Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 23 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt X ahar qabel il-Milied u Malta nqabdet mill- virus tal-pantomimi. Din id-darba ħadd ma kellu għalfejn jibbukkja minn qabel u ħadd ma kellu għalfejn iqatta' xi sagħtejn t-traku sa ma jasal l-post fejn is-soltu jsiru l-pantomimi. Dawn ġew oruti lill- poplu Malti s-salott tagħhom u bla ħlas. Dak li suppost kellu jkun id-diskors mill-kapijiet taż-żewġ partiti politiċi ta' pajjiżna dwar il-baġit spiċċa bħala 'stand up comedy'. It-tnejn li huma nbidlu f'dami tal-pantomima u ddeċidew li jagħtuna kummiedja mimlija satira u sarkażmu li l-Ingliżi jsejħulhom 'tongue in cheek'. L-ambjent tal-Parlament inbidel fi speċi ta' Strada Stretta fi żmien il-baħrin fejn it-tnejn li huma spiċċaw jitgħajru bħal żewġ ċrieċer f'xalata. It-tfigħ tat-tajn lejn xulxin jibda nieżel għasel ma' dawk li jkunu qed isegwu, iżda ma jdumux ma jindunaw li dawk li qed jgħajru lil xulxin b'dak li għandhom jew kellhom suppost qed jitkellmu fuq dak li suppost se jolqot il-poplu fis- sena li ġejja. Li ma ndunawx dawn iż-żewġ dami mitlufa biex jikxfu ta' wieħed u l-ieħor kien li qed iwasslu messaġġ ferm negattiv u anke perikoluż li wieħed jista' jagħmel il-ħażin dment li l-ieħor għamel bħalu qabel. Messaġġ li tista' taħtaf kemm tiflaħ għax ħaddieħor hekk għamel qablek. Żgur li din mhix il-politika li l-poplu Malti qed iħallas għaliha. Mhix il-politika li kull ġenitur irid jara lill-uliedu jikber fiha. Mhix il-politika li tixraq lil poplu Malti, anke jekk kien il-poplu wara kollox li vvota għaliha. Iżda d-dami ta' din il-pantomima jridu jifhmu li l-poplu jivvota biex jibdel il-gvern għax jitlef fiduċja f'wieħed u jkollu fiduċja fl-ieħor. Żgur li l-poplu ma vvutax biex jibdel isem ta' min imexxi u bwiet differenti. Ħadd ma vvota biex uħud mill-backbenchers jieħdu aktar minn ministri, ħadd ma vvota biex xufiera ta' ministri jisparaw fuq min joborxilhom il-karozzi, bħalma ħadd ma vvota biex noqogħdu ngħajru bil-korruzzjoni lil ta' qabilna u ħadd ma jħallas tagħha kif iħallas dak li jinqabad jisraq xi handbag mit-triq. Il-poplu jixraqlu aħjar minn 'stand up comedians', il-poplu meta jrid pantomima jmur iħallas għaliha u jaraha, iżda fil-parlament ma jridx pantomimi. Busuttil b'mod aktar frisk bi stil ta' politiku Ingliż, tefa' t-tajn li kellu jitfa', ħoloq terremot fil-gvern u nessa dak kollu pożittiv li kien hemm fil-baġit. Wasal għal dak li ried li jħalli l-poplu jitkellem biss dwar kemm daħħal dak il-backbencher u l-abbuż ta' poter ta' ċerti ministri. Il- fatt li l-baġit li anke jekk ftit jew xejn fih xi tmaqdar il-poplu ftit jew xejn ħassu jaffetwalu butu fl-immedjat għen biex Busuttil seta' jbiddel faċilment il-mira minn fuqu. Ġurnata wara l-Prim Ministru prova jkun differenti. Beda jiftaħar kemm jifhem fl-ekonomija fejn ibbaża d-diskors inizjali tiegħu fuq statistiċi u numri li n-nies mid-djar ftit jew xejn jifhmuhom jew jinteressahom. Mal-ħin iżda waqa' fin-nasba li lestielu Simon il-ġurnata ta' qabel. Beda t-tgħajjir, jsemmi l-ħmieġ li sab u jhedded lill-eks ministri li tagħhom ġejja dalwaqt u komplejna bil-pantomima. Li forsi ma ndunax il-Prim Ministru hu li dak kollu li akkuża bihom lin-Nazzjonalisti diġà tħallsu tiegħu, meta l-poplu tahom l-akbar tkaxkira fl-istorja. Filwaqt dak it-tajn li tefagħlu Busuttil ġurnata qabel għad irid isir l-eżami tiegħu. It-tgħajjir li 'għamilt hekk biex nagħmel bħalek' żgur li ma jixraqx għal dak il-missier li jaqsam dahru bix-xogħol kuljum. L-argument li biex tiffranka l-flus lil poplu għażilt li tpoġġi backbenchers f'bordijiet ma jreġix lanqas għax aħjar tqassam bejn il-ħafna milli ħafna bejn il-ftit. Anke l-argument li l-kap tal-oppożizzjoni qed ikun negattiv ukoll hu wieħed zopp għax ħafna drabi dak li tixtieq lil ħaddieħor jiġi f'dahrek. F'din il-pantomima jibqa' fatt li minnha ż-żewġ mexxejja spiċċaw punt u draw. Iżda hu fatt ukoll li l-poplu jixraqlu aktar u ħafna aħjar mill-politiċi tiegħu. Jixraqlu aktar serjetà u jixraqlu li l-politiċi joħolqu fiduċja assoluta fil-politika tagħhom u mhux jikkompetu min ħataf l-iżjed. Ibdlu din il-politika jekk tridu li l-poplu jibda jeħodkom bis-serjetà u mhux bħala dami tal-pantomima. Bdejna bil-Pantomimi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014