Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

16 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 M inn mindu Miriam qiegħda sservi bħala MEP Brussell qiegħda tinżel Malta tmiem il-ġimgħa. F'dawn il-ġranet trid mhux biss iżżur it il-familjari, iżda wkoll tara kif tagħmel laqgħat biex tibqa' viċin man-nies. Iżda minn hawn u minn hemm irnexxieli li nidħol l- kalendarju tagħha. Ħadt gost niltaqa' ma' Miriam, illum membru Parlamentari fi Brussell, meta jien niftakarha daqsxejn ta' tfajla, ġurnalista mas-Super One u taqra l-aħbarijiet fuq l-istess stazzjon. Il-wiċċ simpatiku tagħha għamilha aktar popolari mill-istess aħbarijiet. Miriam baqgħet l-istess li naf jien, dejjem b'dik it-tbissima, trankwilla u dejjem attenta għal dak li tgħid u x'għandha twassal. Il-ġmiel naturali tagħha għamilha popolari, iżda Miriam ħadmet ħafna biex waslet fejn waslet u f 'din l-intervista nixtieq inwassal eżatt min hi Miriam dalli u x'inhi tagħmel fi Brussell. Fl-istess ġimgħa li għamiltilha din l-intervista, kien imħabbar li Miriam Dalli ntgħażlet bħala l-kelliema tas- Soċjalisti dwar l-emissjonijiet velenużi mill-karozzi. Tlabtha tgħidli jekk hux faċli li titkellem dwar l-emissjonijiet u twaqqaf l-emissjonijiet. "Il-problemi tal-emissjonijiet ġejjin primarjament mill-enerġija u mit-trasport. Mill- enerġija jidhru li dawn qed jitnaqqsu, anke f 'Malta la se naqilbu għal gas, iżda mit-trasport għad hemm problemi kbar. F'Malta l-problema ewlenija huma l-karozzi u l-ajruplani, fl-Ewropa hemm ukoll it-trammijiet u l-ferroviji li huma problematiċi" bdiet tgħid Dalli. "Fl-Ewropa qed naħdmu biex isir ċertu tibdil fil-magni tal-vetturi biex ikunu aktar favur l-ambjent u fl-istess ħin jibqgħu effiċjenti u dwar dan xogħli hu li naħdem fuq rapport preċiż li jkun ibbażat fuq l-Ewropa kollha." Mistoqsija x'taħseb li għandu jsir għal gżira tagħna f 'dan is-settur Miriam qalet li temmen li jistgħu jitnaqqsu l-ammont ta' karozzi bi skemi li permezz tagħhom karozzi antiki jintremew, ikun hawn edukazzjoni akbar dwar 'pooling' fejn dawk li jaħdmu flimkien u ġejjin minn postijiet viċin imorru għax-xogħol b'karozza waħda u jkun hawn trasport pubbliku effiċjenti. "Hemm bżonn li f 'Malta jkun hawn kampanja edukattiva biex jintużaw ir- roti (iżda jridu jsiru toroq tajbin għar- "Kont wasalt għal Intervista esklussiva ma' Miriam Dalli u xogħolha l-Parlament Ewropew John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Miriam Dalli 38 sena Miżżewġa lil John u omm Jack ta' 15-il xahar Għandha Baċċellerat fil- Komunikazzjoni, MBA, Masters fl-istudji Ewropej u Dottorat fil-liġi Kienet il-kap tal-aħbarijiet ta' One fejn ipproduċiet u ppreżentat diversi programmi televiżivi Ħadmet fil-management tal- Vodafone u fil-Ministeru tal-Enerġija Illum hi membru Parlamentari Ewropew f 'isem il-Partit Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014