Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 7 LPQQKBMJĸĸFXßV TFOUFKOJMV IVKBåEFNGVMMUJNFV KBRMBŦŵ)J5BåEFN QBSUUJNFVUBRMBŦŵ NJUUOBRRJT GMJODPNFUBYTFS KJGGSBOLBXŵGJTTFOB CJUUOBRRJTGJMLPOUJKJFU UBEEBXMUBMJMNBV UBMGVFMJGGSBOLBXŵ YUSBXQPTUVGGSBOLBX ŵGŦUBYYBUBMCPMM HåBOEIPNXJMEV KJGGSBOLBXŵ CŦDIJMEDBSFCŦYFKO CEJFUUBåEFNVUJFåV JOXPSLCFOFGJU UBŦŵ GŦEBXOJTTFOUFKO CBRHåBMIPNGŦJEFKIPN ŵ BLUBS CJEEFÉJĸKPOJKJFU MJåBEBOJMHWFSO VTFSK VTFSKLPNQMV KJGGSBOLBX min kien l-aħjar? Simon Busuttil: Meta se jsir PM prospettiv? SiMon Busuttil ingrana sew minn meta sar kap tal-Pn, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' dibattiti u diskorsi. Kuntrarjament għall- ewwel ftit xhur fil- kariga, Busuttil għandu preżenza akbar meta jitkellem u huwa definittivament aktar interessanti llum li tisma' lill-Kap tal-Pn milli qatt qabel. Definittivament Busuttil huwa l-aktar b'saħħtu meta jikkritika lill-Gvern dwar il-meritokrazija, it-trasport pubbliku u l-ambjent, li ironikament huma l-aktar setturi li dwarhom, dan il-Gvern qed jaqla' ħafna kritika. Jgħid x'jgħid il-Partit Laburista dwar il-passat, ladarba tela' bl-għajta tal- meritokrazija, din l-għajta kellu jżomm magħha, jew tal-inqas jidher li qed iżomm magħha. Il-Kap tal-PN qiegħed jirkeb fuq il-karru tal-'Laburist ġenwin' u 'l-Laburist mweġġa'' u juża pagi, konsulenzi u kuntratti li jlaħħqu l-eluf ta' ewro fix- xahar li wħud minnhom mhux ġustifikati, biex jgħawwar fil-ferità ta' dawk li ġustament jew le, jgħidu li għadhom qed ibatu minn inġustizzja. Li jinsa jsemmi hawn Busuttil, huwa li jekk verament qed jemmen li dawn in-nies saret inġustizzja magħhom, dik l-inġustizzja saret minn Gvern Nazzjonalista, probabbilment anke matul iż-żmien li hu kien Viċi Kap tal-Partit. Fl-ambjent, Busuttil huwa b'saħħtu, sforz il-fatt li Muscat tant hu dgħajjef. Minkejja dan, wieħed irid jammetti li l-PN taħtu qed jagħmel sforzi qawwija biex jipprova jinża l-libsa tal-partit tal-ispekulaturi u jagħti lill-PN dehra iktar 'ħadra'. Passat u mhux passat, il-fatt li anke f 'diskorsu Busuttil jidher li qed jaħdem qatigħ biex jibni pontijiet ġodda ma' ħafna li jħossu li l-ambjent huwa importanti daqs, jekk mhux iktar, mill- ġenerazzjoni tal-flus, huwa pass li jista' jissarraf f 'numru sostanzjali ta' voti ġodda. Naturalment, Busuttil ma setax kien iktar preċiż meta tkellem dwar it- trasport pubbliku. Forsi vera, l-eżempju tal-mara mill-Isla kien xi naqra mġebbed wisq u farsesk lejn l-aħħar, imma jibqa' l-fatt li l-imejl li qara dwar mara li damet ħafna tivvjaġġa lejn San Pawl il- Baħar hija realtà. 'Imma l-PN kif jista jitkellem meta l-Arriva kienet fjask?', ikun hemm min jirrimarka. Jista' jkun li vera, imma żgur li huwa veru li miż-żewġ mexxejja kien Busuttil l-aktar li ressaq l-argument tan- nies fil-Parlament. Min-naħa l-oħra iżda, id-diskors kien dgħajjef l-aktar għax kien kważi kompletament nieqes minn alternattivi u minn proposti konkreti li jistgħu jolqtu lin-nies fil-laħam il-ħaj. Il-fatt li kemm qed taqla PR ta' Ministru jieħu, jew jidher li qed jieħu preċedenza fuq miżuri mmirati li jqajmu l-ekonomija, fuq dibattitu san dwar l-edukazzjoni u fuq il-bżonnijiet fil-qasam tas-saħħa ma jawgurawx tajjeb għall-Kap tal- Oppożizzjoni. Busuttil kien ikun ħafna iktar kredibbli u kien jipproġetta lilu nnifsu ħafna aħjar kieku semma l-pagi u l-bażużliżmu li xtaq isemmi, imma mbagħad mexa b'mod veloċi u b'passjoni akbar fuq kwistjonijiet li verament jagħmlu d-differenza. Fuq kif se nkomplu niġġieldu l-faqar, fuq kif Gvern tal-PN se jkompli jgħin u jinkoraġixxi lin-negozji, fuq ideat ġodda u friski biex uliedna u ulied uliedna jibqa' jkollhom edukazzjoni inklussiva u tal-aqwa kwalità. Kien ikun qed jipproġetta lilu nnifsu ta' Prim Ministru ħafna iktar kieku uża l-enerġija li uża biex jattakka lir-rivali tiegħu, biex jibda jagħti l-ewwel togħma ta' kif hu, jekk elett fit-tmun, se jkun qed isostni s-settur turistiku bi pjan aktar ħolistiku, ta' niċeċ ekonomiċi ġodda li jrid joħloq u ta' kif se jsostni b'kontinwità investimenti fil-qasam tas-saħħa li dan il-Gvern qed jattira. Busuttil reġa' kien dgħajjef, għallinqas ma' dawk li mhumiex akkanitissimi, ukoll fl- argument kważi assolutist tiegħu li kull mhu tajjeb hu frott tal-PN u kull mhu ħażin hu frott dan il-Gvern. Din hija linja ta' argument li ma jreġix u li jfakkar lil ħafna fl-attitudni arroganti u sens ta' superjorità li kellu l-istess partit ftit qabel ma sofra l-akbar telfa elettorali fl-istorja politika moderna. Busuttil jidher li għadu maqbud ġo każin metaforiku Nazzjonalista u iktar kemm idum hemmhekk jipprietka lill-konvertiti, anqas se jkollu opportunità li jkabbar iċ- ċans tiegħu li jippenetra b'mod li jhedded, il-fortizza ta' appoġġ li bena Muscat. Busuttil qed jibża' minn poplu infurmat dwar il-baġit - PL il-Partit laburista isostni li permezz ta' stqarrija ta' Simon Busuttil, qed jikkonferma li "hu u l-oppożizzjoni tiegħu qed jibżgħu li n-nies ikunu infurmati aktar fuq il-baġit. il-Mod negattiv, distruttiv u personali li l-Kap tal- oppożizzjoni tkellem dwar il-bagit li kien ippreżentat ħmistax ilu jikkonferma dan kollu." Fl-istqarrija, il-Partit Laburista jkompli jgħid li Simon Busuttil qed jiddejjaq li t-telespettaturi u s-semmiegħa jisimgħu b'miżuri bħat- tnaqqis tal-income tax, l-in-work benefits, l-ewwel żieda fil-pensjonijiet f '20 sena, it-tkomplija tal-mizura tat-tneħħija tat-taxxa tal-boll u l-mizura ta' tnaqqis fit-taxxa għal min jixtri post fil-village core fost ħafna oħrajn. "Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit tiegħu mhumiex komdi li mizuri bħal dawn u ħafna oħrajn, ikunu spjegati f 'aktar dettal, għax jaf li minkejja l-kritika negattiva u distruttiva tiegħu, il-poplu Malti u Għawdxi jaf li dan kien baġit tajjeb. Simon Busuttil jaf li bil-kritika li għamel, huwa jinsab fuq naħa, u l-imsieħba soċjali, in-negozji u l-poplu Malti u Għawdxi jinsabu fuq naħa oħra," temm jgħid il-Partit Laburista. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT