Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

BĦAL kull sena, il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà (KNPD) tiċċelebra l-ġimgħa ddedikata għall-persuni b'diżabbiltà li taħbat bejn it-3 ta' Diċembru, il-Jum Internazzjonali għall- Persuni b'diżabbiltà u l-10 ta' Diċembru, il-Jum Internazzjonali għad- drittijiet tal-bniedem. Din il-ġimgħa se tibda nhar l-Erbgħa li ġej, u l-ewwel attività se tkun il-Konferenza Nazzjonali tal-KNPD. F'din il-konferenza se jipparteċipaw ukoll Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, il-Kelliem tal- Oppożizzjoni għad-Drittijiet u xogħol ta' Persuni b'Diżabbiltà Stephen Spiteri u ċ-ċermen tal-KNPD, Oliver Scicluna. F'din il-ġurnata, , is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana se tkun qiegħda tniedi l-Politika Nazzjonali għad-Drittijet ta' Persuni b'Diżabbiltà, wara konsultazzjoni vasta li ttieħdet din is-sena. Preżenti għal din it-tnedija se jkun hemm ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat li se jindirizza n-nies preżenti. Fuq ix- xandir nazzjonali, dakinhar stess se jitħabbar il-messaġġ ministerjali bejn persuna b'diżabbiltà u l-Onor. Justyne Caruana. Nhar il-Ħamis l-Aġenzija Sapport se tkun qiegħda torganizza wirja ta' affarijiet magħmulin minn persuni b'diżabbiltà. Dawn jinkludu affarijiet li jsiru meta persuni b'diżabbiltà jattendu ċ-ċentri ta' matul il-jum. Tajjeb insemmu li f 'dawn iċ-ċentri qiegħdin isiru kartolini tal- Milied u qegħdin jinbiegħu għall-prezz ta' €1.25 kull waħda u €2.50 kull tlieta. Nhar il-Ġimgħa filgħodu ċ-ċermen tal-Kummissjoni Oliver Scicluna u membri tal-KNPD flimkien mas- Segretarju Parlamentari Justyne Caruana se jżuru post tax-xogħol inklussiv fejn jaħdmu numru ta' persuni b'diżabbiltà. Dan ukoll konforma mal-miżuri li ttieħdu fil-baġit sabiex persuni b'diżabbiltà jiġu inklużi iżjed fid-dinja tax-xogħol u għalhekk jingħatalhom dik id-dinjità li tixirqilhom. Nhar is-Sibt ta' wara se jingħata il-Premju tal-A+. L-A+ hija kompetizzjoni bejn il-kunsilli fejn min jipparteċipa jrid jagħmel xi forma ta' proġetti sabiex joħloq iżjed aċċessibilità fil-lokal tiegħu. Għal din il-kompetizzjoni daħlu 26 kunsill lokali. Issa għalhekk il-bord għamel l-għażla tiegħu u s-Sibt ta' waqt il-ġimgħa ddedikata għall-Persuni b'Diżabbiltà is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo flimkien mas- Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana se jkunu qegħdin jagħtu dawn il-premjijiet lill-kunsilli lokali li ħarġu bl-iktar ideat inovattivi u li jagħmlu verament differenza fl- aċċessibilità għall-persuni b'diżabbiltà. Il-premjijiet se jkunu somma ta' flus għall- ewwel tlieta li jikklassifikaw skont bord indipendenti. Nhar il-Ħadd jaħbat Ħadd qabel festa, u għalhekk is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva qiegħed jorganizza kunċert flimkien mal-Winter Moods. Fil-kunċert se jkunu qegħdin jipparteċipaw persuni b'diżabbiltà. Wara l-kunċert, se jkun qiegħed jingħata l-Premju Soċjetà Ġusta, inizjattiva li ħa għall- ewwel darba s-Segretarjat Parlamentari u li tippremja lil min ħadem b'risq dan is-settur u b'risq il-persuni b'diżabbiltà. Dan il-premju kien maqsum bejn tliet kategoriji. Dan il-kunċert u l-għoti tal-premju huma taħt il-patronċinju Marie Louise Coleiro Preca. Il-kunċert se jsir b'risq il-Marigold Foundation li taħdem b'risq il-Persuni b'Diżabbiltà u mmexxija mis-Sinjura Michelle Muscat. Għalhekk, kull min jibbukkja post irid iħallas donazzjoni ta' €5 jew €10 jekk irid post VIP. Il-kunċert se jsir nhar is-7 ta' Diċembru 2014 u se jsir fit-Teatru Aurora, ir-Rabat Għawdex. Biex wieħed jibbukkja post irid iċempel l-uffiċċju tas- Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva fuq 25903175 u jindika kemm se jkunu nies. Dan il-kunċert qiegħed isir dejjem b'kollaborazzjoni sħiħa tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva u l-Winter Moods li aċċettaw li jagħmlu dan il-kunċert mingħajr ħlas, u dejjem b'risq il-persuni b'diżabbiltà. Il-ġimgħa tagħlaq bil- parlament għall-persuni b'diżabbiltà. Dan jissimbolizza r-rappreżentanza li għandha tingħata lill-persuni b'diżabbiltà, konforma wkoll mal-miżura tal-baġit li ttieħdet fejn il-persuni b'diżabbiltà se jiġu inklużi f 'bordijiet biex b'hekk ikollhom rappreżentanza sħiħa u jkollhom leħen fejn jistħoqqilhom. Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 7 fil-Gżira qed isuq warajh. Fid-9.11pm waslitilna l-ewwel informazzjoni li kienet seħħet sparatura x'imkien fil-Gżira. Fid-9.21pm ġejna informati li l-karozza tal-Ministru Mallia ntlaqtet minn karozza oħra bis-sewwieq jibqa' sejjer u li l-Kuntistabbli Sheehan kien spara żewġ tiri ta' twissija li laqtu l-karozza l-oħra u li żewġ karozzi kienu jinsabu taħt il-mina. Fl-9.40pm dan il-ġurnalist informa lis-superjuri tiegħu bl-ewwel informazzjoni li kienet daħlet, imma biex ma jkun ippubblikat xejn sakemm jasal fuq il-post personalment u jivverifika. Bejn l-9.45pm u l-9.55pm kellna aktar informazzjoni fosthom li l-karozza ta' Smith intlaqtet fuq wara imma bqajna nistennew aktar konferma qabel nippubblikaw. L-ewwel rapport ittella' fuq is-sit illum.com.mt fl- 10.16pm akkumpanjat minn ritratt mill-arkivji. Fil-11.09pm fuq l-istess sit itella' rapport b'aktar dettalji kif ukoll bl-ewwel ritratti ta' fejn twaqqfu l-karozzi u li kienu juru anke fejn intlaqtet il-karozza ta' Smith. Bejn il-11.09pm u 11.41pm bqajna naġġornaw id- dettalji fejn komplejna nikkonfermaw li t-tiri kienu laqtu fuq in-naħa tax-xellug fuq il-windscreen ta' wara u balla oħra li laqtet il-bumper ta' wara fuq in-naħa tal- lemin. Fl-istess ħinijiet kienet qiegħed jiġi aġġornat ukoll is-sit maltatoday.com.mt kif ukoll bl-istess ritratti. Fil-11.22pm id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ stqarrija fejn intqal li t-tiri kienu sparati fl-ajru. Fost dak li rrapportajna kien li Stephen Smith baqa' jirrifjuta li jagħmel l-eżami tan-nifs biex ikun determinat jekk kienx taħt l-effett tal-alkoħol. Fil-fatt L-Iskoċċiż aċċetta li jagħmel dan quddiem il-Maġistrat tal- Għassa ftit qabel nofsillejl. Kemm is-sit maltatoday. com.mt kif ukoll illum. com.mt l-għada filgħodu komplew isegwu dan il-każ fejn fost l-oħrajn insistejna dwar liema direzzjoni ġew sparati t-tiri minkejja li l-lejl ta' qabel kien sar kuntatt mal-maltatoday biex inbidlu l-verżjoni tagħna u ngħidu li kienu sparati fl-arja. Dan il-fatt kien ikkonfermat minn ritratti li ppubblikajna. Il-ġimgħa ddedikata għall- Persuni b'Diżabbiltà Il-ġimgħa tagħlaq bil-parlament tal-persuni b'diżabbiltà biex turi r-rappreżentanza li għandhom ikollhom dawn il-persuni fis-soċjetà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014