Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 | illum 17 roti) u kareġġjata għal karozza tal-linja li taħdem. Peroò rridu nkunu onesti u nammettu li dawn il-problemi qatt ma indirizzajnihom kif suppost." Miriam Dalli meta kienet ġurnalista ħadmet f 'kamra tal-aħbarijiet li fi żmien ir-referendum kienet twassal messaġġ kontra li Malta tidħol fl- Unjoni Ewropea, illum hi membru fil-Parlament Ewropew x'taħseb dwar dan? "Dak iż-żmien kont nemmen li l-ekonomija tagħna ma kinitx lesta għal sħubija u kien hemm setturi li kienu jeħtieġu ferm aktar preparazzjoni. Imma jien ma nħobbx inħares lura, illum l-Ewropa hi realtà u l-interess tiegħu hu li bħala pajjiż naħdmu ħa nieħdu kemm jista' jkun ġid minnha. "Bħala membri tal-Unjoni Ewropea hemm oqsma fejn jaqblilna u oħrajn fejn ma tantx jaqblilna. Pereżempju fejn tidħol mobilità tal-istudenti, il-fatt li aħna parti mill-parlament u parti minn grupp kbir fejn nistgħu nressqu l-veduti tagħna u nagħmlu l-lobbying fejn meħtieġ huma fatturi pożittivi. Iżda fejn jidħol iGaming, is-sajd u l-agrikultura pereżempju hemm sfidi li rridu naħdmu fuqhom. Xogħolna hu li noqogħdu b'għajnejna miftuħa u naħdmu biex ma nħallux li ssir ħsara lil pajjiżna." Staqsejtha jekk verament taħsibx li sitt membri minn 751 jistgħu jagħmlu differenza. "Inti tkun parti minn grupp akbar u dan jgħinek biex tiġbor l-appoġġ meta tkun trid xi ħaġa favur pajjiżek. Il-pajjiżi ż-żgħar normalment jingħaqdu flimkien u problemi simili bħal tiegħek ukoll jgħaqqduk flimkien bħal fil-każ tal-immigrazzjoni fejn hemm l-Italja u Greċja magħna u allura nistgħu nkomplu nagħmlu pressjoni." Fil-Parlament Ewropew l-MEPs Malta huma parti minn żewġ grupppi politiċi differenti...il-PPE, S&D, "Mhux dejjem naqblu iżda fejn jidħol il-pajjiż s'issa qed naħdmu flimkien anke jekk ġejjin minn politika opposta." Dalli li qed tinvolvi ruħha wkoll fid-diskussjoni dwar l-internet u t-tfal qaltli li l-fatt li dwar dan kienet diġà ħadmet mal-fergħa lokali ta' kumpanija globali tat- telekomunikazzjoni qiegħed jgħinha. Personalment inħoss li m'hemm l-ebda mod kif tista' timponi b'mod regolatorju l-aċċess għal dak li jaraw it-tfal fuq l-internet. "Irridu naħdmu fuq il-ġenituri, li jkollhom edukazzjoni miftuħa ma' wliedhom, jaraw uliedhom x'qed jaraw billi jsegwuhom u ma jħalluhomx maqtugħin għalihom sempliċiment għax ikunu kwieti u mitlufa jaraw l-affarijiet fuq l-internet." Miriam Dalli qaltli li 'safe internet' ma jfissirx biss 'safe' mill-pornografija, iżda anke mill-bullying li dejjem qed jikber fuq is-siti soċjali. "Irridu naħdmu fuq dinamika differenti. Irridu noħolqu programmi fl-iskejjel fejn l-għalliema u l-ġenituri jkollhom aktar komunikazzjoni flimkien ma' wliedhom dwar il-bullying u l-internet. Nixtieq li lokalment ukoll noħolqu kuxjenza akbar u se nimbotta li jkollna kampanja lokali fuq 'safer internet'." Ħafna jgħidu li l-membri parlamentari Ewropej tarahom xahar kull ħames snin, jiġru warajk għal voti u meta jitilgħu jisparixxu. "Iva nismagħha u qaluhieli n-nies anke meta mmur inżurhom qabel l-elezzjoni, jgħiduli issa titla' u ma narawkx iżjed u għalhekk iddeċidejt li dan id-diskors fuqi ma jsirx. Kull meta niġi Malta fi tmiem il-ġimgħa niltaqa' man-nies u ma għaqdiet ħalli nżomm kuntatt regolari. Indur il-lokalitajiet, nattendi attivitajiet u nipprova nżomm kuntatt man-nies kemm nista'. Żammejt l-istess numru tat-telefon ħalli min irid jikuntattjani jibqa' jsibni." Meta tlabtha tgħidli jekk in- nies jistaqsux dwar l-Ewropa meta żżurhom jew inkella fuq politika lokali, Miriam qaltli li l-maġġornaza fuq problemi lokali jkellmuha, "iżda pereżempju Marsaxlokk kienu ħafna interessati dwar l-liġijiet Ewropej, għax jolqtu lilhom direttament minħabba s-sajd." Iżda l-karriera ta' Miriam Dalli se tieqaf hawn? Jew il-mira tagħha hi l-parlament Malti? B'daħka qaltli, "Issa naraw. Nieħdu kollox ġurnata b'ġurnata. S'issa l-mira tiegħi hi li nagħmel xi ħaġa tajba għalija u għal pajjiżi mill-Parlament Ewropew." Tkellimna ftit kif inbidlet ħajjitha fi ftit xhur. Saret omm u membru parlamentari Ewropew. "Qabel ħriġt għall-elezzjoni tkellimt ma' żewġi u ftehmna li jekk nitla', hu jitla' miegħi u jieħu ħsieb it-tifel. Għax jien kont deċiża li jekk nitla' fil-Parlament Ewropew irrid lir-raġel u lit-tifel miegħi u nimxu flimkien bħala familja." L-impatt tiegħi ma' Miriam kien meta kienet ġurnalista fejn niftakar li kienet waħda minn ta' quddiem. Għalhekk il-mistoqsija jekk immissjatx il-ġurnaliżmu ġiet weħidha, "Ħsibtni ħa nimmissjah iżjed. Ridt nagħmel xi ħaġa differenti u naħseb li kont wasalt għal bidla f 'ħajti u fil-karriera tiegħi." Miriam Dalli hi magħrufa għal ġmiel naturali tagħha. Dan ifisser li Miriam Dalli kellha suċċess mill-ewwel fl-elezzjonijiet Ewropej għax sabiħa? "L-ewwel ħaġa l-ġmiel jista' jaħdem kontrik għax fil-politika l-moħħ hu importanti u mhux il-ġmiel naturali. Is-suċċess li kelli kien dovut għax- xogħol bla heda li ħdimt. Ir-riżultat hu sforz ta' kemm ħdimt. Fl-aħħar sitt xhur ħdimna bla waqfien. U sakemm ġejt iddikjarata eletta ma emmintx, lanqas meta f 'rawnd minnhom kien għad fadalli erba' voti." Miriam hi miżżewġa lill-iben il- Kummissarju Ewropew, Karmenu Vella. "Kienet sorpriża li f 'nofs il- kampanja sirt naf li Karmenu Vella se jiġi nominat għal Kummissarju. Ħadna gost iżda lanqas kelli ċans naħseb fuqha. Dwar li n-nannu qiegħed hawn għat-tifel ikun sabiħ meta jirnexxilna narawh." Miriam qaltli li l-ħajja fi Brussell hi differenti mill-ħajja t'hawn, qaltli li ħafna jaħsbu li hemmhekk ikollha ċans iddur u toqgħod kalma u ma jafux li x-xogħol hu bla waqfien u l-ftit ċans li ssib tipprova tagħtih kollu lil żewġha u lil binha. "Imma x-xogħol ma jdejjaqnix. Kont naf li din se tkun sfida u lesta naħdem kemm nista' biex nagħmel biċċa xogħol tajba." Barra hekk qaltli li hi u żewġha għandhom biċċa xogħol biex jgħallmu lit-tifel bi tliet lingwi, Malti, Ingliż u Franċiż li huma l-lingwi li jrid jimxi bihom fi Brussell. Qabel telqet qaltli wkoll li f 'waħda minn dawn il-ġranet trid titla' Għawdex ħalli tiltaqa' mal-Għawdxin biex tara fejn tista' tgħin lil din il-gżira li jidher li s'issa tilfet kull ċans li tkun gżira reġjun. Żgur li l-Għawdxin japprezzaw li jkun hemm min jieħu ħsiebhom fl-Ewropa. Sellimna lil xulxin waqt li ħarisna lura lejn kemm għadda ż-żmien u kemm Miriam imxiet 'il quddiem. għal bidla" "Irridu noqogħdu b'għajnejna miftuħa li ma nħallux li ssir ħsara għal pajjiżna" "In-numru tal-mobile ma biddiltux għax irrid nibqa' viċin in-nies" Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014