Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 39

30 illum Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 SPORTSillum Mosta jirritornaw għar-rebħ MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Mosta ............................. 3 Pietà Hotspurs ................ 1 MOSTA rritornaw għar-rebħ biex issa telgħu fir-raba' post tal-klassifika meta għelbu lil Pietà Hotspurs li kienu għadhom ġejjin minn rebħa tajba kontra Birkirkara, bl-iskor ta' 3-1. Huma fetħu l-iskor wara biss tmien minuti logħob meta minn throw-in, Dyson Falzon għadda tajjeb lejn Bojan Kaljevic li żmarka lil Daniel Mariano Bueno permezz ta' through pass u dan minn angolu magħluq, għeleb lil David Cassar permezz ta' xutt fil-baxx. Il-Blues irduppjaw l-iskor fil-21 minuta meta Kaljevic u Falzon biddlu l-ballun bejniethom, qabel minn kross ta' Dyson Falzon għola tajjeb Nemanja Milovanovic li x-xutt mill-ewwel tiegħu ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper David Cassar. Il-Hotspurs qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fis-27 minuta meta r-referi Clayton Pisani keċċa lil Nikola Tasic minħabba ritaljazzjoni wara fawl minn Dyson Falzon. Fis-36 minuta Pietà Hotspurs naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' freekick mill-isbaħ ta' Claudio Daniel Frances li għeleb lill- goalkeeper Omar Borg. Madankollu fit-43 minuta Mosta reġgħu ħadu vantaġġ ta' żewġ gowls meta wara azzjoni tajba bejn Bojan Kaljevic u Ryan Grech, dan tal-aħħar għadda lejn Mateus da Silva Ribeiro li iżda naqas milli jagħmel kuntatt mal- ballun. Madankollu Ryan Grech reġa' rebaħ il-ballun u għadda lejn Ribeiro għal darb'ohra u din id-darba għeleb lil David Cassar permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Mas-siegħa logħob kien imiss lill-Mosta li jispiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Dyson Falzon wara li rċieva żewġ karti sofor fil- logħba biex b'hekk iż-żewġ timijiet temmew il-logħba b'parità numerika fil-grawnd. Mosta - O. Borg, Magro, Farrugia, A. Borg, Falzon, Milovanovic, R. Grech, Rodriguez Ekani, Ribeiro Dos Santos (Pulo 65'), Bueno (Calcado dos Santos 78'), Kaljevic (I. Grech 88') Pietà - Cassar, Rodrigues da Silva, Grech, Fortunato dos Santos, Pisani, Tasic, Agius (Licari 73'), Cesare (Agius 51') (Anonam 74'), Micallef, Zacarias, Frances Referi - Clayton Pisani BOJAN KALJEVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba Twieled fil-25 ta' Jannar 1986 fil- Montenegro Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Ingħaqad ma' Mosta fit-18 ta' Awwissu tas-sena 2013

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014