Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Nr 427 • 21 ta' Diċembru 2014 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST PAĠNA 18 Ċentru San Franġisk, L-Awditur Ġenerali jċanfar il-kuntratt . . . Il-każ ta' Pulizija anzjani lura fil-Korp . . . GĦALKEMM il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali mmexxi mill- eks Ministru George Pullicino, kien irċieva erba' sottomissjonijiet fl-2009 għat-tmexxija taċ-Ċentru San Franġisk għall-kura tal-annimali, ir-rapport tal-awdituri li ġie ppubblikat din il-ġimgħa, żvela li ma nstabu ebda traċċi ta' kif saret l-evalwazzjoni sabiex intgħażel l-operatur preżenti li hu mmexxi mit-tabib veterinarju Trevor Zammit. Iċ-Ċentru San Franġisk kien infetaħ f 'Ottubru 2010 u matul dawn l-erba' snin, kien fl-aħbarijiet diversi drabi fuq ilmenti u allegazzjonijiet minn bosta persuni li użaw is- servizz bi ħlas, u dwar il-kura li l-annimali ħadu fiċ-ċentru. Sorsi infurmati li tkellmu ma' din il-gazzetta kif ukoll minn dokumenti li rajna, jidher ċar li hemm diskrepanza qawwija u nuqqas serju ta' trasparenza bejn dak li kien hemm propost fl-espressjoni ta' interess, li fuqha mxew dawk li ssottomettew l-espressjoni tagħhom, għal dak li finalment ingħata fil-kuntratt lill-veterinarju Zammit li hu l-operatur attwali taċ-ċentru li jinsab f 'Ta' Qali. Meta wieħed iħares lejn is-sejħa li kienet ħarġet, kien hemm miktub ċar li min jintgħażel se jingħata kuntratt ta' tlett snin bil-possibiltà li jiġġedded b'sena, iżda għal xi raġuni mhux magħrufa, anke jekk ftit qabel l-għeluq tal- espressjoni kienet intbagħtet ittra biex tfakkar lill-kulħadd it-terminu ta' żmien li kien se jingħata, il-kuntratt li ngħata lil Zammit hu ta' ħames snin bil-possibiltà ta' estensjoni addizzjonali ta' ħames snin oħra. Dan ifisser li Zammit għadu fl-ewwel ħames snin ta' dan il-kuntratt. Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 2 Qed ngħixu f 'soċjetà pluralistika fejn hemm spazju għal kulħadd u għal kollox – L-Isqof Mario Grech Madwar 2,000 individwu fi s-sena jiżviluppa xi tip ta' kanċer – Chris Fearne Ottimisti għall-futur Tħallsu €331,000 f 'servizzi Il-Kummissarju l-ġdid jeżiġi l-bżonn ta' bidla fil-proċeduri tal-ingaġġ JOHN PISANI "HEMM bżonn li l-proċeduri ta' kif isir l-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija jinbidlu." Dan qalu l-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija Michael Cassar f 'kumment lill-ILLUM fid-dawl ta' numru ta' Pulizija li reġgħu ddaħħlu lura fil- Korp fuq bażi ta' partajm qabel ma hu ngħata l-kariga ta' Kummissarju. Cassar qal li l-proċeduri jridu jinbidlu kemm għal rekluti ġodda kif ukoll għal dawk li jkunu spiċċaw mill-Korp kemm bl-etá jew wara 25 sena servizz. L-ingaġġ lura fil-korp, ta' Pulizija anzjani saħanistra tqajjem fil-Parlament din il-ġimgħa fejn fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari jidher li ġew ingaġġati lura fil-korp Pulizija ta' età bejn is-70 u 80 sena. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta sostnew li wħud mill- Pulizija li reġgħu sabu ruħhom fil-korp huma kbar wisq fl-età u ma jistgħux jagħtu l-massimu tagħhom speċjalment f 'każ ta' emerġenza filwaqt li jistgħu jkunu esposti għall-periklu kemm għalihom u Pulizija oħra li jkunu qed jaħdmu magħhom. Il-Milied it-Tajjeb Nhar il-Ħamis hu Jum il-Milied. F'isem it-tim kollu tal-gazzetta ILLUM u l-portal elettroniku www.illum.com.mt nawguraw lilkom il-qarrejja tagħna Milied ta' paċi, hena u ġid. Ara paġni 14-15 Ara paġna 16 Trevor Zammit (l-ewwel fuq ix-xellug) u George Pullicino waqt l-inawgurazzjoni taċ-Ċentru ta' San Franġisk Michael Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014