Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 31 SPORTSillum ISSA ONLINE .cOm.mt MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Valletta ........................ 6 Tarxien Rainbows ......... 0 VALLETTA umiljaw lil Tarxien Rainbows meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-0. Il-Beltin marru fil-vantaġġ wara 14-il minuta logħob meta minn kross ta' Roderick Briffa, Abdelkarim Nafti tefa' ġewwa mill-viċin. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Valletta rebħu penalty meta Ryan Sammut waqqa' lil Hamza Barry fil-kaxxa. Mill-11-il metru l-istess Hamza Barry ma żbaljax biex irdoppja l-iskor għall- Beltin. Seba' minuti mill- ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta skorjaw it-tielet gowl fil-logħba meta minn korner ta' Shaun Bajada, għola tajjeb il-plejer Ingliż Lateef Elford- Alliyu li permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' fix-xibka. Hamza Barry skorja r-raba' gowl għat-tim immexxi mid-duo Ivan Zammit u Gilbert Agius fl-74 minuta meta wara li kellu l-ewwel tentattiv tiegħu mblukkat minn Debono, il-plejer ta' nofs il-grawnd mill-Gambja segwa l-ballun biex mir- rebound tefa' fix-xibka. Tliet minuti minn tmiem id-90 minuta wara kross ta' Nafti, is-sostitut Raphael Kooh-Sona qabbeż il- ballun minn fuq Jonathan Debono għall-ħames gowl Belti biex minuta biss wara Raphael Kooh-Sona dar mal-goalkeeper avversarju qabel tefa' fix-xibka biex issiġilla r-rebħa kbira Beltija u għamel l-iskor finali 6-0 favurihom. Valletta - Vella, Caruana, Azzopardi, Borg (Dimech 72'), Camilleri, Fenech (Faria 69'), Briffa, Elford-Alliyu, Barry (Kooh-Sohna 76'), Bajada, Nafti Tarxien R. - Debono, Farrugia, Caruana, Barbosa Viana, Caruana, Lima Silva (Sadowski 62'), Sammut, Zahra, Cini (Aquilina 62'), Tabone, Santos Silva (Xerri 40') Referi - Alan Mario Sant MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Balzan .....................1 Naxxar Lions. ...........3 NAXXAR Lions ikkonvinċew bil-kbir u għelbu lil Balzan bl-iskor ta' 3-1 biex b'hekk issa laħqu lil Floriana b'14-il punt fil-klassifika. Huma fetħu l-iscore fl- ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fil-logħba meta fl-14-il minuta Terence Vella rċieva pass tajjeb fit- tul, dar ma' Clive Brincat u b'xutt b'saħħtu mill- ewwel għeleb lil goalkeper Steve Sultana. Sitt minuti biss wara Naxxar Lions irduppjaw l-iscore meta Eminike kompla lejn Terence Vella u dan b'xutt mill-viċin reġa' għeleb lill- goalkeeper Għawdxi, Steve Sultana. Fil-31 minuta Eminike avvanza bil-ballun, għadda tajjeb lejn Gilmar da Silva Ribeiro bix-xutt ta' dan jispiċċa ftit għoli. Fis- 37 minuta Naxxar Lions ħolqu azzjoni perikoluża oħra meta xutt angulat ta' Eminike spiċċa ftit barra sabiex minuta wara Balzan naqsu l-marġni tal-iscore, meta Oscar Guerrero għadda lejn Gianmarco Piccioni u dan b'xutt tajjeb għeleb lil Julian Azzopardi. Fit-53 minuta minn cross ta' Pablo Doffo, għola tajjeb Terence Vella li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata tajjeb minn Steve Sultana. Però minuta biss wara l-goalkeeper ta' Balzan ma seta' jagħmel xejn meta Gilmar Da Silva Riberio għadda tajjeb lejn Uchenna Mbachy Eminike u dan b'xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Steve Sultana. Balzan - Sultana, Grioli, Bezzina, Serrano Valero, Bilbao Zarate (Darmanin 66'), Osa Guobadia, Brincat, Micallef (Mifsud Triganza 56'), Guerrero, Sciberras (Grima 56'), Piccioni Naxxar - Azzopardi, Scicluna, Edet, Vella (Bonnici 88'), Falzon (Gueye 80'), Da Silva Ribeiro, Cassar, Doffo, 20 - Buhagiar, Reano, Eminike (Bellia 69') Referi - Fyodor Zammit RODERICK BRIFFA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-24 ta' Awwissu 1981 f'Birkirkara Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Birkirkara, Pietà Hotspurs, Sliema Wanderers u Valletta Huwa plejer fundamentali kemm ta' Valletta kif ukoll tat-tim nazzjonali Malti TERENCE VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-20 ta' April 1990 Qabel ingħaqad ma' Naxxar Lions, kien jilgħab ma' Birkirkara Skorja doppjetta f'temp ta' sitt minuti f'din il-logħba Qed jiġi magħżul b'mod regolari minn Pietro Ghedin fit-tim nazzjonali Malti Valletta jumiljaw lil Tarxien Rainbows Naxxar Lions jilħqu lil Floriana b'14-il punt Jade Flask ta' Kirkop United tirbaħ l-unur tal- BOV Plejer tax-Xahar JADE Flask ta' Kirkop United rebħet l-unur tal- BOV Plejer tax-Xahar tan- nisa għal Ottubru. Kirkop United kellhom xahar verament pożittiv bi tliet rebħiet kbar, kull waħda bl-iskor ta' 7-0 kontra Ħamrun, Lija/Iklin u Tarxien li permezz ta' dawn ir-riżultati żammew fin- naħa ta' fuq tal-klassifika tal-Kampjonat BOV tan- Nisa. Jade skorjat total ta' disa' gowls f 'dawn it-tliet partiti b'erba' gowls kontra Tarxien, hat-trick kontra l-Ħamrun u żewġ gowls oħra kontra Lija/Iklin. Alan Attard, Maniġer tal-fergħa taż-Żurrieq tal- Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax- Xahar tan-nisa għal Ottubru 2014 lil Jade Flask. Alan Attard, Maniġer tal-fergħa taż-Żurrieq tal-Bank of Valletta jippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-nisa għal Ottubru lil Jade Flask Michael Naudi jirbaħ l-unur tax-Xahar għal Ottubru LUNUR tal-Enervit Plejer tax-Xahar tal- Ewwel Diviżjoni għax- xahar ta' Ottubru ntrebaħ mill-captain ta' AtoZ Electronics Athleta, Michael Naudi. Għal Naudi din kienet l-14-il darba li rebaħ dan l-unur. Matul ix- xahar t'Ottubru, Floriana kellhom xahar pożittiv hekk kif rebħu l-Pre- Season Tournament, is-St. James Hospital Super Cup u waslu wkoll sas-semifinali tas-St. James Hospital Shield. Naudi kkontribwixxa għal dawn il-wirjiet meta skorja 69 punt fejn kellu wkoll 2 three pointers fejn lagħab medja ta' 36.11 minuti kull partita. Huwa għandu wkoll medja ta' 10.00 rebound kull logħba, 2.00 steals u 5.50 assists u sofra wkoll medja ta' 6.33 fouls. L-unur ġie ppreżentat minn Carlos Bugeja, direttur tal-Malta Basketball Association. Carlos Bugeja jippreżenta l-unur lil Michael Naudi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014