Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€1.00 Nr 471 • 25 ta' Ottubru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Ara paġna 11 KITCHENS OFFICE SOFAS BEDROOMS PARQUET R LIVING, MRIEHEL BYPASS, QORMI PHONE. 21 499 699 E.MAIL. INFO@RLIVING.COM.MT WWW.RLIVING.COM.MT OPEN WEEK - Wednesday 21 st - Sunday 25 th October 2015 Lukanda ta' ħames stilel flok l-bini tal-ITS 64% ma jaqblux mal-mina Albert GAuci cunninGhAm L-ILLUM għandu f 'idejh stħarriġ li għamlet il- Gozo Tourism Association (GTA) fl-aħħar tas-sajf li għadda li juri kif xejn inqas minn 64% tal- lukandiera u operaturi turistiċi Għawdxin esprimew ruħhom kontra link permanenti bejn Malta u Għawdex, kemm jekk din tkun fil-forma ta' mina u anke jekk ikun pont. L-istħarriġ sar fost 100 stabbiliment Għawdxi li 30% minnhom kellhom x'jaqsmu ma' akkomodazzjoni, 33% kienu ristoranti u 33% kienu 'operaturi oħrajn'. Meta kkuntattjat mill- ILLUM il-Kap Eżekuttiv tal-GTA Joe Muscat, spjega kif għall-mistoqsija diretta tal-assoċjazzjoni "Inti taħseb li l-istabbiliment tiegħek jaqbillu li jkun hemm link permanenti bejn Malta u Għawdex?", 64% wieġbu fin-negattiv, filwaqt li s-36% l-oħra wieġbu fil-pożittiv jew għadhom indeċiżi dwar il-kwistjoni kollha. Botti u risposti bejn Said u Refalo Albert GAuci cunninGhAm JIdhEr li bħalissa hemm taqtiegħa bejn numru ta' żviluppaturi dwar min se jkun qiegħed jieħu f 'idejh l-art u l-proprjetà fejn illum hemm l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS), li hekk kif tħabbar mill-Gvern se jkun qed jimxi lejn Smart City f 'investiment ta' €56 miljun. Minkejja dan, l-ILLUM huwa nfurmat li l-post se jkun qed jinbidel f 'lukanda ta' ħames stilel u li l-iżvilupp l-aktar preferut mill-Gvern ċentrali, se jsir minn lukandier ewlieni Malti li diġà għandu investiment ta' akkomodazzjoni turistika madwar il-pajjiż. Għalkemm għandna din l-informazzjoni, il-Gvern ma xtaqx iwieġeb numru ta' mistoqsijiet li bgħatna dwar il-proprjetà tal-ITS u l-mod ta' kif din se tkun qed tgħaddi f 'idejn il-privat. L-ILLUM staqsa lill-Ministeru għat- Turiżmu jikkonfermax li l-art li fuqha mibnija l-ITS hux tal-Gvern u jekk iva x'beħsiebu jagħmel ladarba l-ITS timxi lejn Smart City. Din il-gazzetta staqsiet ukoll jekk il-Gvern hux qed jippjana li jbigħ l-art, jikrihiex jew jagħtihiex lill- privat b'ċens. Għalkemm bgħatna dawn il-mistoqsijiet iktar minn ġimgħa ilu, sakemm morna għall-publikazzjoni konna għadna bla risposta. Tkompli f 'paġna 3 Tkompli f 'paġna 2 Stħarriġ fost il-lukandiera Għawdxin jiżvela oppożizzjoni qawwija għall-proġett Ara intervisti f 'paġni 16 u 17

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015