Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 37 SPORTSillum Topspin Table Tennis Academy tkompli torganizza l-attivitajiet tagħha MATUL is-sajf, 'TopspinTable Tennis Academy' ħasbet biex tkompli tiġbed iktar studenti lejn l-Akkademja permezz tal-iskola sajf li bdiet f 'Lulju u ntemmet f 'Settembru. B'sodisfazzjon kbir, l-Akkademja tista' tgħid li laħqet il-miri tagħha hekk kif il-'gym' ta' fejn isir it-taħriġ, li jinsab ġewwa Santa Monika f 'Birkirkara, kien miżgħud bi studenti ta' kull età, ilkoll entużjasti li jkomplu jitħarrġu f 'dan l-isport anki matul l-istaġun li riesaq. B'ħafna impenn u dedikazzjoni lejn l-istudenti, l-Akkademja ħadmet biex tospita lil Andrzej Borkowski - kowċ barrani kkwalifikat li jilgħab f 'wieħed mill-aktar ligs prominenti ġewwa l-Ġermanja. Apparti minn hekk, f 'waħda mis-sessjonijiet tat-taħriġ, l-Akkademja tat lok lill- psikologa tal-isport Adele Muscat biex tindirizza lill-istudenti dwar kif wieħed għandu jipprepara mentalment għal-logħba tat- 'table tennis'. Naturalment ma naqasx li jkun hemm attendenza numeruża għal attività bħal din. Biex tinċentiva iktar lill-istudenti tagħha, matul is-sajf, l-Akkademja reġgħet bdiet bil-'Player of the Term' fejn jintgħażel plejer minn fost l-istudenti l-oħra li jkun spikka f 'dak il-perjodu partikolari u jingħata prominenza fuq il-paġna tal- Facebook tal-Akkademja. L-iskola sajf ġiet fi tmiemha permezz tal 'Andro First Ranking Tournament' li kien mistenni minn bosta studenti għaliex setgħu jattwaw dak li tgħallmu matul is-sajf. F'Settembru li għadda, żewġ membri mill-Akkademja (Daniel Bajada u Dorianne Magri) flimkien mal-'HeadCoach' Edward Baldacchino, ġiethom l-opportunità li jirrappreżentaw lil Malta fil- 'European Championships' li saru f 'Lisbona. Hemmhekk Baldacchino attenda kemm bħala plejer kif ukoll bħala l-kowċ tat-tim tal-irġiel u n-nisa. Fil-fatt l-Akkademja dejjem ħadmet biex ikollha kowċis kwalifikati u professjonali li jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom lill-istudenti. Għaldaqstant dejjem tistgħu tikkuntattjaw lill- 'Head Coach' fuq 99470278 għal iktar tagħrif rigward it-tqassim tas-sessjonjiet tat-taħriġ. Minn żmien għal żmien, fuq il-paġna tal- Facebook ta' 'TopspinTable Tennis Academy' u s-sit www. topspintabletennisacademy. com jittellgħu diversi ritratti li jġibu magħhom memorji sbieħ tal-avvenimenti kollha li jittellgħu mill- Akkademja għall-istudenti tagħha taħt il-'motto': 'Learn, PlayandHavefun'.L- Akkademja tinsab ħerqana sabiex tilqa' membri ġodda. Suċċess kbir ghall-Akkademja tat-Table Tennis, Topspin Mdina Knights bl-akbar rebħa It-tieni edizzjoni tal- Mini President's Cup MILLKAMPJONAT tal- Ewwel Diviżjoni tal-futsal, Msida ħadu t-tieni rebħa f 'dan l-istaġun meta għelbu lil Siġġiewi bl-iskor ta' 8-2. Għall-Imsida skurjaw darbtejn Marian Gologan u Aleksander Ribic, Alan Micallef, Noel Portelli, Matthew Dingli u Ryan Xuereb. Andrew Briffa u Matthew Debono naqqsu l-iskor għal Siġġiewi. Mdina Knights kellhom it-tieni u l-akbar rebħa f 'dan l-istaġun, hekk kif għelbu lil Birżebuġia bl-iskor kbir ta' 10-0. Mdina matul dawn l-aħħar tliet logħbiet, qed jilagħbu futsal sabiħ u qed iġibu riżultati tajbin. Cleaven Portelli kontra Birżebbuġa skorja erba' gowls, bl-ewwel wieħed ikun skurjat wara biss 13-il sekonda mill- ftuħ tal-logħba. Għall-Imdina kellna wkoll doppjetti għal Renald Portelli u Robert Peplow, flimkien mal- gowls ta' Andrew Camilleri u Tyrone Grech. Intant, Mellieħa għamluhom tmien rebħiet konsekuttivi meta għelbu lil Luqa bl-iskor ta' 4-2. Iżda kienu Mellieħa li ħadu l-ewwel xokk fil-logħba, meta wara għaxar minuti logħob tkeċċa għalihom Radoslav Kovachev, wara li mess b'idu l-ballun li kien dieħel fix-xibka. Mill-penalty, Andrew Scerri fetaħ l-iskor għal Luqa. Fit-tieni taqsima, il-Melliħin ħarġu determinati li jieħdu t-tmien rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat u f 'temp ta' erba' minuti skurjaw permezz ta' Nikolay Filipov, Robert Magro u Craig Pickard. Fis-27 minuta Luqa ngħataw penalty ieħor u reġa' kien Andrew Scerri li ma ħafirx lill- goalkeeper avversarju, Deylan Ivanov. Ħames minuti mit-tmiem tal- logħba , Nikolay Filipov skurja t-tieni gowl personali tiegħu u ssiġġilla r-rebħa li ħalliethom waħedhom fil-quċċata tal- klassifika. Kellna wkoll logħba waħda mill-Kampjonat Premier, bejn Zebbug Rangers u Swieqi United, minħabba t-taħriġ tat- tim nazzjonali Malti tal-futsal. Fabio Grech fetaħ l-iskor kmieni u b'doppjetta fl-aħħar ħinijiet ta' Patrick Kinni, Swieqi United rebħu 3-0 biex sabu posthom fir-raba' post tal- Kampjonat Premier. NHAR il-Ħadd 16 ta' Novembru, fil-korsa tal-Marsa, saret it- tieni edizzjoni tal-Mini President's Cup waqt il- programm li kien jinkludi l-finali tat-Tazza tal- President. F'din il-kompetizzjoni ħadu sehem tfal li jattendu l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel tal-Malta Racing Club fejn huma pparteċipaw biż-żwiemel tax-'shetland' bit-trott. Din kienet inizjattiva rat il-bidu tagħha, l-istagun li għadda u din is-sena l-konkorrenza kienet ferm ikbar, tant li fid-9 ta' Novembru saru l-heats li minnhom it-tfal ikkwalifikaw biex isuqu fil- finali tal-Ħadd. Leon Zammit li għandu seba' snin, biż-żiemel Ready Cash ġie ddikjarat ir- rebbieħ fejn warajh spiċċat Esmeralda Grima fuq Rosey filwaqt li Nevice Camilleri b'Thunder Fighter ġiet ikklassifikata fit-tielet post. Il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, kienet preżenti wkoll għall- preżentazzjoni tal-Mini President's Cup u wara qassmet it-trofej u t-tifkiriet lit-tfal kollha tal-Akkademja li fl-istess ġurnata, kienu mistiedna sabiex jieħdu sehem f 'attivitajiet marbuta mal-finali tat-Tazza tal- President. Ritratt: Joe Borg Azzjoni mill-konfront bejn Mdina Knights u Burzebbugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014