Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 11 www.gourmettoday.recipes L-Ispecial Olympics Europe & Eurasia Leadership Conference f 'pajjiżna FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet Special Olympics Malta organizzat l-Ispecial Olympics Europe and Eurasia Leadership Conference f 'pajjiżna. It-tema tal-konferenza ta' jumejn kienet 'Bigger, Faster, Stronger' u għal din l-attività kien hawn f 'Malta madwar 200 delegat minn 48 programm fl- Ewropa u l-Asja Ċentrali, fosthom id-Direttur ta' Special Olympics Europe Mary Davies u d-direttur sportiv u finanzjarji Marius Dementko. Il-konferenza fetħet b'diskors taċ-Chairperson ta' Special Olympics Malta s-Sinjura Michelle Muscat, flimkien ma' diskorsi tas- Segretarji Parlamentari Chris Agius u Justyne Caruana. Attendew ukoll fost l-oħrajn il-Ministru Michael Farrugia u ċ-Chairman tal-KMS Luciano Busuttil. Waqt il-jumejn ta' gruppi ta' ħidma u diskussjoni t-tema ċentrali kienet kif Special Olympics tista' tkun maghrufa aktar, ikollha aktar fondi, u tkun aktar ta' suċċess f 'opportunitajiet sportivi aħjar għall-persuni b'diżabbiltajiet intelletwali. Din kienet ukoll pjattaforma tajba għalina l-Maltin, hekk kif Special Olympics Malta, bl-għajnuna ta' bosta entitajiet anke governattivi bħall-KMS, tinsab għaddejja bi preparamenti avvanzati sabiex titfa' bid biex tospita l-Logħob tal-Ewropa ta' Special Olympics. L-imħuħ wara l-attività ta' Special Olympics flimkien mal-Onorevoli Chris Agius u s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana REBECCA Cremona, it- tfajla ta' 31 sena li kitbet u dderiġiet il-film suċċess 'Simshar' tinsab Los Angeles fejn qed taħdem bla heda fost il-komunità taċ-ċinema biex il-film Malti jispiċċa mal-finalisti għar-rebħ tas- 87 Oscars bħala l-aqwa film barrani. Biex wieħed jasal għal dan irid jaħdem qatigħ biex iwassal il-film innifsu li jarawh u jintgħoġob għax anke fl-Academy Awards ikun hemm ħafna lobbying biex jintlaħaq dan l-għan u hekk qed tagħmel Rebecca Cremona li anke ltaqgħet mal- konslu Malti għal Los Angeles, Hugh Cassar u l-ambaxxatriċi Maltija għall-Amerika, Marisa Micallef. Simshar kien fuq fomm kulħadd is-sajf li għadda. Ibbażat fuq storja reali, dan il-film, kien miġbud fuq 29 ġurnata bejn Novembru 2012 u April 2013. Kien kollu miġbud f 'Malta, f '21 sit differenti u fil-Mediterranean Film Studios fejn saru x-xeni tal-baħar. Bit-talent lokali u dak internazzjonali dan kien l-ewwel film ta' din l-iskala. Iktar minn 20 nazzjonalità differenti kellhom xi parti f 'dan il-film u tliet kwarti tal-kru kienu Maltin. Ir-raġel li verament salva mit-traġedja reali ta' Simshar ukoll jieħu sehem fil-film u għandu parti żgħira. Fost l-atturi kien hemm ukoll għadd ta' refuġjati u migranti Afrikani li bħalissa qed jgħixu f 'Malta. Il-prodott finali kien mgħejun minn kumpaniji fil-Kroazja li ħadmu fuq il- viżwal. Il-kumpanija Irlandiża ECG ħadmet fuq il-ħoss u l-kulur kienu responsabbli tiegħu kumpanija minn Los Angeles, CO3. Simshar fi triqtu għall-Oscars Xena mill-film Simshar li għamel ħoss kbir f'pajjiżna s-sajf li għadda differenti kellhom xi parti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014