Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 39 Apparti żewġ European Competitions oħra ġewwa l-Irlanda u ġewwa Wales, is sena l-oħra Malta ħadet sehem fil-World Youth Netball Championships u kelli l-unur ukoll li nirrapreżenta lil pajjiżi ġewwa Glasgow, fejn Malta lagħbet kontra l-iktar timijiet b'saħħithom fosthom New Zealand li fl-aħħar kienu huma li rebħu dan it-titlu li konna aħna stess li waqqafnihom milli jikbsu ftit qabel. Din l-esperjenza bdiet fit-23 ta' Awwissu tal-2013 u t-taħriġ fis- sħana li għandna ġewwa xtutna ma waqqafniex milli nkomplu nagħmlu ħiltina biex inkunu kemm jista' jkun ippreparati. It-taħriġ kien ikun fil-weekends jibda mis-6am u jkollna sezzjoni oħra waranofsinhar kif ukoll filgħaxija fost il-ġimgħa. Għalkemm fil-gruppi ma kellniex rebħa għamilna l-almu tagħna biex nagħtu wirja mill-aqwa. Jien ħassejtni sodisfatta bil-wirja tiegħi kif ukoll bħala tim. Din għalija kienet l-isbaħ u l-aqwa esperjenza internazzjonali li qatt kelli fil- qasam ta' dan l-isport. Il-ħbiberija bejnietna bħala tim kif ukoll ma' pajjiżi oħra spikkat. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil Helga Turban li apparti li tatni l-appoġġ tagħha bħala omm kienet ukoll il-kowċ tat-tim nazzjonali tan-netball li għamlet minn kollox biex bħala tim nagħtu l-aħjar wirjiet tagħna. Naf li int flimkien ma' ħabiba tiegħek ftit taż-żmien ilu għadkom kemm iffurmajtu tim ġdid tan- netball. Tina iktar dettalji. Iva, fil-fatt, kien biss is-sena l-oħra meta jien u ħabiba tiegħi li nagħmlu parti mit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena ddeċidejna li nagħmlu tim tagħna stess. Din ma kinitx deċiżjoni faċli li t-tnejn li aħna nitilqu lit-tim li konna magħhom imma konna nafu li kienet se tkun sfida u apparti minn hekk kienet ukoll ħolma. Avviċinajna diversi plejers fosthom 5 plejers li kienu jagħmlu parti mit-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena li aċċettaw li jagħmlu parti mit-tim. Irnexxielna ngħaqdu 13-il plejer u kowċ u minn dak iż- żmien għamilna kemm stajna biex inġibu suċċess lil dan it-tim u kien permezz ta' hekk li fl-ewwel sena tagħna rbaħna t-tieni diviżjoni bla problema ta' xejn. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ speċjalment tfajliet li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess kemm fin-netball kif ukoll fil-ħajja in ġenerali. Nibqa' ngħid li xejn mhu impossibli fil-ħajja u dak li tħobb tagħmel għandek tibqa' tagħmlu u tkompli taħdem fuq il-ħolma tiegħek. SPORTSillum Twieldet -14 ta' Marzu 1992 Ilha l-qasam tal-isport għal dawn l-aħħar 10 snin jiġieri mill-età ta' 12-il sena Fl-ewwel sena tagħha timmilita n- netball lokali rebħet l-unur tal-aqwa plejer tas-sena Tiġi t-tia ta' Helga Turban li hija l-kowċ tat-tim nazzjonali tan-netball Nadya Turban "Dak li tħobb tagħmel għandek tibqa' tagħmlu u tkompli taħdem fuq il-ħolma tiegħek" impossibbli fil-ħajja"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014