Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 ITTRAFFIKU hija problema li twaħħal lil kulħadd, u żgur li din mhix xi perċezzjoni. Ta' kull filgħodu, sriebet twal ta' karozzi, vannijiet u xarabankijiet jimblukkaw it- toroq prinċipali għal sigħat sħaħ. Kulħadd jaf li din hija problema kbira li jeħtieġ li tiġi indirizzata. Kif issemma' fid-diskors tal- Baġit, parti mit-tort jista' jkun dovut għat-trasport tat-tfal tal-iskola, partikolarment fil- ħinijiet ta' filgħodu. Minbarra l-effett tal-kowċis tal-istudenti tal-iskola, hemm ukoll it-tant ġenituri li jwasslu lil uliedhom sal-bibien tal-iskola bil-karozzi privati tagħhom. Fost il-miżuri li ssemmew fil-Baġit għas-sena 2015, kien hemm proposta li fiha l-Gvern se jniedi proċess ta' konsultazzjoni permezz ta' White Paper fejn permezz ta' dan il-proċess, se jiġi evalwat jekk l-iskejjel għandhomx jibqgħu kollha bl-istess ħinijiet. Dwar dan tkellimna ma' kapijiet ta' skejjel sabiex insaqsu kif din se taffettwa s-settur edukattiv: x'effett tħalli proposta bħal din jekk tiġi fis-seħħ u jekk finalment tħallix frott, jiġifieri jekk verament tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku. Fr. Eric Cachia SDB – Kap tal-Iskola Savio College Ir-rabta tat-traffiku mal- ħinijiet tal-iskola hija relattiva. Jekk l-iskola tibda aktar kmieni, xorta waħda se mmexxu 'l quddiem il- problema attwali. Dan japplika jekk il-ġurnata tibda aktar tard, anzi, se jmur kontra l-idea li jkollna sistemi favur il-familji: digà l-ħin huwa qasir u l-kuntatt tat-tfal fil-familja huwa fqir: privat, edukazzjoni informali u oħrajn. Naħseb li hija wisq sempliċi li nippruvaw li nsolvu problema billi nitfgħuha fuq entità oħra. Bosta mit-toroq Maltin mhumiex mibnija biex jilqgħu l-volum ta' karozzi li għandna. It-trasport pubbliku jibqa' problema li jxekkel bil-bosta lill-istudent universitarju, li porzjon mill- problema qiegħda hemm ukoll. Ma ninsewx ukoll li l-għalliema huma ġenituri li jridu wkoll ilaħħqu mal- ħtiġijiet tal-familji tagħhom. Hemm lok għal servizz privat ta' trasport li jkun inqas għoli u aktar organizzat għal kull skola jew tiġi mnedija skema favur car pooling fi skejjel li ma joffrux servizz ta' trasport privat. Kap tal-iskola St. Francis Mhux ideali li jinbidlu l-ħinijiet għaliex jitfixkel kulħadd u dan l-aktar minħabba li ħafna nies jaħdmu fl-istess ħinijiet. Min- naħa tagħna, l-iskola tibda kmieni filgħodu, fis-7.35am u nafu li dan huwa ħin pjuttost kmieni fejn anke lit-tfal qed 'inqajmuhom' kmieni. Però dan ma jsirx għax irridu imma l-ħin huwa ddettat minn tal-vannijiet għaliex mhux possibli li jiġu iktar tard mill-ħinijiet preżenti. Hemm numru limitat ta' vannijiet li qed iġegħelna nibdew aktar kmieni. Dawn l-istess vannijiet, hekk kif iwasslu lit-tfal fl-iskola, jibqgħu sejrin b'rotot oħrajn ta' skejjel differenti. Kieku xorta waħda, nemmen li jkun hemm xi problemi, bejn minħabba n-numru ta' vannijiet li jkun hemm fit-toroq fl-istess ħin, kif ukoll il-problemi li jinħolqu fil-ħinijiet li fihom tispiċċa l-iskola. Jekk b'xi mod tiġi implimentata xi miżura li tibdel il-ħinijiet tal-iskola, għandu jkun hemm studju serju rigward l-effetti li tkun se tħalli ħaġa bħal din. Anke minħabba l-fatt li din se tikkawża problemi kemm fuq il-ġenituri kif ukoll fuq l-għalliema. L-għalliema li jaħdmu fl-iskola tagħna, li jammontaw għal madwar 50, kuljum ikollhom problema ta' parkeġġ minbarra dik tat-traffiku li jsibu fit- toroq filgħodu. Min-naħa l-oħra, l-ħinijiet tal-iskola jinfluwenzaw ħafna affarijiet oħra, l-aktar fejn jidħlu l-ġenituri partikolarment dawk li jaħdmu għaliex ħafna minnhom iqabblu l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom mal-ħinijiet tal- iskola ta' wliedhom biex ma jħalluhomx waħedhom id-dar. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Hilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalita' ta' Hajja Aħjar Reklam parzjalment konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Socjali Ewropew (FSE) Rata ta' konfinanzjament: 85% Fondi mill-EU; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tieghek APPLIKAZZJONIJIET TAL-GARANZIJA GĦAŻ- ŻGĦAŻAGĦ (IT-TIENI SEJĦA – ŻMIEN STIPULAT ESTIŻ) - ESF 3.231 L-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ t'offri liż-Żgħażagħ ta bejn 16-24 sena li mhumiex fl-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, l'opportunità li tista' tagħmel differenza sinifikanti fil- ħajja tagħhom. Permezz ta 'din l-iskema, il-Gvern jikkommetti ruħu biex jgħin lil dawn il- parteċipanti, isibu impjieg. Matul il- perjodu ta 'taħriġ ta' 18- ġimgħa dawn l-individwi se jkunu qedghin jiehdu taħrig personalizzat kif wkoll ser jkunu qed jaħdmu f'setturi diversi tax-xogħol. Il-Programm ta 'taħriġ u ta' xogħol huwa personalizzat ghal kull applikant/a. POSTIJIET TA' REĠISTRAZZJONI Malta: Il-Ministeru għall-Edukazzjnoi u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana Għawdex: Il-Korporazzjoni tax-xogħol u t-Taħriġ, Triq Sir Arturo Merċieċa, ir-Rabat, Għawdex Reġistrazzjonijiet miftuħin mil-Ġimgħa 21 ta' Novembru sal-Ġimgħa 5 ta' Diċembru 2014, bejn it-8.00am u t-3.00pm. Għal aktar informazzjoni tista' ċċempel 2598 2280 White Paper dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel Sempliċi nsolvu problema billi nitfgħuha fuq entità oħra "Bosta mit-toroq Maltin mhumiex mibnija biex jilqgħu l-volum ta' karozzi li għandna" "L-iskola tagħna tibda fis-7.35am u ma nistgħux nagħmlu mod ieħor"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014