Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 SPORTSillum Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Weightlifting NHAR il-Ħadd 16 ta' Novembru, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting (MWA) organizzat il- Kampjonati Nazzjonali ta' Malta tal-weightlifting. L-ewwel kompetizzjoni tal-ġurnata kienet għall-atleti kadetti li għandhom età sa 12-il sena. Din is-sezzjoni ntrebħet minn Rylee Borg b'109 punti segwit minn Kyle Camilleri b'65 punt. Fis-sezzjoni taż-żgħażagħ maskili, il-kategorija tat-62kg intrebħet minn Malcolm Camilleri b'refa' totali ta' 138 kilo segwit minn Kirstin Coleiro b'115-il kilo. Il-kategorija tal- 94kg intrebħet minn Owen Bugeja b'refgħa totali ta' 195 kilo, filwaqt li 94+kg intrebħet minn Kieran Mifsud b'183 kilo. Fis-sezzjoni taż-żgħażagħ femminili, il-kategorija 69+kg intrebħet minn Sarah Grixti b'refgħa totali ta' 127 kilo. Hija wkoll kisret għaxar rekords nazzjonali: ħamsa fis-sezzjoni tal-youths u ħamsa oħra fis- sezzjoni tal-Juniors kategorija 75+kg. Fis-sezzjoni femminili għall-kbar, il-kategorija 53kg intrebħet minn Hayley Mizzi b'refgġa totali ta' 94 kilo, filwaqt li l-kategorija tat-58kg intrebħet minn Dorianne Attard b'refgħa totali ta' 98 kilo segwita minn Nathalie Borg b'refgħa totali ta' 85 kilo. Il-kategorija tat-63kg intrebħet minn Krista Camilleri b'refgħa totali ta' 122 kilo. Hija wkoll kisret sitt rekords nazzjonali - tlieta minn dawn fir-refgħa Clean & Jerk u tlieta oħra fuq it- total. Hija kienet segwita minn Pamela Psaila, b'refgħa totali ta' 110 kilo. Lorna Cachia rebħet il-kategorija 69kg b'refgħa totali ta' 110 kilo. Hija wkoll kisret żewġ rekords nazzjonali kemm fir-refgħa Clean & Jerk u anki fuq it-total. Hija kienet segwita minn Rodianne Balzan li għalqet il-kompetizzjoni b'refgħa totali ta' 108 kilo. Hija wkoll rnexxielha tikser rekord nazzjonali fir-refgħa Snatch. Fis-sezzjoni maskili għall-kbar, il-kategorija 69kg intrebħet minn Malcolm Abela b'refgħa totali ta' 145 kilo, filwaqt li l-kategorija 77 kilo intrebħet minn Eric Saliba b'refgħa totali ta' 189 kilo. Il-kategorija 85kg kienet l-iktar missielta tal-ġurnata fejn Kyle Micallef ħareġ rebbieħ b'refgħa totali ta' 245 kilo segwit minn Ryan Agius b'231 kilo filwaqt li Jovan Reljic spiċċa fit-tielet post b'refgħa totali ta' 215 kilo Ritratt: Malta Weightlifting Association Kieran Mifsud -azzjoni waqt il-Kampjonati Nazzjonali tal-Weightlifting Charles Mercieca jirbħu unuri għall-Plejer tax-Xahar ILPLEJER ta' nofs il-grawnd ta' Nadur Youngsters, Charles Mercieca, huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Settembru 2014. Mercieca kien wieħed mill-protagonisti ewlenin fin-Knockout tal-GFA tal-ewwel diviżjoni fejn skorja l-gowl rebbieħ kontra Kerċem Ajax fis-semifinali u wieħed mill-gowls ta' Nadur fir-rebħa ta' 2-1 kontra Oratory Youths fil- final biex b'hekk rebħu dan l-unur. John Camilleri, l-attakkant taċ-Champions renjanti Xewkija Tigers wera x'jiswa fuq quddiem fil-grawnd fejn skorja darbtejn fir- rebħa ta' 6-2 ta' Xewkija for Oratory Youths kif ukoll l-uniku gowl tagħhom f 'parità ta' 101 kontra Kerċem Ajax. Horace Laudi, Regional Manager għal Għawdex fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej abbinati ma' dan l-unur liż-żewġ plejers li t-tnejn għażlu l-kumitat Għawdxi ta' Puttinu Cares biex igawdu mid-donazzjoni marbuta ma' dan l-unur. Horace Laudi, Regional Manager għal Għawdex ħdan il-Bank of Valletta jippreżenta t-trofew lil Charles Mercieca Courtois jrid jibqa' l-goalkeper numru ILKOLL nafu kif matul dan l-istaġun il- goalkeeper fenomenali Belġjan, Thibaut Courtois, ħa post il- goalkeeper Ċek ta' Chelsea, Petr Cech, li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers fid-dinja u li ilu 10 snin jilgħab ma' Chelsea. Madankollu l-goalkeeper mir- Repubblika Ċeka stqarr li l-futur tiegħu jinsab f 'idejn il-klabb minn Londra. Dan hekk kif fil-jiem li għaddew kien hemm rapporti fil-mezzi tax- xandir li kienu jindikaw li Cech seta' jħalli lil Chelsea biex jingħaqad ma' Paris St Germain jew Real Madrid, iżda huwa fadallu 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu ta' erba' snin ma' Chelsea. Cech, li llum jgħodd it-32 sena, beda biss erba' logħbiet mal-Blues matul dan l-istaġun, tnejn minnhom fil-UEFA Champions League, hekk kif il-manager Josè Mourinho qed jipprova jipperswadi Minn kellu jgħid lil Cech li Courtois kien se jeħodlu postu ma' Chelsea?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014