Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 Se jinkisru tliet rekords nazzjonali L-akbar • hamburger L-akbar ciabatta • tal-majjal L-akbar torri • bit-tazzi tax- xampanja IRRAĦAL tal-Għarb jiċċelebra l-festa tal- viżitazzjoni, meta l-Madonna marret iżżur lil kuġintha Eliżabetta meta tqila b'San Ġwann il-Battista. Din l-istorja Bibblika nebbħet lil organizzaturi ta' Milied f 'Għawdex biex il-Milied fil-gżira ta' Għawdex jibda eżattament minn hawn. Għalhekk nhar il-Ġimgħa 5 ta' Diċembru fi tmiem il-ġimgħa twil (minħabba li t-Tnejn se tkun festa pubblika, it-8 ta' Diċembru) se ttella' edizzjoni speċjali ta' Seħer il-Punent u t-tema se tkun proprju dik tal-Milied. Fil-ftuħ se tinxtegħel il- Christmas Tree u d-dawl tal-Milied mill-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo u l-ftuħ tas-suq tal-Milied u tal-Artiġġjanat. Għal din l-ewwel serata se ssir re-enactment tat- tħabbira tal-anġlu u minn hemm se titlaq il-familja Sagra lejn Betlehem f 'Għajnsielem bl-atturi jkunu l-kontinġent kollu ta' Betlem t'Għajnsielem li jitilqu mill-Għarb bil- Madonna u l-bambin fuq il-ħmara flimkien ma' San Ġużepp. Dan jibqa' sejjer sa Triq ir-Repubblika r-Rabat fejn se ssir il-mixgħela uffiċċjali tal-belt kapitali ta' Għawdex, qabel isibu posthom f 'Betlem. Iżda l-Għarb ma jiqafx hawn wara t-tluq tal- kontinġent Għajnselmiż, ikun hemm serata mżewqa b'għadd ta' attivitajiet fosthom il-parteċipazzjoni tal-Hebron Choir tal- parroċċa kif ukoll il- parteċipazzjoni ta' 'The New Victorians'. Iżda l-attrazzjoni tant mistennija għas-serata se tkun il-parteċipazzjoni ta' The Malta Records fejn għal din is-serata se tinżamm ir- rekord tal-akbar hamburger. IS-SIBT 6 ta' Diċembru It-tieni serata se tinkludi fost oħrajn il-performance ta' Gospel Choir – The Joy Singers li se jagħtu wirja fil- Pjazza. Se jkun hemm ukoll talent lokali tal-kant u daqq minn Dee Bee Band. Is-Sibt se jsiru żewġ rekords nazzjonali oħra, l-akbar ciabatta tal-majjal u d-d- domino shot. IL-ĦADD 7 ta' Diċembru Dan il-festival jagħlaq b'marċ mill-banda tar-raħal, segwit minn programm ta' żfin u kant minn talenti Maltin u Għawdxin u għal darb'oħra se jkun hemm rekord nazzjonali ieħor dik tal-itwal torri tat-tazzi tax- xampanja. Il-Milied jibda l-Għarb illum@mediatoday.com.mt John Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014