Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 SPORTSillum CHELSEA sfaw miżmuma f 'parità ta' mingħajr gowls barra minn darhom mit-tim inferjuri ta' Sunderland. Huma xorta waħda baqgħu jokkupaw l-ewwel post tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra meta għandhom 33 punt minn 13-il logħba li jfisser 7 punti vantaġġ fuq Southampton li iżda għandhom logħba inqas hekk kif ikunu mpenjati llum f 'konfront delikat ġewwa darhom kontra Manchester City. Manchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford għelbu lil Hull Cuty bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Chris Smalling, Wayne Rooney u Robin van Persie. Arsenal barra minn darhom għelbu lil WBA bl- iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jaslu minn Danny Wellbeck fis-60 minuta. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Liverpool u Stoke City bir-Reds joħorġu rebbieħa permezz ta' gowl ta' Glen Johnson fil-85 minuta. U anki West Ham United u Newcastle United temmew il- konfront ta' bejniethom b'dan l-iskor bil-gowl waħdieni tal- Hammers jasal minn Aaron Cresswell fis-56 minuta. Tajjeb ngħidu li Newcastle United temmew il-logħba jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Moussa Sissoko wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' ftit sekondi. Fil-konfront bejn Queens Park Rangers u Leicester City rajna xejn inqas minn ħames gowls bi QPR joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2. Għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Leroy Fer u Charlie Austin waqt li l-gowl l-ieħor għalihom wasal minn awto-gowl ta' Wes Morgan. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls ta' Leicester City waslu minn Esteban Cambiasso u Jeffrey Schlupp. Burnley u Aston Villa temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 bil-gowl għal Burnley jasal minn Danny Ings permezz ta' penalty waqt li Aston Villa kienu fetħu l-iskor permezz ta' Joe Cole. Bl-istess skor ta' parità ntemm il-konfront bejn Swansea City u Crystal Palace bil-gowl għal Swansea City jasal minn Wilfried Bony wara kwarta logħob waqt li Crystal Polace ġabu l-iskor indaqs permezz ta' penalty ta' Mile Jedinak għaxar minuti biss wara. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 29 ta' Novembru WBA vs Arsenal 0-1 Burnley vs Aston V. 1-1 Liverpool vs Stoke C. 1-0 Manchester U. vs Hull C. 3-0 QPR vs Leicester C. 3-2 Swansea C. vs Crystal P. 1-1 West Ham U. vs Newcastle U.1-0 Sunderland vs Chelsea 0-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 30 ta' Novembru 14:30 Southampton vs Manchester C. 17:00 Tottenham H. vs Everton Riżultati Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 29 ta' Novembru Sassuolo vs Hellas Verona 2-1 ChievoVerona - Lazio 0-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 30 ta' Novembru 15:00 AC Milan vs Udinese 15:00 Cagliari vs Fiorentina 15:00 Cesena vs Genoa 15:00 Empoli vs Atalanta 15:00 Palermo vs Parma 18:00 Juventus vs Torino 20:45 Roma vs Inter It-Tnejn 1 ta' Diċembru 21:00 Sampdoria vs Napoli Chelsea miżmuma f 'parità ta' mingħajr gowls minn Sunderland Jose Mourinho

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014