Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 MARIA Vella, anzjana ta' 82 sena miż-Żurrieq, mietet fgata meta persuni mhux magħrufa daħlu fuqha fir-residenza tagħha fi Triq il-Karmnu fil-qalba taż-Żurrieq, il-parti magħrufa bħala x-Xarolla ta' Fuq. Vella kienet xebba u kienet magħrufa bħala "Taż- Żurgan." Mill-bidu nett il-Pulizija bdew jinvestigaw dan il-qtil, li għadu mhux solvut, bħala serqa li żviluppat f 'omiċidju. Imma min kien jaf sew lill-anzjana huma ta' fehma differenti minn dik tal-Pulizija u t-taqlib fid-dar tagħha sar biex jiżgwidaw lill- investigaturi u l-mottiv kien li riedu jeħilsu mill-anzjana għax kienet taf xi ħaġa fuq xi persuni u kienet magħrufa li dak li tara u tisma' kienet "ixxandru." Tinstab mejta mill-ġirien Kien it-Tlieta, 19 ta' Jannar 1999 li Maria Vella nstabet mejta wara li sfat aggredita minn xi persuni li daħlu fuqha bil-forza meta kienet fid-dar tagħha li tinsab f 'waħda mit- toroq dojoq taż-Żurrieq. Triq kwieta ħafna, imma minħabba li dakinhar it-temp kien xi ftit kiesaħ u kulħadd kien ġewwa bit-twieqi u bibien magħluqin, allura jekk l-anzjana għajtet għall-ajjut ħadd ma seta' jisma' xejn. Barra minn hekk id-dar ta' Maria Vella hija kbira u antika u għaldaqstant mibnija bid- dobblu. Kien ftit wara s-7pm ta' nhar it-Tlieta 19 ta' Jannar 1999 li l-Pulizija kienu informati li l-anzjana seta' ġralha xi ħaġa meta xi persuni nnuttaw li l-bieb ta' barra kien miftuħ u kellha d-dawl mixgħul. Peress li kienu jafu li l-ġara tagħha kienet tieħu ħsiebha, l-ewwel ma ġew informati kienu huma. Ħsibt li seta' ġralha xi ħaġa – Frances Zahra Frances Zahra miż-Żurrieq, li dakinhar kellha 56 sena, kienet l-ewwel waħda li daħlilha suspett li Maria Vella seta' ġralha xi ħaġa. Tkellimt ma' Frances Zahra, eks għalliema fejn l-aħħar li għallmet kienet fl-iskola ta' Ħal Safi. "Niftakar sew dak il-lejl", bdiet tgħidli Zahra. "Kont ġejja lura mill-knisja għax mort nisma' l-quddiesa tas-6.30pm u peress li ngħaddi kuljum minn dik it-triq kont naf li Maria dejjem kienet iżżomm il-bieb magħluq. Kif għaddejt u rajt il-bieb ta' barra miftuħ u bid-dawl ġewwa mixgħul, għidt mela Maria għandha xi festin illum u bqajt miexja. Kif għamilt ftit passi ħassejt li kien hemm xi ħaġa ħażina. Mort lura u billi l-antiporta kienet imbexxqa bdejt insejħilha. Ħallejt ftit biex nara jekk nismagħhiex imma xejn. Stennejt ftit ieħor għax għidt forsi għandha bżonn xi ħaġa u nismagħha imqar tokrob. Imma silenzju perfett", qaltli Zahra. Hija kompliet tgħidli li dak il-ħin kienet ġejja mara minn ħanut fil-viċin u qaltilha li taħseb li Maria seta' ġralha xi ħaġa. Iż-żewġ nisa għamlu l-kuraġġ u komplew jiftħu l-antiporta u kif Frances ittawlet fl-ewwel karma li hemm fil-ġenb u rat it-taqlib qalet lill- mara l-oħra biex joħorġu għax żgur kienu daħlu fuq l-anzjana. "Peress li kont naf li dik ta' ħdejha kienet tieħu ħsiebha, morna u ħabbatnilha u għidnilha li Maria daħlu fuqha imma mhix tirrispondi. Minn hemm bqajt sejra dritt l-Għassa tal-Pulizija u għidt lis-Surġent." Frances Zahra qalet li marret fi Triq il-Karmnu flimkien mas- Surġent Michael Borg, illum Surġent Maġġur. Meta waslu sabu lil ġara tagħha, Wistina Camilleri u lil żewġha Rosario li kienu barra l-bieb ta' Maria Vella. "Is-Surġent u Rosario daħlu flimkien u ftit minuti wara, ma nafx jekk kienx is-Surġent jew Rosario, għamel is-sinjal tas-salib biex jgħidilna li Maria kienet mejta", qalet Frances. Il-mara temmet tgħidilna li għadha sal-lum tgħaddi minn dik it-triq u kull darba li tasal quddiem il-bieb tal-vittma tgħid talba għal ruħha. Instabet fil-kċina b'ħalqha marbut bit-tape Ix-xena li raw is-Surġent Borg u Rosario, li dak iż-żmien kellu 67 sena u llum mejjet, kienet xena kerha. Maria Borg instabet mitluqa fl-art fuq il- ġenb tagħha. Mal-ewwel daqqa t'għajn setgħu jaraw li l-anzjana kellha xi daqqiet fuq wiċċha. Kważi l-kmamar kollha kienu mqallbin, sinjal li min qatel lill-anzjana għamel dan biex jisraqha. Borg informa lis-superjuri tiegħu fejn fost l-ewwel ma wasal fuq il-post kien l-Assistent Kummissarju John Rizzo, li spiċċa mill-Korp bħala Kummissarju, li dak iż-żmien kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Ftit wara bdew jaslu aktar uffiċjali fosthom l-eks-Assistent Kummissarju Maurice Borg, l-eks Supretendenti Joe Rizzo u Manwel Cassar u l-eks-Spettur David Saliba, dawn kollha rtiraw mill-Korp tal-Pulizija. Marret ukoll l-Ispettur Maria Stella Cutajar, illum Attard, li bdew bl-istħarriġ. L-antiporta sgassata Il-bieb ta' barra kien miftuħ, iżda l-antiporta dehret li kienet sgassata. Kif il-Pulizija bdew deħlin fid-dar innutaw taqlib f 'diversi kmamar. Fuq in-naħa tal-lemin kien hemm il-kċina fejn instab il-katavru ta' Maria mitluqa fl-art. Hekk kif sar magħruf li kien seħħ qtil fi Triq il-Karmnu bdew jinġabru ħafna nies fosthom anke qraba tal-vittma u Dun Karm Busuttil li deher jagħmel xi talb minn quddiem il-bieb peress li ma tħallix jidħol qrib il-katavru għax id-dar kienet xena ta' reat. Il-Pulizija ma kellhomx dubji li quddiemhom kellhom każ t'omiċidju ieħor u traċċi ftit li xejn. Mid-dar elevaw dak li setgħu li ma tantx kien hemm. Dakinhar il-Maġistrat tal- Għassa kien Dr Silvio Meli, illum Imħallef, li mar fuq il-post fejn mexxa l-aċċess u ħatar diversi esperti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri, lill-Perit Richard Aquilina kif ukoll lill- Uffiċjali tax-Xena tar-Reat. Għaliex għażlu l-ġurnata tat- Tlieta? Diversi persuni li tkellimt magħhom saħansitra jemmnu li l-qattiela mhux kienu għaddejjin minn hemm u daħlu fuq l-anzjana biex jisirquha u din spiċċat mejta fgata. Dawn l-istess sorsi qaluli li xi ħadd John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Qtil ta' anzjana f 'żona kwieta fiż-Żurrieq fl-1999 Id-dar fejn seħħ il-qtil fi Triq il-Karmnu fiż-Żurrieq Wistina Camilleri, turi l-bieb ta' barra tal-vittma Qatluha biex jisirquha jew Ritratti: John Pisani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014