Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 Mill-Qorti DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Qata' d-denb ta' żewġt iġriewi Prova joqtol lil ġar tiegħu b'mannara ŻAGĦŻUGĦ ta' 23 sena miż-Żejtun ġie mmultat €800 wara li ammetta li qata' d-denb ta' żewġt iġriewi meta kien responsabbli tal-ħarsien tagħhom. Gian Carlo Bonnici nstab ħati wkoll li wettaq intervent kirurġiku fuq il-ġriewi, li kkawżalhom uġigħ bla bżonn u li żamm il- klieb mingħajr liċenzja. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat sab kelba fl-għalqa tiegħu u ddeċieda li jaddottaha. Wara ftit żmien, il-kelba kellha sitt ġriewi. Sussegwentament, Bonnici ddeċieda li jżomm żewġt iġriewi u qatagħlhom denbhom. Mill-provi rriżulta li fi Frar tas-sena l-oħra membri voluntiera ta' santwarju tad-drittijiet tal-annimali sabu l-kelba u l-ġriewi tagħha abbandunati f 'għalqa. Tnejn mill-ġriewi kellhom denbhom maqtugħ, filwaqt li wieħed minnhom kellu wkoll infjamazzjoni madwar denbu. Dawn ħadu l-klieb f 'santwarju viċin u meta rrealizza li l-klieb tiegħu kien neqsin, Sammut mar jagħmel rapport fl-għassa taż–Żejtun. Kien hemm meta huwa ġie infurmat li l-Pulizija kienet għaddejja bl- investigazzjonijiet tagħha dwar krudeltà fuq l-annimali. Veterinarju xehed li minkejja li kien hemm sinjali ta' maltrattament, ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta' krudeltà fuq l-annimali. Filwaqt li qabel max-xhieda tal-veterinarju, l-Maġistrat Ian Farrugia qal li minkejja dan, Bonnici ammetta li qata' demb il-ġriewi u b'hekk mmultah €800. L-Ispettur Carol Fabri mexxiet il- Prosekuzzjoni. RAĠEL ta' 44 sena kien illiberat li prova joqtol lil ġar tiegħu b'mannara wara li l-Qorti qablet mal-argument tad-difiża li r-raġel kien qed jaġixxi biex jiddefendi lilu nnifsu mill-allegat vittma wara li dan tal-aħħar aggredieh b'sikkina. L-aċċident seħħ nhar it-18 ta' April 2011 f 'appartment fi Triq il-Ġifen f 'San Pawl il-Baħar meta l-akkużat, Ronald Apap, ta daqqiet b'mannara lil ġar tiegħu Joseph Calleja. Il-Qorti semgħet kif dakinhar, Calleja u martu marru fl-appartment ta' Apap u akkużawh li kien qed jisirqilhom id-dawl u l-ilma. Li segwa kien li Apap u l-koppja Calleja ġew fl-idejn. F'ħin minnhom, Calleja attakka lil ġar tiegħu b'sikkina filwaqt li l-akkużat irritalja billi aggredixxa lil Calleja b'mannara. Fil-Qorti, d-difiża, qal li Joseph Calleja attakka lil ġar tiegħu biex jiddefendi lilu nnifsu mill-allegat vittma. L-Avukat difensur Arthur Azzopardi qal ukoll li s-sikkina użata fl-inċident ma kinitx analizzata għall-marki tas-swaba. Id-difiża qalet ukoll li l-ġrieħi li sofra Calleja ma kinux kompatibbli ma' daqqiet ta' mannara u li l-mannara in kwistjoni qatt ma ġiet esebita fil-Qorti. Minħabba dawn l-inkonsistenzi, il-Maġistrat Carol Peralta llibera lil Apap mill-akkużi miġjuba kontrieh. Turist xurban jikkawża ħsarat f 'kamra ta' lukanda TURIST Ingliż ta' 36 sena ngħata sentenza ta' ħabs sospiża wara li ammetta li kkawża ħsarat ta' kważi €800 fil-kamra tal-lukanda meta kien fis-sakra. Joey Bond, li hu minn Londra u għandu diffikultajiet biex jitgħallem u problema ta' alkoħol, ammetta li nhar il-Ħamis li għadda kkaġuna ħsarat fil-kamra tal-lukanda Soreda f 'San Pawl il-Baħar. Bond li deher fl-awla tal-Qorti ħafi ammetta li jsofri minn problema tax-xorb u li lest li jerfa' r-responsabbiltà ta' għemilu. Wara li s-seduta ġiet sospiża għal ftit minuti fuq talba tal-avukat difensur Alessandro Lia, l-imputat ammetta għall-akkużi. Matul is-seduta, Bond deher aġitat u nstema' jitkellem waħdu u jsikket lilu nnifsu, wiegħed li jħallas id-danni sas-17 ta' Diċembru li ġej. Il-Maġistrat Miriam Hayman ikkundannat lill-imputat għal tmien xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar. Żieda ta' aktar minn 1,000 mara fid-dinja tax-xogħol Dr José Herrera lbieraħ fi żjara li għamel fil-fabbrika ta' Smoochies Ltd "LINIZJATTIVI li qed jittieħdu mill-Gvern speċjalment fil-baġit qed jirriżultaw li qed iħallu impatt pożittiv hekk kif jidher li r-rata ta' nisa fid- dinja tax-xogħol telgħet bi 2%." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall- kompetittività u t-tkabbir ekonomiku, Dr José Herrera ilbieraħ fi żjara li għamel fil- fabbrika ta' Smoochies Ltd. Waqt din iż-żjara, Herrera enfasizza l-miżuri li ssemmew fil-baġit li għandhom l-għan li jkomplu jgħinu biex jiżdied in-numru ta' nisa li jaħdmu. Fost dawn il-miżuri, is-Segretarju Parlamentari semma ċ-childcare centres, il-breakfast club, il-fond speċjali biex minnu jitħallas il-benefiċċju ta' 14-il ġimgħa leave tal-maternità bi ħlas. "Il-messaġġ tagħna huwa li l-Gvern se jibqa' joħloq inizjattivi biex aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol u fl-intraprenditorija," kompla s-Segretarju Parlamentari. Finalment, Herrera tkellem dwar l-istħarriġ tal- Kummissjoni Ewropea għax- xahar ta' Novembru li wera li pajjiżna kellu l-ogħla livell ta' ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro. "Dan l-ottimiżmu lilna jagħmlilna kuraġġ għaliex huwa xhieda ta' kemm il-pajjiż miexi 'l quddiem", kompla Herrera. "Pajjiżna miexi fid- direzzjoni t-tajba u dan qed ikun rikkonoxxut lokalment u internazzjonalment." "Il-faqar fost it-tfal żdied" – Il-President ILPRESIDENT ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca tkellmet fuq il-faqar fost it-tfal u rreferiet għal studji riċenti li saru f 'pajjiżna li wrew li l-faqar fost it-tfal żdied. Qalet li l-bullying, il-preġudizzju u l-faqar igerrem mid- drittijiet tat-tfal u appellat biex kull min hu involut fid-dinja tat-tfal jissieltu flimkien kontra l-faqar u l-preġudizzji. Dan qalitu waqt seminar organizzat mill-Istitut Nazzjonali dwar it-tfulija fi ħdan il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, Marie-Louise Coleiro Preca tkellmet fuq il-bżonn li jidħol fis- seħħ l-Att dwar it-Tfal u dan biex jiġi assigurat li l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal tkun daħlet kollha fil-liġi Maltija. Il-President semmiet ukoll lit-tfal li jgħixu fl-istituti fejn staqsiet jekk hux sew li għad hawn tfal li jispiċċaw jibqgħu jgħixu fl-istituti sa l-età ta' tmintax-il sena. Fuq dan il-lat staqsiet ukoll dwar il-liġi dwar l-adozzjoni, biex tingħata opportunità lil tfal Maltin li jgħixu f 'ambjent ta' familja flok f 'istitut. Il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca semmiet l-esperjenzi li kellha din il-ġimgħa ma' diversi tfal waqt iż-żjarat li qed tagħmel fl-iskejjel. F'dawn iż-żjarat il-President kienet impressjonata meta waqt sessjonijiet mat-tfal, dawn esprimew diversi problemi ġejjin mill- preġudizzji kbar li jwassal għall-bullying. Il-President qalet li wara dan il-kuntatt dirett li qed ikollha fl-iskejjel, hu xokkanti li għandna tfal li għaddejjin minn dawn l-isfidi u li għalhekk il- bżonn li l-konvenzjoni tal- Ġnus Magħquda ma tibqax biss firma iżda li tiġi attwata. Semmiet bħala fattur pożittiv li l-Parlament Ewropew jimbotta lill-pajjiżi għar-ratifikar ta' din il- konvenzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014