Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 17 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt CARMELO BUGEJA REGEN VICI SINDKU MARSAXLOKK DAN l-aħħar iż-żewg partiti ewlenin li għandna f 'Malta wrewna xi tfisser li jkollok is-suldati tal-azzar. Xi xhur ilu jien kont ktibt f 'dan il- ġurnal ittra lill-Prim Ministru bl-isem, 'Biex tirbaħ gwerra, trid tmur bis-suldati tal-azzar tiegħek'. F'din is-saga tal-aħħar dwar l-isparatura tax-xufier tal-eks ministru Mallia, rajna fejn jinsabu s-suldati tal-azzar. Rajna biċ-ċar kif il-Partit Nazzjonalista fiż- żminijiet tiegħu, ma kienx ċiċċi bilqiegħeda, imma kien bil-moħbi kollu jimla d-dipartimenti kollha u l-Korp tal-Pulizija bis-suldati tal-azzar tiegħu. Rajna biċ-ċar kif l-informazzjoni kunfidenzjali kienet ħierġa minn kull dipartiment biex titma l-midja Nazzjonalista bl- informazzjoni kontra l-Gvern, li bħalissa aktar medhi biex ikabbar l-ekonomija Maltija u jara kif ser jghin iz-zghir. Kampanja qalila biex ittellef ir-ritmu tal-Gvern f 'xogħlu u fl-istess ħin, bil-qerq kollu jżebilħuh mal-poplu Malti kollu. Immur lura ftit fis-snin, meta sħabi s-sajjieda kellhom inċidenti fuq il-baħar ma' sajjieda Taljani. Meta dawn tal-aħħar qattgħu l-konzijiet tas- sajjieda Maltin biex jgħaddu bil- gaġġa tat-tonn, u sħabi l-Maltin kienu ħadulhom il-gaġġa tat-tonn biex ma jkomplux jagħmlulhom il-ħsara marru s-suldati Maltin, u fl-inċidenti dawn ħaduha kontra s-sajjieda Maltin, saħansitra sparaw fuq il- laneċ tas-sajjieda Maltin. Saret inkjesta u oħroġ il-għaġeb, ġie deċiż li s-suldati għamlu sewwa meta ħaduha kontra ħuthom il-Maltin. Is-suldati tal-azzar dawru l-fatti kif riedu għax sabu li s-sajjieda m'għandhomx xeħta għall-proċeduri u liġijiet, u s-sajjieda spiċċaw il-vittmi, u tilfu l-inġenji tagħhom u spejjeż kbar għalihom, u l-gaġġa bit-tonn tawha lura lit-Taljani li bdew jidħku bina. Issa qed naraw li ħergin każijiet oħra li għalihom kien isir 'cover-up' fi żmien in- Nazzjonalisti, u tant kienet tkun tajba din il-'cover-up' li l-Oppozizzjoni ta' dak iż-żmien ma kinetx tkun taf bihom, għax dawk li qed insejħulhom suldati tal-azzar kienu leali lejn il-Gvern ta' dak iż-żmien. Bħalma dejjem ngħid, irbaħna l-Gvern però l-pajjiż ma rbaħniehx, għax id- dipartimenti li minnhom irid il-Gvern, mimlija bis-suldati tal-azzar tan-Nazzjonalisti. Jekk mhux se jsir xi ħaġa biex is-sitwazzjoni tibbilanċja ruħha, nistgħu nroddulu s-salib lil dan il-Gvern li tellajna bl-akbar saħħa li qatt kellna fl-istorja ta' Malta. B'dawn is-suldati, l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel ir-riħ u s-saħħa kollha, għax jaf li meta jrid se jsibhom, u li dawn żgur qatt mhuma se jippreġudikawh f 'xi ħaġa. Però rrid inwissi li se tkun biċċa xogħol iebsa għall-Gvern. Dan għax id-dipartimenti, tant imlewhom b'Nazzjonalisti ħorox matul iż-żmien, li issa l-Gvern ġie f 'sitwazzjoni li m'hemmx wisgħa fejn iddaħħal nies oħra u kull meta jdaħħal lil xi ħadd, jaqbżu fuqu bħal tigra. Għalhekk nerġa' ntenni dak li kien jgħid il-kbir Duminku Mintoff li biex tirbaħ gwerra bis-suldati tiegħek trid tmur. U għalhekk lill-Prim Ministru tagħna nagħdru, nikkumpatih u nfaħħru bl-ogħla tifħir għax qed jiġġieled il-gwerer bis-suldati ta' ħaddieħor. Intenni lil-Laburisti biex jibqgħu leali u sodi fil- fehma tagħhom għax bil-mod jasal iż-żmien li jixtiequ u l-Partit Laburista u Malta jkunu fost l-aqwa fl-Ewropa. Is-Suldati tal-Azzar EJJEW ninsew għal mument il-pantomina ta' Malliagate, karnivalata serja li waslet f 'mument tajjeb bħala diversiv mill-baġit u l-problemi tat-traffiku. Qed nisimgħu l-istess mantra għall-Milied, ibda mir-reklamar bla rażan u spiċċa b'lirika ta' diski li saru klassiċi, bħal Merry Christmas (War is Over) li kienet bdiet bħala għanja ta' protesta u llum tinvadi l-istazzjonijiet u l-internet. Inħolqot website ġdida The War Poetry Website. Is- sit jinkludi lista sħiħa ta' poeziji tal-gwerra miktubin fl-Afganistan, l-Iraq, l-Iżrael, il-Kosovo u fil- Lvant Nofsani, fost oħrajn. Iżda f 'din is-sena li ninsabu fiha, il-Milied għandu tifsira partikolari għax kien seħħ l-armistizju famuż tal-ewwel Gwerra Dinjija. Fuq il- front tal-Punent kien waqaf għal ftit l-isparar biex ikun iċċelebrat il-Milied fit- trunċiera tal-battalji, fost sinjali ta' rieda tajba bejn l-għedewwa. Din is-sena ħarġu diversi antoloġiji b'poeżiji u ittri tal-Ewwel Gwerra, fosthom edizzjonijiet ġodda bix- xogħlijiet ta' Wilfred Owen, meqjus bħala l-akbar kronista letterarju Ingliż tal-Poeziji tal-Gwerra. Mitt sena ilu, fis-7 ta' Diċembru tal-1914, il- Papa Benedittu XV kien issuġġerixxa waqfien temporanju miċ-ċelebrazzjoni tal-Milied, imma l-pajjiżi fi gwerra bejniethom ma ridux waqfien uffiċjali mill-ġlied. B'danakollu, fil-Milied, is-suldati fit-trunċiera, li kienu raw tant imwiet ta' sħabhom madwarhom, iddeċidew li jiddikkjaraw l-armistizju mhux uffiċjali tagħhom. Lejliet il-Milied bosta truppi Ġermanizi u Britanniċi ingħaqdu biex ikantaw għanjiet popolari tal-Milied ddedikati lil xulxin u f 'ċerti nħawi, l-Alleati daqqew il-banda bid-Tedeski jakkumpanjawhom bil-kant. Nhar il-Milied propju, is- suldati (Ġermanizi) telgħu mit-trunċieri u qasmu lejn in-naħa tal-Inglizi, jawguraw Merry Christmas bl-ilsien tal-għadu. L-element umanistiku kien sfida u għeleb l-element politiku. Il-pawsa intużat ukoll biex is-suldati jaqilgħu lil sħabhom mejtin u jidfnuhom. Illum, il-gwerer f 'żoni ta' taqbid saru ħafna aktar slavaġ. U bl-iskuża tal- ħsarat kollaterali, il-vittmi żdiedu fuq li żdiedu. Il- mejtin jitħallew jintnu jew jitmermru, bħala sinjal li lanqas il-Milied m'għadu jiswa biex imewwet il- brutalità ta' bniedem kontra l-ieħor. Iż-żoni ta' gwerra kotru fuq li kotru, speċjalment fil-Lvant Nofsani u l-aktar fil-Palestina, fejn suppost li seħħet is- salvazzjoni permezz tal-miġja ta' tarbija fraġli li kellha ddawwal lid-dinja bil-verità u bil-ġustizzja. Antoloġija oħra dis-sena, 'Weeping Tears for Gaza' ħarġet biex tfakkar il- massakru u l-ħerba li ħalliet l-Armata Iżrealita f 'dik ir- roqgħa art tad-dmija, li ilha tkun ikkalpestata sa mill- 1948. Il-Milied tal-2014 hu l-Milied tat-tortura, tal- ħabs brutali, tat-tħaġġir, it-tislib u d-dekapitazzjoni. Fil-11 ta' Diċembru ħarġet lista notorja li waslet għall-attenzjoni tas-Senat Amerikan. Il-lista tinkludi tlettax-il prattika brutali li s-CIA użat kontra d-detenuti u li tfakkrek fl-agħar prattiċi li kienu jintużaw mill- inkwiżizzjoni Kattolika. Id-differenza hi li issa t-tortura użata mis-Servizzi Sigrieti Amerikani bdiet tuża sistemi anki psikologiċi, bħad-deprivazzjoni mill- irqad u doċċi kesħin. Sistemi li ntużaw ukoll fil-Gulags. Il-lista kollha tal-indinjità u t-tortura tinsab fi ktieb ippubblikat dan l-aħħar, Company Man. O Lejl tas-skiet. Lejl tal- Imwiet. Imma ħalli ma niddisprawx għal kollox. Hemm marki 'innocenti' u paċifisti. B'xorti tajba f 'Malta qed jitfaċċaw gruppi li qed jippruvaw iqajmu simboli u tradizzjonijiet natalizji Maltin, kwieti u paċifisti. Ngħidu aħna, l-Għaqda Dilettanti tal-Presepji (li qed ikunu magħrufin bħala "presepisti") apparti l-wirjiet tas-soltu, qed tinforma lill- midja dwar kif jinħadem presepju u anki pasturi tat-tafal. Dawn il-pasturi, li dari kienu jinxtraw bix-xejn, illum jidhru primittivi, ħdejn il-fabbrikazzjoni kummerċjali ta' statwetti tar-resina, li jafu jkunu estetikament espressivi u isbaħ. Iżda tal-inqas qed jerġgħu jintroduċu element Kristjan meta mezzi tal- midja soċjali qegħdin anki jiċċirkolaw propaganda biex jisparixxu kartolini li jixhdu t-twelid tat-tarbija ta' Betlem. Nixtieq f 'dan il-kuntest nissuġġerixxi l-qari tal- poeżija The Journey of the Magi ta' TS Eliot, poeta Kattoliku u probabbilment, l-aqwa wieħed tas-seklu XX. Il-Maġi qed iterrqu mill- bogħod, mill-muntanji u l-widien ifittxu l-fidwa. Aħna wkoll qed infittxu fidwa differenti: qed nippruvaw nagħmlu sens mill-qtil u l-massakri madwar id- dinja. Nippruvaw nifhmu kif fil-Palestina jinħataf ministru fost it-tensjoni tiġġedded bejn l-Iżraeliti u l-Palestinjani wara xhur ta' vjolenza f 'Ġerusalemm, Tel Aviv u x-Xatt tal-Punent, l-inħawi li kellu xi darba jżur meta jikber, anki Ġesù Kristu bi qtajjiet ta' nies warajh li mbagħad abbandunawh u sejħu biex jissallab. Bħall-Maġi, qed nippruvaw infittxu s-sens u naraw għaliex għad għandna daqshekk barbariżmu fid- dinja, anki minn inħawi li jxandru d-demokrazija globali. U bħall-Magi nistgħu nqisu li qed inkunu boloh li nfittxu xi forma ta' salvazzjoni, li tbiegħdna mill-kumdità (bħalma l-Maġi tbiegħdu mill-ambjenti tal-palazzi u n-nisa). U qed infittxu vjaġġ fid-deżert eżistenzjali biex naslu għal xi forma ta' fidwa. O Lejl tas-Skiet. Lejl tal- gidbiet Ovvjament, il-presepju mhu se jibdel xejn mid-diżastri globali. U lanqas mit-taħwid manju li qed tissottomettina għalih il-klassi politika, f 'Malta wkoll. U l-poeżija ta' TS Eliot illum ftit tinqara, jekk mhux għal skopijiet akkademiċi. Imbagħad, wara l-eżamijiet, tintesa. Il-prietki, l-orazzjonijiet u l-innijiet għandhom dejjem l-istess reżonanza u ftit jidhru li jagħmlu sens, imqar f 'pajjiżna, fejn matul dawn il-ġimgħat tal-avvent assistejna għal soap opera massiva ta' kif topera l-midja fiċ-ċirkostanzi ta' babilonja politika/ministerja li mdeffsa magħha hemm ukoll daqstant intriċċi polizjeski. Imma jekk xejn, il-babilonja ta' dawn l-aħħar ġimgħat f 'pajjiżna serviet ta' pawża aljenatorja mir-reklamar kollu li jistordina f 'dawn il-ġranet ta' tlellix giddieb. Ma nistgħux ninsew li fuq l-orizzont, il-Maġi kienu raw tliet siġriet nexfin, l-għudiet tal- kruċifissjoni. Iktar realistika l-poezija ta' Elliot minn O Gesu' helu tarbija! Lill-qarrejja ta' din ir- rubrika nixtiqilhom il- Milied it-Tajjeb, jiswa' li jiswa' dan l-awgurju. PAWSA (IRONIKA) DWAR IL-MILED MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014