Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 29 SPORTSillum SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi. ............................ 0 Hibernians ...................... 6 HIBERNIANS kienu wisq b'saħħithom għal Qormi meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-0. Huma fetħu l-iskor fil-35 minuta meta Jorge Pereira da Silva wara li rċieva minn pass fit-tul, avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta' xutt fil-baxx għeleb lil Matthew Farrugia. U żewġ minuti biss wara xutt ta' Clayton Failla minn barra l-kaxxa ġie milqugħ tajjeb mill-goalkeper ta' Qormi biex żamm lit-team tiegħu fil-logħba. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Hibernians komplew fuq l-offensiva u fit-48 minuta, l-ex player ta' Rabat Ajax, Ryan Micallef għadda tajjeb lejn Jorge Pereira da Silva, ra x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa jgħaddi barra mil-lasti difizi mill- goalkeeper Matthew Farrugia. U propju Jorge Pereira da Silva minuta biss wara, irdoppja l-iskor għall- Pawlisti meta wara li rċieva minn pass fit-tul tal-plejer internazzjonali ta' taħt il-21 sena Johan Bezzina, mill-viċin tefa' l-ballun wara Matthew Farrugia. Iżda propju minuta biss wara huma għamluhom tlieta meta minn corner mogħti mill- captain Andrew Cohen, Jorge Pereira da Silva għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras mill- viċin, tefa' ġewwa biex b'hekk skorja tripletta personali f 'din il-logħba. U propju Jorge Pereira da Silva minuta biss wara rdoppja l-iskor għall- Pawlisti meta wara li rċieva minn pass fit-tul tal-plejer internazzjonali ta' taħt il-21 sena Johan Bezzina, mill-viċin tefa' l-ballun wara Matthew Farrugia. Fis-57 minuta l-Pawlisti għamluhom tlieta, meta minn corner mogħti mill-captain Andrew Cohen, Jorge Pereira da Silva għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' ġewwa biex b'hekk skorja tripletta personali f 'din il- logħba. Fit-73 minuta Hibernians komplew ikabbru l-marġni tal-iskor meta skorjaw ir-raba' gowl fil-logħba meta minn kross ta' Joseph Essien Mbong, il-ballun spiċċa f 'saqajn Ediosn Luis dos Santos li mill-viċin tefa' ġewwa biex kompla jitfa' lil-partitarji Pawlisti f 'delirju ta' ferħ. U jidher li l-Pawlisti ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fis-76 minuta huma għamluhom ħamsa meta Edison Luis dos santos irċieva pass tajjeb u minn ġol-kaxxa qabbeż il-ballun minn fuq Matthew Farrugia. Fis-86 minuta Hibernians skorjaw is-sitt gowl fil-logħba permezz ta' xutt b'saħħtu minn tarf il-kaxxa tal-player internazzjonali Clayton Failla. Qormi - Farrugia, Sammut, Viggiani, Agius, Effiong (B. Bondin 79'), Temile (Farrugia 69'), Micallef, Levnaic (Bruce 66'), Pisani, J. Bondin, Quatrochi Santos Hibernians - Bonello, De Gracia Gomes, Soares, Dias (Mbong 21'), Cohen (Lima 62'), Kristensen, Failla, Bezzina, Agius, Dos Santos, Pereira Da Silva (Degabriele 74') Referi - Marco Borg Ritratt: Ray Attard JORGE PEREIRA DA SILVA Ġie vvutat bhala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Diċembru 1985 fil-Brażil Skorja tripletta f'din il-logħba Qabel ingħaqad ma' Hibernians fis-sajf li għadda, kien jilgħab ma' Qormi MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Micallef għadda tajjeb lejn Jorge Pereira da Silva, ra x-xutt minn pass fit-tul tal-plejer internazzjonali ta' taħt il-21 kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fis-76 minuta huma Hibernians wisq b'saħħithom għal Qormi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014