Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 19 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri PAWLU AGIUS EKS KUNSILLIER ĦASSEJT li l-Mostin għandhom ikunu jafu x'għadda minni tul dawn l-aħħar snin u l-għaliex għamilt il-pass li mmur indipendenti u aktar tard nasal sal-Qorti. Minkejja li s-Sindku Dr Paul Chetcuti Caruana appella mis-sentenza li nqatgħet kontrieh, il-Qorti ċaħdet l-appell u kkonfermat is-sentenza appellata. Qed nikteb din l-ittra mhux biex nikseb simpatija mal- Mostin, iżda biex isiru jafu l-fatti kollha kif inhuma, iswed fuq l-abjad. Irrid innaddaf ismi, għaliex l-eks Sindku Chetcuti Caruana ħammiġni kemm felaħ u allura ma kellix triq oħra ħlief li nasal fl-ogħla istituzzjoni tal-Ġustizzja. Akkużajt lil Dr Chetcuti Caruana li bi ħsieb li jtellef u jnaqqas il-ġieħ tiegħi bħala Kunsillier u weġġagħni bi kliem, b'ġesti, b'disinji jew b'mod ieħor. Ħassejtni malafamat speċjalment meta għajjarni "korrott". Wara li l-Qorti sabet lil Chetcuti Caruana ħati tal-imputazzjoni miġjuba kontrieh, ikkundannatu jħallas €350. Fl-4 ta' Diċembru 2012 Chetcuti Caruana talab lil Qorti sabiex tħassar, tirrevoka u tannulla s-sentenza. Fid- 19 ta' Frar, 2014, il-Qorti tal-Appell Kriminali rat il-fedina penali aġġornata tal-appellant rat li l-aggravji huma ċari u manifesti u wara li semgħet ix-xhieda u l-pariri miġjuba, ċaħdet l-Appell ta' Dr Chetcuti Caruana u kkonfermat il-ħtija tiegħu. Issa li saret ġustizzja miegħi nemmen aktar minn qatt qabel li d-Diriġenti tal-Partit Laburitsa fehmu ma' min kont qed inħabbatha. Mort indipendenti mhux minħabba l-Partit li kont nirrappreżenta iżda sabiex inkun nista' nissalvagwardja ismi. Din kienet xi ħaġa personali lejh. Hu għamilli l-ħsara u mhux il-Partit Laburista. Ġejt mistieden għal diversi programmi tar- radju u t-televiżjoni u anki saħansitra fuq ġurnali lokali, iżda dejjem bqajt lura u żammejt kollox fija biex ma ssirx ħsara lill-Partit. Xejn ma jibqa' fid-dlam. Meta tkun innoċenti s-sodisfazzjon u l-ferħ li tesprimi ruħek f 'ittra bħal din tħossu doppju u ċert li l-Mostin ta' rieda tajba ferħu miegħi meta raw li l-intenzjonijiet tiegħi ma kinux skont min prova jtellef jew inaqqas il-ġieħ ta' ismi. Irrid innaddaf ismi Iż-żgħażagħ baqgħu mingħajr baġit META wieħed jaqra b'dettall il-baġit għal 2015 ikun jista' jinnota li diversi faxex tas-soċjetà tħallew barra. Dan iwassal għall-baġit li ma jqassamx il-ġid b'mod ġust. Pilastru importanti għas-soċjetà tal-lum u għada huma ż-żgħazagħ li sfortunatament ma jistgħux jgħidu li huwa baġit li jolqothom b'mod pożittiv. Minn barra l-fatt li huwa baġit li ma jitkellemx biżżejjed dwar ħolqien ta' postijiet tax-xogħol, lanqas juri viżjoni ekonomika. Dan huwa fattur li jista' jwassal għal żieda fil-qgħad fost iż- żgħazagħ. Biżżejjed inħarsu lejn il-pajjiżi ġirien sabiex naraw kemm tista' tkun problema serja! Minkejja li tissemma' l-garanzija taż-żgħażagħ - li aktar ma jgħaddi ż-żmien qiegħda ssir kantaliena fid- diskorsi, milli pjan - dan il-baġit ma joffri l-ebda viżjoni jew inċentivi sabiex żgħażagħ Maltin ikunu fiċ- ċentru jew tal-inqas parti mid-deċiżjonijiet. Dan huwa l-kontra ta' dak li qed iseħħ fuq livell Ewropew u globali fejn qed isiru sforzi sabiex iż-żgħażagħ jitpoġġew fiċ- ċentru tad-deċiżjonijiet u ssir konsultazzjoni kontinwa magħhom. Bħaż-żgħażagħ Maltin, żgħażagħ Għawdxin wisq anqas ingħataw importanza. Dan għaliex proposti li ġew imressqa minn żgħażagħ Għawdxin stess ġew injorati u mwarrba għall-ġenb. Fost dawn il-prosposti ma nistax ma nsemmix pjan konkret sabiex tiġi indirizzata l-eżodu tal- imħuħ li Għawdex qed ibati minnha. Is-servizz veloċi bejn iż-żewġ gżejjer, 'youth hub' u r-rakkomandazzjoni għall-bini ta' pixxina ġewwa Għawdex, u li l-allokazzjoni tal-Għawdxin tirrifletti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja, lanqas biss ġew ikkunsidrati. Dan il-gvern kien ġie elett b'għajta li ż-żgħażagħ warajh u li se jpoġġi ż-żgħażagħ fiċ- ċentru tat-tmexxija tiegħu. Però f 'inqas minn sentejn fil-poter dan il-gvern diġà nesa u warrab liż-żgħażagħ bħal setturi oħra tas-soċjetà li ġew imwiegħda ħafna u li issa dawn il-wegħdiet qed jgħibu. Fi ftit kliem il-baġit 2015 huwa baġit nieqes minn proposti diretti għaż- żgħażagħ. Din hija ġenerazzjoni ta' żgħażagħ li hija l-frott ta' snin ta' investiment ta' gvernijiet Nazzjonalisti li għarfu li r-riżors umani huwa kruċjali għall-pajjiżna u għarfu li jkun għaqli li jsir investiment fih. Ġenerazzjoni ta' żgħażagħ li trid tirnexxi u tavvanza fil- ħajja. Huma żgħażagħ li jafu li jistgħu jaslu u jridu jaslu. Ġenerazzjoni ta' żgħażagħ li jagħtu importanza strateġika lis-suċċess fil-karriera tagħhom wara li jkunu għamlu snin ta' sagriffiċċji kbar jistudjaw. Iż-żgħażagħ iridu gvern li jilħaq l-aspirazzjonijiet tagħhom u jħossuhom importanti fis-soċjetà u mhux ċittadini passivi li jħażżu numri fuq il-vot kull ħames snin. Il-Partit Nazzjonalista huwa dak il-partit li jservi bħala mezz sabiex l-aspirazzjoni u l-ħolm taż-żgħażagħ Għawdxin u Maltin isir realtà. Ryan Mercieca, kandidat għall-Partit Nazzjonalista RYAN MERCIECA "F'inqas minn sentejn fil-poter dan il-gvern diġà nesa u warrab liż- żgħażagħ" "Il-proposti li ġew imressqa minn żgħażagħ Għawdxin stess ġew injorati u mwarrba fil-ġenb" www.gourmettoday.recipes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014