Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 Ritratt: Ray Attard Jingħalqu l-bibien għal Simon Busuttil ĠIMAGĦTEJN ilu l-kap tal- Oppożizzjoni żar il-kumpless Il Gozitano f 'Għawdex fejn hemmhekk żar xi ażjendi ta' ikel u xorb artiġġjanali li jsir f 'Għawdex mill-Għawdxin. Iżda kien innutat li dan ma żarx il- fabbriki kollha ta' dan il-kumpless fejn kien hemm minnhom li kienu magħluqa meta s-soltu dejjem ikunu miftuħin u oħrajn li skont sorsi qalulna li ma stednuhx. Minn sorsi ta' min jorbot fuqhom qalulna li dawk li ma fetħux il-bibien għall-Kap tal-Oppożizzjoni kienu eks Nazzjonalisti li ħassewhom imweġġgħin mill-Partit Nazzjonalista meta kien fil- gvern. Fattur ieħor li kien hemm min ikkummenta fuqu kien kif Simon Busuttil dar dawn il-postijiet akkumpanjat mill-eks Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono li ddikjarat li mhux se tikkontesta iżjed l-elezzjonijiet mal-PN. Kien hemm min ikkummenta li l-fatt li l-PN tilef Għawdex meta kellu lil Giovanna Debono Ministru għal Għawdex ma ngħatax dehra ta' partit mibdul meta l-eks ministru għal Għawdex akkumpanjat lill-Kap il-ġdid tal-Partit. Giovanna Debono dehret tmexxi lil Kevin Cutajar li hu nieqes mid-dawl u dan il-fatt donnu ta x'wieħed jifhem li Debono se taħdem biex il-voti tagħha jduru għal dan il-kandidat mix-Xagħra li fl-elezzjoni li għaddiet kien mar tajjeb ħafna. Mal-Kap tal-Oppożizzjoni kien hemm ukoll id-deputat parlamentari Frederick Azzopardi li wkoll ħabbar li mhux se jikkontesta iżjed. Preżenti kien hemm ukoll Ryan Mercieca l-kandidat ġdid żagħżugħ u kien hemm min skanta kif is-segretarju Ġenerali, l-Għawdxi Chris Said ma kienx preżenti. Jinqalaw il-palm f 'Ta' Qali WARA storja li dehret fil-ġurnal ILLUM nhar il-Ħadd 16 ta' Novembru, il-palm li kien hemm f ' Ta' Qali nqala'. Din il-gazzetta kienet irrappurtat li kien hemm għadd mhux żgħir ta' siġar tal-palm infettat bil-ħanfusa tal-Bumunqar Aħmar tal-Palm. Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm madwar tmien siġar li kellhom jinqalgħu mill- aktar fis possibli hekk kif il-bumunqar seta' jibqa' jinfetta l-kumplament tal- palm. Ftit tal-ġranet ilu din il-gazzetta rċeviet ritratt li l-palm li kien viżibbilment infettat, b'uħud mill- friegħi kienu wkoll nexfin, issa nqalgħu. Din il-ħanfusa ilha li daħlet f 'pajjiżna sa mill- 2007, jiġifieri seba' snin ilu u s'issa, wara dawn is-snin kollha, għadha ma nstabitx soluzzjoni effettiva kif tiġi kkontrollata. Is-Segretarju Parlamentari għall- Biedja u Sajd u Drittijiet għall-Annimali, l-Onor. Roderick Galdes qal li l-kontroll u monitoraġġ tal-Bumunqar l-aћmar tal-Palm qed isir mid- Direttorat gћas-Saћћa tal-Pjanti, skont il-Pjan ta' Azzjoni 2014. Dan ir-ritratt intbagħat biex juri li l-palm infettat inqala' Kelba tinstab għal mejta fil-Ħandaq IDDIPARTIMENT tal-Animal Welfare irċieva telefonata lbieraħ għall-ħabta tas-1.30pm li fl- inħawi tal-Ħandaq kien hemm kelba abbandunata u kien hemm bżonn l-għajnuna immedjata. Hekk kif l-uffiċjali waslu fuq il-post neħħew il-boroż li l-kelba kienet maqfula fihom. Il-kelba kienet għadha ħajja u ttieħdet mal-ewwel l-isptar San Franġisk f 'Ta' Qali. Il- kelba tinsab f 'kundizzjoni gravi iżda stabbli. Wara dan il-każ, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qal li jikkundanna dan l-att ta' krudeltà u moħqrija fuq l-annimali. Qal ukoll li dwar dan, kien diġà informa lill- Pulizija. L-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha għaddejja. L-ILLUM hi mgħarrfa li l-kelba għandha ċippa fuqha b'hekk mhux se tkun ta' problema li jiġi identifikat sid il-kelba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014