Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 25 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Fil-feature li għamlet il- gazzetta Illum qabel il-finali int kont il-favorita fost il- finalisti… xi tgħid dwar dan? Iva niftakar! Kont qrajt l-artiklu u nammetti li kont vera kuntenta li għażlu lili. Irrealizzajt li mill-ewwel id-diska tiegħi ntlaqtet b'mod tajjeb. Se nkun onesta, għalkemm kont waħda mill- favoriti, ma stennejtx li nirbaħ! Ma tajtx il-100% imma tajt il-200%! Dakinhar l-iktar ħaġa importanti kienet li nagħti interpretazzjoni xierqa tad- diska tiegħi, ma dħaltx biex nirbaħ. Jiġifieri kif tinterpreta r-rebħa? Ma dħaltx biex tirbaħ? Ovvjament li kull min jidħol ikun irid li jirbaħ! Ma tistax tgħid li tidħol biex ma tirbaħx. Jien infatti dejjem kelli x-xewqa li nirbaħ u jekk ngħid li ma dħaltx biex nirbaħ inkun qed nigdeb iżda dejjem żammejt f 'moħħi li l-iktar ħaġa importanti hu li nieħu gost u ninterpreta d-diska kif għandu jkun. Kemm emmint fid-diska tiegħek? Meta kont smajt l-ewwel tliet noti kont għidt, "Din hi d-diska għalija." Kienet qisha libsa li jagħmluha apposta għalik. Emmint fiha mill- ewwel u b'hekk stajt nagħti dak kollu li stajt u emmint li jekk se naħdem kont se mmur tajjeb. Kemm-il darba pparteċipajt fil-finali? U kif inbidlet Amber f 'dawn is-snin? Ili nieħu sehem ħames snin. F'dawn is-snin ħassejtni immaturajt, l-ewwel darba li dħalt kelli 19-il sena, issa għandi 23 u nbdilt f 'diversi aspetti, fosthom fil-mod kif inħares lejn il-kompetizzjoni. Sirt anke nieħu ċertu deċiżjonijiet b'mod għaqli. Sirt nisma' aktar lil ta' madwari. Forsi meta tkun iżgħar tkun iktar tixtieq tagħmel ta' rasek imma issa tgħallimt li rrid nara x'għandu xi jgħid ħaddieħor. Inħossni kbirt anke fil-mod kif nagħżel id-diska u nara li hija diska li tassew turi l-kapaċitajiet tiegħi. X'kienet il-vera ispirazzjoni li wasslet lilek u l-awtur tiktbu Warrior? Warrior inkitbet mill- esperjenzi tal-ħajja. Meta jien u l-awtur konna qed niktbu d-diska kont għaddejja minn żmien daqsxejn ħażin u ħsibna biex niktbu diska dwar dan iż-żmien u ridna li n-nies jirrelataw magħha. Ma ridnix nagħżlu suġġett wieħed iżda sempliċiment xi ħaġa li kull min ikun għaddej minn żmien ħażin jista' jirrelata magħha. Niftakar meta konna qed nagħżlu t-titlu tad-diska ltqajna mal-kelma 'warrior'. Ma konniex ċerti minnha għax ħsibna li tista' tkun raffa wisq bħala isem ta' diska mbagħad rajna li tista' tħalli impatt. Minn hemm il-kliem beda ġej bħaz-zokkor u mill-istess esperjenzi li konna għaddejjin minnhom nissilna l-kliem tad-diska. Int ġibt il-punti massimi li stajt iġġib kif ħassejtek li kien hemm qbil unanimu? Dak il-ħin onestament ma stajtx nemmen. Inħossni grata u kuntenta tassew. Ma kinitx faċli, l-iktar meta dawn l-aħħar snin konna qed naraw li l-ġurija u l-pubbliku ma kinux qed jaqblu. Nista' ngħid li l-isbaħ ħin kien dak fejn rajt li kemm il-ġurija u anke l-pubbliku qablu flimkien u rrealizzajt li tassew kulħadd seta' jirrelata mad-diska. Kif kien l-għan ewlieni. X'tibdil se jsir fid-diska għal Mejju? Bħalissa m'hemm xejn ċert, għadna qed niddiskutu mal- awtur, il-kompożitur u PBS biex tissaħħaħ id-diska. Li se nagħmlu żgur se nagħmluh biex id-diska ssir dejjem aħjar. Bdew il-preparamenti għal video? S'issa għadna ma ħsibniex fih. Peress li din is-sena għandna iktar żmien għall- preparazzjoni l-ewwel qed insaħħu d-diska u niffukaw fuqha mbagħad minn hemm ngħaddu għall-video. Forsi ħafna Maltin imaqdru l-Eurovision u jgħidu li ma jsegwuhx għax ħela ta' ħin… minn dak li qed tesperjenza bħalissa u r-rispons li qed tirċievi… kemm taħseb li hu importanti għal Maltin il- Eurovision? Ara, għandek 97% mill- popolazzjoni jsegwuh. Anke dawk li jmaqdruh, isegwuh. Wara kollox dan il-festival hu importanti għall-poplu daqskemm hu għall- kantanti. Ir-rispons li rċivejt kien inkredibbli u tassew ikkonfermajt li n-nies iħobbu u jsegwu l-Eurovision. Kuntenta li kellek tistenna għal ħames snin biex ksibt it-trofew meta kantanti oħra pruvaw darba u telgħu? Iva! Kuntenta ħafna li laħqu għaddew ħames snin... Jien naħseb li issa kelli d-diska adattata. Forsi kieku rbaħt qabel ma kontx inkun daqshekk lesta u kuntenta bil- prodott li kelli. Kif se tipprepara lilek innifsek għal Mejju? L-ewwel ħaġa se naħdmu fuq id-dehra tiegħi biex nibqa' nżomm lili nnifsi tajjeb u nipprepara ruħi għall- ġurnalisti li se niltaqgħu magħhom hemmhekk. Se naħdmu biex kif jgħidu, jkollna l-pakkett kollu. Kif inbidlet ħajtek malli rbaħt il-Eurovision? Fis-sens ta' impenji eċċ. Jien bqajt l-istess Amber. Jien studenta l-Università fil-Kors B. Ed in Early Years. Bqajt insegwi l-iskola bħala studenta. Ovvjament issa qed ikolli ħafna iktar x'nagħmel imma mill-bqija jien l-istess Amber, u mhux beħsiebni ninbidel. Fuq Youtube rajna wkoll il-goat edition tad-diska Warrior, rajtha? Xi tgħidilna fuqha? Iva rajtha. U tant għoġbitni li rrid nagħmilha ring tone tal-mobile. Smajtha ma nafx kemm-il darba u tgħidx kemm dħakt. Mhux l-ewwel darba li ġie xi ħadd jgħidli prosit u għidtlu biex jara l-goat edition. Jien kont rajtha l-Ġimgħa stess, dakinhar tas-semifinali, u nista' ngħid li ħadtha b'mod vera tajjeb u ħassejtni anke onorata li bħalma hemm diski famużi mad-dinja li għandhom il-goat edition, issa hemm Warrior ukoll. L-awtur u l-kompożitur tiegħek kellhom erba' diski fis-semifinali, ħassejtek qed tikkompeti f 'kompetizzjoni interna? Le ta, trattawna kollha bl- istess mod u tawna l-istess ammont ta' attenzjoni. L-erba' diski li kellhom kienu kollha b'saħħithom iżda xorta kienu stili differenti, b'hekk ma nemminx li kien hemm kompetizzjoni. Sentejn ilu ftit qabel tħabbar ir-riżultat kienu ġrew xnigħat li kont irbaħt int u forsi ħadt ferħa bla temma… issa din saret realtà, emmint mill- ewwel? Kull sena wara dik is-sena bqajt nibża'. Din is-sena kont kuntenta li saret realtà u ma kinitx rebħa li damet biss għaxar minuti. Nista' ngħid li dik l-esperjenza għallmitni ħafna wkoll u li minnha bqajt inħares 'il quddiem u ħassejtni sirt iktar b'saħħti biex naffaċċja l-kompetizzjoni. Sa ċertu punt servietni tajjeb ukoll. X'messaġġ tixtieq tgħaddi lill-poplu Malti? Nixtieq ngħid grazzi lill-poplu talli emmen fit-tim tiegħi u fid-diska. Inwegħedhom li se nagħmel minn kollox biex nagħmel ġieħ lil Malta. X'messaġġ tixtieq tgħaddi lil dawk il-persuni li bħalissa qed jissieltu minħabba xi episodju f 'ħajjithom u jsibu d-diska tiegħek bħala ispirazzjoni? Jien nixtieq ngħidilhom biex ma jaqtgħu qalbhom qatt. Jibqgħu jiġġieldu u jibqgħu jissieltu biex jgħelbu dak li jkun qed ixekkilhom. Ninkuraġġihom biex dejjem jibqgħu jemmnu fihom infushom għax jekk temmen fik innifsek tikseb dak li tkun trid. Hi x'inhi l-problema, taqtgħu qalbkom qatt! Fil-ġimgħa li ha Amber bdiet ir-renju tal-Eurovision f 'pajjiżna, ILLUM irnexxielu jidħol -iskeda bla waq en tagħha u jitlobha kummenti dwar xi t sser għaliha din ir-rebħa, dwar x'inhi l-vera tifsira wara Warrior u dwar l-importanza li l-Maltin jagħtu lill-Eurovision. Ħames Minuti Fil-ġimgħa li ha Amber bdiet ir-renju tal-Eurovision f 'pajjiżna, ILLUM irnexxielu jidħol -iskeda bla waq en tagħha u jitlobha kummenti dwar xi t sser għaliha Ħames Minuti ma' Amber Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Amber ma' Amber

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014