Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

38 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 Kemm ilek fil-qasam tal-isport? Ili għal dawn l-aħħar 10 snin jiġiferi mill-età ta' 12-il sena. Kont bdejt nieħu sehem fil-kampjonat lokali ta' taħt il-21 sena. Fl-ewwel sena tiegħi rbaħt l-unur tal-aqwa plejer tas-sena, avolja t-tim li kont magħhom f 'dak iż- żmien kollha kellhom bejn 12 u 13-il sena u spiċċajna fl-aħħar post. Iżda konna urejna potenzjal biex insiru aħjar bħala tim. Meta kelli 14-il sena ntgħażilt biex nirrapreżenta lil pajjiżi fil- Kampjonati Ewropej tan-Netball ta' taħt is-17-il sena li saru ġewwa pajjiżna stess. Din l-esperjenza kienet il-motivazzjoni biex inkun aħjar u jkolli iktar opportunajiet internazzjonali. Kif komplejt tevolvi fin-netball? Sentejn wara ta' 16-il sena kelli nieqaf għal sena minn dan l-isport għax kont qed nistenna tarbija avolja kont naf li l-ħajja kienet se tkun iktar diffiċli apparti li kelli l-iskola fuq xiex niffoka. Iżda ma qtajtx qalbi u 3 xhur biss wara li kelli t-tarbija erġajt bdejt nitħarreġ biex inkun nista' nerġa' nieħu sehem fin-netball. Ta' 18-il sena kelli l-opportunità li nieħu sehem fil-European Tournament li sar kollu ġewwa Malta iżda din id-darba kien taħt is-sezzjoni Open. Kien unur u ħdimt ħafna biex jirnexxieli nintagħżel mat-tim nazzjonali ta' 18-il sena biss. Il-livell ta' din il-kompetizzjoni kien avvanzat. Lgħabna kontra l-Gran Brittanja li kien tim iffurmat mil-aħjar plejers tal-Ingilterra, l-iSkozja kif ukoll Wales. Apparti li kelli t-tarbija kont ukoll qed nistudja għall-A levels u kelli l-appoġġ kontinwu mill- familjari tiegħi li dejjem ħeġġuni nkompli mmur għat-taħriġ u nistinka biex jien inkun parti mit- tim nazzjonali. X'għadda mingħalik fis-sena ta' wara? Is-sena ta' wara fissret żmien mhux faċli għalija. Dan minħabba l-fatt li fis-sezzjoni tal-Open, Malta kienet se tieħu sehem fil-World Rankings ġewwa Ġibiltà, iżda dan it-tournament kien fuq erbat ijiem u kuljum konna se nilagħbu żewġ logħbiet. It-taħriġ ovvjament irdoppja u barra t-taħriġ tan- nazzjonal kif ukoll tal-klabb kelli bżonn nagħmel programm biex immur il-gym biex insaħħaħ il- fiżika tiegħi. Meta ħarġu d-dati li Malta kienet se titla' tieħu sehem indunajt li kelli eżami l-għada li naslu lura. Avolja dak il-ħin għidt li din kienet xi ħaġa impossibbli għamilt sagrifiċċju u bdejt nistudja minn dak il-ħin stess biex inkun ippreparata kemm għall- kompetizzjoni kif ukoll għall- eżamijiet. X'tikkumemnta fuq l-impenji internazzjonali li fihom ħadt sehem mat-tim nazzjonali tan- netball li huwa mmexxi minn ommok Helga Turban? SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Nadya Turban – bla dubju fost l-aqwa plejers li pproduċa n-netball lokali f'dawn l-aħħar snin u li għandha determinazzjoni liema bħalha kemm l- kamp sportiv kif ukoll l-ħajja in ġenerali. "Ta' 16-il sena kelli nieqaf għal sena għax kont qed nistenna tarbija" "Ma qtajtx qalbi u tliet xhur wara li kelli t-tarbija erġajt bdejt nitħareġ" "Xejn mhu impossibbli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014