Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 3 Benefiċċji li qatt ma ngħataw qabel lill-Ministri Ikompli minn paġna 1 JIRRIŻULTA li f 'Mejju tal- 2008, b'deċiżjoni tagħhom stess il-Ministri u Segretarji Parlamentari Nazzjonalisti ddeċidew li b'effett minn xahrejn qabel, iżidu mas- salarju tagħhom bħala Ministri u Segretarji Parlamentari, duty allowance ta' 20% ta' dan is- salarju, is-salarju ta' Membru Parlamentari u miegħu żiedu allowance ieħor ta' 20% ta' skala 1 taċ-Ċivil u ħolqu postage allowance ta' €1,500. Dawn l-aħħar erba' benefiċċji ma kienu qatt jingħataw lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari fis-snin ta' qabel. B'dan il-mod il-Ministri u Segretarji Parlamentari Nazzjonalisti żiedu d-dħul tagħhom b'medja ta' €30,000 fis-sena. Din il-ġimgħa f 'kummenti mal-mezzi tax-xandir id-deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista u eks Ministru Mario de Marco qal li ż-żieda li kienu ħadu huwa u sħabu kienet biss il-ħlas ta' salarju ta' Membru Parlamentari. ILLUM iżda tista' tikkonferma li fil-verità De Marco u l-Ministri Nazzjonalisti bejn l-2008 u l-2012 tħallsu mal- €25,000 f 'benefiċċji oħra bħala żieda fid-dħul tagħhom, lil hinn mill-fatt li kienu bdew jirċievu żewġ salarji, dak ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari u dak ta' Membru Parlamentari. Kien biss fil-bidu tal-2011, li Lawrence Gonzi kien qal li kienet se tingħata lura ż-żieda li ngħatat lill-kabinett. Dakinhar kienet ingħatat l-impressjoni li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kienu se jagħtu lura ż-żidiet kollha. Madankollu fil-verità ngħata lura biss id- dħul mill-allowance ta' 20% ta' skala 1 taċ-Ċivil. Mill-bidu tal-2012 imbagħad il-Ministri u Segretarji Parlamentari Nazzjonalisti bdew jieħdu biss is-salarju tagħhom bħala membri tal-Kabinett u d-duty allowance ta' 20% ta' dan is- salarju. Madankollu ma taw xejn iktar lura. Disgħa mill-Ministri jew Segretarji Parlamentari li kienu fil-kabinett ta' Lawrence Gonzi, llum għadhom membri fix-shadow cabinet ta' Simon Busuttil. Dawn huma Mario de Marco, Chris Said, George Pullicino, Carm Mifsud Bonnici, Jason Azzopardi, Joe Cassar, Giovanna Debono, Mario Galea u Clyde Puli. De Marco u Said illum jagħmlu anki parti mit- tmexxija tal-PN. ILLUM tinsab informata li bejniethom dawn il-membri tax-shadow cabinet ta' Simon Busuttil żammew qrib il-€1 miljun miż-żieda li kienu taw lilhom infushom. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fl-aħħar elezzjoni ġenerali meta kienu għadu Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista f 'konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali fl-20 ta' Frar 2013, kien iddikjara li l-Ministri Nazzjonalisti kienu taw lura l-ħlasijiet kollha li kienu ħadu. Busuttil kien iddikjara li l-Ministri Nazzjonalisti kienu taw lura l-ħlasijiet kollha li kienu ħadu "Sinjal ta' immaturità fil-Prim Ministru" Ikompli minn paġna 1 DWAR kif se tivvota Marlene Farrugia fuq il- mozzjoni ta' sfiduċja tal- partit Nazzjonalista qalet, "Nistennew ir-rapport tal-inkjesta maġisterjali uffiċjali. L-eżitù tal-inkjesta tiddettali l-kuxjenza kif għandi nivvota. Inħossni ma nistax niġġudika fuq informazzjoni li qed tinbidel minn ħin għal ħin." Marlene Farrugia qalet ukoll li hi ma qablitx mal-Prim Ministru li qed jitlob lill-Bord tal-inkjesta indipendenti biex jgħaġġlu fil-verdett tagħhom, "ma naqbilx għax każi bħal dawn ma jistgħux jiġu solvuti b'mod immedjat, seta' biss talabhom li jlestuha mill-aktar fis possibbli iżda mhux immedjatament. Dan hu sinjal ieħor ta' immaturità fil-Prim Ministru." Il-każ tax-xufier tal- ministru Manwel Mallia qajjem terremot sħiħ fil- parlament u anke fil-gvern innifsu. Il-Partit Nazzjonalista ressaq il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru u qal ukoll li jistenna dawk id- deputati Laburisti li urew stmerrija dwar l-aġir tal- Ministru Mallia fil-privat, issa għandhom juru dak li jemmnu fil-vot ta' sfiduċja. "L-eżitu tal-inkjesta tiddettali l-kuxjenza kif għandi nivvota" €524 ta' 12-il siegħa għal De Marco Ikompli minn paġna 1 ILKUNTRATT ta' De Marco & Associates beda sena wara minn meta l-Avukat De Marco sar membru parlamentari, jiġifieri fl-2004. Il- kuntratt baqa' jiġġedded awtomatikament kull tliet snin, anke fiż-żmien meta Mario de Marco kien fil-kabinett tal-Gvern Nazzjonalista. Il-kuntratt reġa' ġġedded awtomatikament qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u dan għandu jwassal sal-2016. Il-ħlas hu ta' €524 (ta' 12-il siegħa) fix-xahar u jekk jaqbeż it-12-il siegħa f 'xahar jitħallas bis-€70 fis-siegħa. Dan ifisser li De Marco & Associates sal-2016 se jkun tħallas €75,456. Dan barra li ma nafux kemm- il siegħa qabeż mit-12-il siegħa konsulenzi fix-xahar li fihom tħallas bis-€70 fis- siegħa. Il-kuntratt baqa' jiġġedded kull tliet snin, anke meta De Marco kien fil-kabinett tal-Gvern INFETĦU l-linji tat- telefon biex jingħataw id-donazzjonijiet għall- istrina ta' din is-sena b'risq il-Malta Community Chest Fund. Dan tħabbar ilbieraħ filgħodu. In-numri biex il- pubbliku jista' jagħmel id- donazzjonijiet tiegħu huma 51502026 (€5), 51602027 (€10), 51702011 (€15) u 51802012 permezz tat-telefon u biex tibgħat SMS, 50618918 (€6.99) u 50619201 (€11.65). It-tema tal-Istrina 2014 se tkun, 'b'solidarjetà'. Infetħu l-linji tal-Istrina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014