal-Pulizija biex tagħmel rapport dwar is-suspetti tagħha. Lil min kellmet kien sema' x'kellha xi tgħid imma ma kienx ħa noti u jidher li lanqas rapport ma daħħal," allegat Wistina. Dwar dan il-Pulizija kienu ċaħdu li Maria Vella jew xi ħadd għan-nom tagħha kien għamel rapport fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq. Minkejja t-twissja biex tħalli l-bieb imsakkar, Maria kienet qalet lil Wistina li kienet se ssakkar l-antiporta biss u mhux il-bieb ta' barra u toqgħod tistenna lill-bajjad fl-intrata. Qalulha li Maria kellha l-bieb miftuħ "Xis-7pm smajt il-bieb iħabbat u kif ftaħt kien hemm nies li kont nafhom u qaluli li Maria kellha l-bieb miftuħ u hemm id-dawl mixgħul. Għall-ewwel ħsibt li seta' ħassha ħażin. Mort u bdejt insejħilha minn barra imma ma rrisponditx. Ngħidlek il-verità bżajt nidħol u għidt lil Rosario, r-raġel tiegħi", qaltli Wistina. Kienet mara li marret tinforma lill-Pulizija u kif dawn waslu u daħlu fid-dar ta' Vella sabu lil anzjana fl-art mejta. Taqlib ma' kullimkien imma ma jinsterqux il-flus Mal-Pulizija kien daħal ukoll Rosario Camilleri fid-dar ta' Maria Vella. Huma sabu quddiemhom xena li kienet tindika li min daħal fuq l-anzjana kellu mira waħda – dik li jisirqilha l-flus li kellha. Iżda l-ftit flus li kellha l-anzjana nstabu. Id-deheb li kellha kienet poġġietu f 'kaxxa u talbet lil Wistina żżommulha hi u l-ġara aċċettat, kif qaltli hi stess. "Maria kellha madwar Lm400 (madwar €930) li kienet qaltli li kienu f 'but ta' libsa fil- gwardarobba. Hija kienet qaltli li dawn kienet warrbithom biex minnhom jitħallas il-funeral tagħha", qaltli Wistina. Hija kompliet tgħid li dawn il-flus instabu fejn kienet ħallithom l-anzjana minkejja li dawk li qatluha suppost daħlu biex jisirquha. Wistina qaltli wkoll li Maria kellha portmoni li kienet iżommu fi dresser li fih kien hemm Lm35 (madwar €80) li wkoll ma nsterqux. Skont Wistina Camilleri, l-anzjana dejjem kien ikollha fuqha ġiżirana, żewġ ċrieket u par imsielet. Iżda meta l-Pulizija sabu l-katavru tal-mara, din ma kellha xejn fuqha. Dan ġie kkonfermat ukoll mir-ritratti li ġibdu l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat. Dwar il-flus, Wistina qaltli li l-Assistent Kummissarju John Rizzo kien staqsieha jekk kinitx taf jekk Maria kellhiex flus u jekk tafx fejn kienet taħbihom. "Jien kont għidtlu skont Maria kellha somma flus fil-but tal- libsa li warrbet għall-funeral. Urejtu fejn kienu u hemm sabhom". Hija qaltli li dawk il-flus intużaw għall-funeral tagħha. Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Appell Il-katavru ta' Maria Vella qed jinħareġ mid-dar tagħha biex jiddaħħal fil-hearse tal-Pulizija jew minħabba "ilsienha"? Ritratt: Arkivji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014