Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

JOHN PISANI AKTAR minn 11-il ġurnata wara l-isparatura fil-Gżira, dan il-każ għadu fuq fomm ħafna nies. X'ġara, jew x'seta' ġara dakinhar? Minn stħarriġ li għamlet il- gazzetta ILLUM jidher li għad hemm diversi mistoqsijiet li għadhom mingħajr tweġiba u għaldaqstant hemm stennija kbira għal dak li se joħroġ mill-Inkjesta Maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras, mill-Inkjesta li ordna l-Prim Ministru Joseph Muscat li se titmexxa mill- Imħallef Emeritu Alberto Magri bl-Imħallfin Emeriti Joseph David Camilleri u Philip Sciberras, kif ukoll mill-kawża fil-Qorti kemm dik tal-Kuntistabbli Paul Sheehan u meta tibda wkoll dik ta' Stephen Smith, l-Iskoċċiż involut fl-inċident. Qed ikun allegat li b'mod kronoloġiku, mill-bidu tal-każ u anke sa l-għada tal-inċident, seħħew b'dan il-mod. Ftit qabel it-8pm il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manwel Mallia twassal fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija minn PC Paul Sheehan fejn attenda għal okkażjoni soċjali fil- preżenza ta' madwar 60 persuna fosthom l-Aġent Kummissarju Raymond Zammit. Minn hemm Sheehan baqa' sejjer għand ommu li toqgħod fi Trejqa Nicolas Cottoner fil-Gżira u pparkja l-karozza ministerjali quddiem id-dar ta' ommu. Ftit qabel id-8.42pm Sheehan sema' ħoss fit-triq u ssupetta li xi ħadd kien ħabat mal-karozza Mercedes li kien għad kellha l-pjanċi GM14, kif fil-fatt ġara. Kif Sheehan ħareġ jara x'ġara ra karozza Insignia bi pjanċi barranin titlaq minn fuq il-post. PC Sheehan daħal fil-Mercedes u saq għal wara l-karozza involuta fl-inċident. Peress li Sheehan laħaq il-karozza l-oħra fi ftit minuti, jidher li s-sewwieq tal-karozza l-oħra, li rriżulta li huwa Stephen Smith, minn Triq Nicolas Cottoner dar għal Triq Nazju Ellul u għal Triq Wied il-Kappara b'Sheehan idoqq il-horn biex jipprova jwaqqfu. Kien fi Triq Wied il-Kappara li Smith waqaf b'Sheehan jieqaf warajh u ż-żewġt irġiel ħarġu mill- karozzi rispettivi tagħhom. Fid-8.50p.m. Sheehan u Smith instemgħu jargumentaw fejn ġie allegat li Sheehan ħareġ mill-karozza bil-pistola tas-servizz f 'idejh filwaqt li allegatament Smith kellu flixkun tal-birra f 'idejh. Hawnhekk Smith u Sheehan bdew jargumentaw fejn għalkemm Smith huwa Brittaniku, jaf jitkellem bil- Malti peress li ilu jgħix hawn Malta. Smith jidher li staqsa lil Sheehan għaliex għandu arma f 'idejh li min-naħa tiegħu l-Pulizija rrisponda minħabba li Smith kien qed jheddu. Dan l-argument dam biss ftit minuti fejn Smith deher jinjora lil Sheehan, dar u daħal fil-karozza. Skont persuna li qalet kif semgħet kommossjoni fit-triq fejn toqgħod, ħarġet tittawwal u rat lill-barrani dieħel fil-karozza tiegħu fejn saq b'veloċità eċċessiva b'karozza "tal-Gvern" tinsaq għal warajh. Skont l-istess xhud kif dawn daru għal Triq Edgar Bernard instemgħu żewġ tiri ta' arma tan-nar. Minn hemm Smith saq għal Triq Turu Rizzo dar għal Triq Ġużè Miceli u ħareġ fi Triq M.A. Vassalli, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala Triq Reġjonali. Sakemm kienet għaddejja din il-ġirja bil-karozzi, jidher li Sheehan kien f 'kuntatt bil-mobile mal-Control Room tal- Pulizija fejn talab għall- assistenza. Għall-ħabta tad-9.02pm Smith kien interċettat minn unit tal-Pulizija mill- Iskwadra tal-RIU taħt il-mini tal-Qroqq li jiġu taħt l-Iskate Park b'Sheehan li kien għadu 6 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 X'ġara f 'dik il-lejla fil-Gżira Pass pass mal-ġrajja tal-isparatura fil-Gżira Il-ħsara li kien hemm fuq il-karozza ministerjali Paul Sheehan, bi qmis bajda jidher wieqaf ħdejn il-karozza taħt il-mina Iċ-ċrieki juru fejn intlaqtet il-karozza tal-barrani mill-isparaturi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014