Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 15 Bundy Blues Jien ma nistax nifhem għalfejn John Bundy eks Nazzjonalist u/jew eks Laburist qiegħed daqshekk ferħan li Silvio Scerri eks Nazzjonalist u jista' jkun eks Laburist qiegħed fejn qiegħed. Bundy skont Facebook qed jivvomta bil-pjaċir bid-deni ta' ħaddieħor. Hemm bżonn li xi ħadd jinforma lil Bundy li hemm xebh kbir bejnu u bejn is-Sur Silvio Scerri. Anzi jkolli ngħid li hemm xebh kważi fraternali. Solidarjetà ma' Claudio Is-Sur Claudio Grech qed jaqbeż u jogħla għax xi ħadd semma li l-mara tiegħu hija n-neputija ta' Lorry Sant. Ħa ngħidlek vera żibel min qed jagħmel hekk. Għarakuża, li xi ħadd jagħmel din l-assoċjazzjoni. Bħallikieku s-Sur Claudio ħa xi ċenteżmu jew milleżmu mill-wirt tal-Lorry. L-assoċjazzjoni hija ħażina, u tibqa' ħażina. Bħalma tagħmel dik il-kerha pesti tal-Bidnija. Shame on you! In-nies ta' Ugo Jiena vera kuntent li hemm ċertu maturità fil-ministeru tal-Affarijiet Interni. Għax li kieku m'hemmx, kieku nies bħal Martin Bugelli kieku mhux impjegati ma' dan il-ministeru. Vera raġel sew dan Bugelli, ħadt pjaċir narah l-aħħar darba fil- kumpanija ta' Peter Portelli u anki fil-kwartieri tal-Partit Nazzjonalista. Għandu dritt tafux. Bugelli bħalma nafu kien persuna li darba kien jaħdem fil-Ministeru ma' Ugo Mifsud Bonnici. Eħħ ieħor li kien jgħin lil Ugo fi żmien il-ħaġar kien Silvio Scerri. Il-maħfra ta' George Jirringrazzja l-Mulej George Farrugia li l-Pulizija ta' Malta huma pastizzi kbar. Jiena ma nafx imma apparti li l-Pulizija jidhru li mhux kapaċi jsaffru, milli jidher fl-investigazzjoni tal-kumitat għall-affarijiet pubbliċi tal-parlament il-pulizija għamlet qassata kbira. Baqgħu jemmnu lil George Farrugia u jimmaġinaw li ma kienx ħaġa waħda ma' Tranter. X'mistħija ta' investigazzjoni. U li ma nistax nifhem hu, din l-insistenza minn Xmun Busuttil biex il-Pulizija jressqu l-aħwa Farrugia. Meta dawn kienu huma li infurmaw lil Gonzi bit-taħwid li hemm. Jiena taf x'naf… li wasal iż-żmien li l-maħfra kontra George Farrugia titneħħa. Matul it-tlett ijiem tal- festival wieħed jista' jsib is-suq tal-Milied, suq tal- artiġġjanat kif ukoll wirja tal-bambini tal-Milied u dekorazzjonijiet tal-Milied. Żur Għawdex bit- tren tal-Milied 'Ejja u ħu gost' hu l-isem li ngħata lil din il-ħarġa speċjali għal min irid iżur il- Milied f 'Għawdex billi jirkeb l-Ispecial Christmas Train b'waqfien fl-attrazzjonijiet speċjali organizzati għal Milied. Se jkun hemm rati speċjali u fl-istess ħin esperjenza mhix tas-soltu. Il-waqfien jinkludi: Betlem f 'Għajnsielem • Il-villaġġ tal-Gozitano • Ir-Rabat Għawdex • Il-Mużew ta' Karmni • Grima Minn nhar is- Sibt Betlehem f 'Għajnsielem Din is-sitt edizzjoni se toffri esperjenza unika tal- ġrajja tat-twelid ta' Ġesu Bambin. L-attrazzjonijiet prinċipali huma l-ħanut tal-mastrudaxxa, il-ħaddied, il-furnar, it-taverna, is-suq tal-ħxejjex, dawk li jagħmlu l-ħwejjeġ mis-suf tan-nagħaġ. Is-suq tal-artiġġjanat u d-diversi għelieqi bir-rgħajja u l-annimali. Novità għal din is-sena hi li l-forti Chambray se jinbidel f 'villaġġ Ruman filwaqt li wieħed se jkollu l-opportunità li jitla' fuq dgħajsa li se tkun miexja matul ix-xmara li saret għall-okkażjoni. Se tirritorna l-lukanda li se jkollha tliet kmamar għall- kiri fejn wieħed jista' jgħix l-esperjenza tal-ħajja ta' elfejn sena ilu. F'dan il- presepju ħaj jieħdu sehem aktar minn 150 attur u jkun animat kull nhar ta' Sibt, Ħadd u festi pubbliċi bil- qofol tiegħu jkun il-Ħadd 4 ta' Jannar bil-miġja tas-Slaten maġi. Għajnsielem kontra l-Għarb għall-akbar hamburger Il-Ġimgħa li ġejja se jkun hemm sfida diretta bejn żewġt irħula f 'Għawdex, Għajnsielem u l-Għarb meta se jippruvaw jagħmlu l-akbar hamburger nazzjonali. L-Għarb hi organizzata uffiċjalment mill-Kunsill Lokali filwaqt li dik ta' Għajnsielem hi organizzata mill-Club House (il-każin tal-futbol) fejn wara li ssir, tinbiegħ u l-flus li jinġabru fil-bejgħ ta' din il-hamburger jingħataw lil Puttinu Cares. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … John Bundy Claudio Grech Martin Bugelli George Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014