Illum previous editions

illum 30 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/424607

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 39

Kummercjali 26 illum | Ħadd 30 ta' Novembru 2014 Il-BOV imidd idejh għat-tnaqqis tal-iskart Il-JEEP Cherokee sa fl-aħħar waslet Malta LI tkun il-bank favur l-ambjent hija xi ħaġa ta' kuljum għal Bank of Valletta. BOV hu intiż biex iqajjem kuxjenza fuq dak li wieħed jista' jagħmel biex jieħu ħsieb aktar l-ambjent matul il- ħajja ta' kuljum. It-tim favur l-ambjent tal-Bank of Valletta organizza numru ta' inizjattivi li se jaħbtu matul il-ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal- Iskart (EWWR) bil-għan li tinħoloq kuxjenza dwar is-settur ambjentali kemm fi ħdan il-bank kif ukoll fi ħdan is-soċjetà inġenerali. Mark Marmara, il-Green Manager tal-BOV ta ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet li se jiġu organizzati matul din il-ġimgħa, kif ukoll fuq il-prattiċi ġenerali tal-bank. "Li naddottaw prattiċi favur l-ambjent mhix għażla għalina. Aħna ffukati fuq li tittieħed azzjoni bil-għan li nħarsu l-ambjent tagħna llum għall-ġenerazzjoni ta' għada. Aħna integrajna l-konservazzjoni tal-ambjent fil-ħajja ta' kuljum fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan l-organizzazzjoni kollha sabiex niżguraw li lkoll kemm aħna nkunu ffukati biex dan l-għan jintlaħaq." "Għal din l-inzjattiva, din is-sena komplejna ntawlu l-ħajja ta' apparat elettriku u elettroniku li m'għadux jintuża, billi involvejna l-1,500 impjegat tagħna biex jipparteċipa f 'din l-inizjattiva," spjega Marmara. L-impjegati tal-BOV kienu mistiedna jieħdu l-iskart elettroniku tagħhom f 'żona partikolari, minn fejn dan se jinġabar u wara jinqered b'mod responsabbli." Il-bank daħal ukoll għall- proġett li jirriċikla toners użati. Dawn jinġabru b'mod separat u jintbagħtu f 'post fejn il-komponenti jiġu sseparati sabiex jerġgħu jintużaw mill-ġdid. Illum il- ġurnata l-ATMs saru għodda użata ta' kuljum, aċċessibli għal kulħadd, flimkien ma' servizzi oħra tal-bank bħall- BOV Mobile u l-BOV Internet Banking. Dawn il-metodu qed jgħinu sabiex dejjem jitnaqqas l-użu tal-karta. Mark Marmara temm jgħid li "Aħna nemmnu bis-sħiħ fl- effett multiplu, u bħala waħda mill-akbar organizzazzjonijiet f 'Malta, aħna nistinkaw sabiex ninvolvu lill-impjegati tagħna bl-aktar mod possibbli fi sforz sabiex innaqqsu l-effetti tal-operat tagħna fuq l-ambjent." IMNEDIJA iżjed kmieni din is-sena waqt il-Fiera Internazzjonali tal-Karozzi f 'Ġinevra u fl-Italja u s-swieq Ewropej ewlenin f 'April, il-Jeep Cherokee l-ġdida fl-aħħar waslet Malta u tinsab għall- wiri u għal test-drives ġewwa x-showroom tal-JEEP f 'Triq il-Wied l-Imsida. Il-filosofija ta' JEEP għal dan il-mudell partikolari ra l-karozza tevolvi f 'mudell kompletament ġdid li jwassal lill-klijenti interpretazzjoni ġdida tal-attitudni "Go anywhere, do anything", attitudni li tifforma l-qafas u l-ħsieb wara kull mudell ta' din id-ditta leġġendarja Amerikana. Dan il-mudell ġdid SUV tal-Jeep Cherokee għandu disinn fin u atletiku ħafna, imsaħħaħ b'dinamika ta' sewqan u handling, kapaċitajiet leġġendarji ta' 4×4, xogħol fin u dettaljat fuq ġewwa, teknoloġija innovattiva, livelli ġodda ta' effiċjenza, divertiment, kumdità u sigurtà tal-ogħla livell tant li din il-vettura diġà kisbet it-titlu tal-aktar SUV sigur fil-kategorija tiegħu minn Euro NCAP. Il-JEEP Cherokee l-ġdida issa tinsab għall-wiri fix- showroom ta' JEEP f 'Triq il-Wied l-Imsida. Il-prezzijiet jibdew minn €39,000 għall- mudell Longitude li diġa huwa mgħobbi b'ħafna features fosthom touch-screen bil- bluetooth, cruise control, dual zone climate control u iżjed! Imbagħad hemm il-verżjoni Limited li jiswa' €5,000 iżjed u li jiġi b'screen 8.4 inch, sedini tal-ġilda bil-ventilazzjoni ġo fihom, HID headlamps, electric boot, u iżjed features ta' lussu! Dawn il-prezzijiet huma l-istess prezzijiet tax-showroom li wieħed għandu jsib ukoll fl- Italja, ukoll meta wieħed iqis it- taxxa ta' reġistrazzjoni f 'Malta. Kull min hu interessat jista' jżur is-sit http://carconfigurator. jeep.com/it_IT/cherokee/ jagħżel il-konfigurazzjoni u l-verżjoni Cherokee li jixtieq u jordna l-mudell li jrid minn għandna bl-istess prezz ta' l-Italja u li jkun jinkludi t-taxxa tar-reġistrazzjoni f 'Malta! Għal aktar informazzjoni żur ix- showroom ta' JEEP. "Għal din l-inzjattiva, din is-sena komplejna ntawlu l-ħajja ta' apparat elettriku u elettroniku li m'għadux jintuża" Best Small Utility minn Motorweek. • Autobytel niżżilha fost l-aqwa 10 SUVs żgħar. • Reader's Choice Crossover of the Year minn AutoGuide.com. • Compact SUV of Texas mit-Texas Auto Writers Association • Best Value On-Road fil-kompetizzjoni Active Lifestyle Vehicle of • the Year ta' Carspondent.com Waħda mill-aqwa 10 Best SUVs Taħt il-$25,000 minn Kelley Blue • Book's KBB.com L-SUV of the Year minn the Rocky Mountain Automotive Press. • In-Northwest Automotive Press Association innomina • ċ-Cherokee Trailhawk® 2014 Outdoor Activity Vehicle of the Year u 2014 Best Compact Utility of the Year. Il-JEEP Cherokee diġà ħadet diversi unuri u premijiet prestiġġjużi:-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 November 2014