Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 33 SPORTSillum ILLUM l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bil-program mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2014/15. Fil-Kumpless Sportiv f 'Ta'Qali l-ASMK se tkun qed torganizza it-tielet attività mis- sezzjoni Autocross u mistennija tibda wkoll il-kampjonat tal-Muturi Motocross. Il-programm jibda fil- 11am. Intant, nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni organizzat it-tieni attività bil-muturi Trials li saret fil- Barriera tal-Ballut Blocks Ltd f 'San Pawl tat-Tarġa, limiti tan-Naxxar. Dan kien possibbli bil-koperazzjoni sħiħa tas-sidien tal-barriera li dejjem ikkoperaw mal- Assoċjazzjoni ASMK biex l-attivitajiet tat-Trials jibqgħu jiġu organizzati f 'din il-lokalità. Intant, nagħtu ħarsa lejn dak li ġara matul il-ġurnata tal-kompetizzjoni Trials fejn rajna li fi Klassi A ddomina għat-tieni darba s-sewwieq Damon Bonello fuq mutur Gas Gas. Dan irnexxielu jispiċċa l-ġurnata b'rekord ta' żewġ punti biss ta' penalità. Damon kien segwit mill- veteran Robert Caruana fuq mutur Gas Gas li spiċċa l-ġurnata bi 19 –il punt ta' penalità. Dan juri li s-sezzjonijiet kienu ta' livell għoli għall-kompetituri tal-Klassi A. It-tielet post fi Klassi A ntrebaħ minn Rowen Bonello fuq mutur Beta li spiċċa l-ġurnata b'25 punt ta' penalità. Fi Klassi B rajna taqtigħa bejn Joseph Scicluna u Manuel Camilleri, it- tnejn fuq muturi Gas Gas. Scicluna minn kmieni deher li se jkun minn ta' quddiem f 'din il-ġurnata tant li diversi sezzjonijiet li rnexxielu jagħmilhom 'Clean' filwaqt li Camilleri kellu bidu hażin imma rnexxielu jirkupra fit-tieni u fit-tielet sezzjonijiet. Minkejja dan Camilleri kellu jikkuntenta bit-tieni post wara Scicluna li baqa' jiddefendi postu sal-aħħar tal-ġurnata. Fir-riżultat finali tal- ġurnata Scicluna spiċċa jirbaħ bi 15 –il punt ta' penalità segwit minn Camilleri b'27 punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa ż-żagħżugħ Bernard Sammut fuq mutur Beta minkejja li għalaq il- ġurnata bi 32 punt ta' penalità. Attività oħra bit-Trials mistennija ssir f 'Jannar tal-2015. Id-data se tkun imħabbra fil-jiem li ġejjin. Intant, l-Assoċjazzjoni matul il-ġimgħa d-dieħla se tibda tilqa' l-applikazzjonijiet għad- Demolition Derby b'risq il-Malta Community Chest Fund. L-edizzjoni ta' din is-sena mistennija ssir fil-21 ta' Diċembru 2015. Intant, l-Assoċjazzjoni ħabbret tibdil fil-program li kellu jsir nhar il-Ħadd 7 ta' Diċembru. Din se tkun immexxija għall- għada t-Tnejn 8 ta' Diċembru li hija festa pubblika u l-programm jibda f 'nofsinhar. Din hija miżura li l-ASMK qed tieħu biex nhar il-Ħadd 7 ta' Diċembru kulħadd ikun qed jagħti sehmu fl- attività annwali Paqpaqli għall-Istrina. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jħur is-sit elettroniku tal- Għaqda, www.asmk.org.mt ISSA ONLINE .COM.MT Iktar arti marzjali f 'Għawdex Daniel Caruana fuq mutur Gas Gas ILKAF (Kempo Arnis Federation) li hi federazzjoni ta' arti marzjali, il-ġimgħa l-oħra temmet b'suċċess il-kamp ta' taħriġ annwali fil-Gozo Sports Complex, Għawdex. Dan il-kamp kien jikkonsisti f 'seminars, sessjonijiet taż-żgħażagħ, klassijiet għall-għalliema ta' dan l-Isport, testijiet biex biex wieħed jitla' fil-grad u fil- kulur taċ-ċintorin. Is-sessjonijiet kollha kienu mmexxija mix- Shihan Borut Kinci li hu Black Belt 7th Dan fundatur u għalliem tal- ogħla grad tal-KAF u jitħarreġ lill-militar Sloveni u l-forzi speċjalizzati tas- Slovenja. Għal dan il-Kamp ta' din is-sena attendew 4 membri mis-Slovenja u ħamsa mill- Ġermanja. Attendew għal dan il-Kamp madwar 80 atleta li kien suċċess kbir għal din il-federazzjoni Maltija. KAF Malta team qed jipprepara biex jattendi l-Kamp tar-rebbiegħa li se jsir Novo Mesto, is- Slovenja u se jikkompeti għal kampjonat Nazzjonali tal-Arnis f 'Marzu li ġej. Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem l-Kempo Arnis Federation Malta Autumn Training Camp Steffi de Martino tirbaħ l- unur tal-Plejer tax-Xahar fi l-basketball femminili LUNUR tal-Enervit Player tax-xahar tan-nisa għax-xahar ta' Ottubru ntrebaħ mill-captain ta' Caffè Moak Luxol Steffi De Martino. Għal De Martino din kienet it-tielet darba li rebħet dan l-unur però l-ewwel wieħed ma' Luxol wara li rebħet żewġ unuri oħra ma' klabb ieħor. Matul ix-xahar t'Ottubru, Luxol kellhom xahar pożittiv hekk kif rebħu s-St.James Hospital Super Cup u kienu wkoll finalisti tal-Pre-Season Tournament. De Martino kkontribwixxiet bis-sħiħ għal dawn il-wirjiet meta skorjat 65 punt fejn kellha wkoll 4 three pointers fejn lagħbet medja ta' 35.53 minuti kull partita. Hija għandha wkoll medja ta' 7.29 rebound kull logħba, 2.86 steals u 3.57 assists u sofriet ukoll medja ta' 2.50 fouls. L-unur ġie ppreżentat lilha minn Carlos Bugeja - Direttur tal-Malta Basketball Association (MBA). ILLUM l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bil-program l-ġurnata b'rekord ta' żewġ punti biss ta' penalità. Damon kien segwit mill- penalità. Fit-tielet post spiċċa ż-żagħżugħ Bernard Sammut fuq mutur Beta L-ASMK tkompli bil- Kampjonati tal-Autocross u l-Motocross illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014