Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 5 Il-pjanIjIet tal-enemalta biex tissaħħaħ is-sistema tad- distribuzzjoni tal-elettriku fl- inħawi tal-Gżira, tas-Sliema, l-Imsida u l-inħawi għaddej b'rittmu mgħaġġel ħafna, dan filwaqt li fix-xhur li ġejjin l-enemalta mistennija tinawgura żewġ ċentri tad-distribuzzjoni ġodda f 'Manoel Island u fiż-żona ta' St andrew's, f 'pembroke. Iż-żewġ ċentri tad- distribuzzjoni jagħmlu parti minn proġett estensiv b'investiment ta' €60 miljun bil-għan li tissaħħaħ is- sistema tad-distribuzzjoni tal- elettriku tal-pajjiż. Għalkemm il-bini ta' dawn iċ-ċentri beda taħt il-Gvern preċedenti fl- 2014, il-kumpanija provdiet ir-riżorsi meħtieġa biex dawn iż-żewġ ħoloq importanti fid-distribuzzjoni tal-elettriku jitlestew mill-aktar fis. Il-kumpanija qed tiżviluppa dawn iċ-ċentri tad-distribuzzjoni biex tikseb il-flessibbiltà u l-kapaċità teknika meħtieġa u tkompli ttejjeb is-servizzi tal- elettriku lill-klijenti tagħha f 'din iż-żona, li rat żviluppi residenzjali u kummerċjali kbar f 'dawn l-aħħar snin. B'dawn iż-żewġ proġetti, mistennija jitnaqqsu n-numru ta' drabi u d-dewmien fil-qtugħ tal-provvista tal- elettriku f 'dawn l-inħawi, f 'każ ta' xi ħsara jew aċċident. F'kummenti ma' dan il-ġurnal, il-Ministru għall- Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi fakkar kif l-Enemalta se tkun qed tinvesti mas- €60 miljun għat-tliet snin li ġejjin biex issaħħaħ is- sistema tad-distribuzzjoni. "L-investiment li qed nagħmlu fid-distribuzzjoni huwa meħtieġ peress li fl-aħħar snin, l-Enemalta ftit li xejn investiet biex issaħħaħ il-flessibilità tas- sistema tad-distribuzzjoni," qal Mizzi li fakkar ukoll kif dan l-investiment se jsir wara li Shanghai Electric Power investiet fl-Enemalta, "biex minn kumpanija falluta, l-Enemalta qed terġa' tqum fuq saqajha u tkun mutur fl- ekonomija Maltija." Matul il-ġimgħat li għaddew l-Enemalta bdiet xogħol ta' tħaffir ta' trinek u tqegħid ta' high voltage cables fil-Gżira u l-Kappara biex tkun tista tissupplixxi l-elettriku fiċ- Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' Manoel Island. Qed jiġu mgħoddija wkoll għadd ta' cables oħrajn biex ikomplu jsaħħu s-sistema tad- distribuzzjoni fl-inħawi. Xogħol ta' mmodernizzar fiċ-ċentru tal-Mellieħa Fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mellieħa, li nbena fl-1973, l-Enemalta qed twettaq xogħol ta' tkabbir u mmodernizzar biex dan jilqa' għaż-żieda fid-domanda tal-elettriku f 'din il-lokalità u f 'għadd ta' lokalitajiet oħrajn. Fost oħrajn, se jinbidlu ż-żewġ transformers ma' oħrajn ġodda li se jirduppjaw il- kapaċità ta' dan iċ-Ċentru. Peress li ilu jopera għal 42 sena se jinbidel ukoll l-11kV switchgear biex ikun jista' jlaħħaq b'mod aħjar mal- iżviluppi kbar li kien hemm fl-inħawi mill-1973 sal-lum. Minbarra l-Mellieħa, dan iċ- Ċentru jissupplixxi l-elettriku fiċ-Ċirkewwa, il-Marfa, Selmun, il-Mistra, ix-Xemxija, il-Manikata, iż-Żebbiegħ, l-Imġarr, San Pawl il-Baħar, il-Baħrija, Binġemma, u l-Imtaħleb. aktar stabbiltà elettrika permezz ta' ċentru fix- Xewkija Intant, dan il-Gvern għaddej ukoll bil-proġett ta' bini taċ- Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-elettriku fix-Xewkija li huwa meħtieġ biex titjieb il-flessibbiltà u l-affidabbiltà tas-servizzi tal-elettriku f 'Għawdex. Permezz tiegħu, l-Enemalta se tkun tista' tiżgura aktar stabbilità fis- servizzi tal-elettriku tagħha lill-klijenti tagħha fuq din il-gżira. Bħalissa l-infrastruttura tal-elettriku f 'Għawdex tiddependi għal kollox mill-uniku Ċentru tad- Distribuzzjoni li hemm fil-Qala. Barra minn hekk, iċ-ċentru tad-distribuzzjoni l-ġdid se jilqa' għall-ħtiġijiet tal-elettriku ta' Għawdex fis- snin li ġejjin. Se jiżdied, fost oħrajn, it-tielet transformer li jniżżel l-elettriku minn 33kV għal 11kV, biex jiżgura li f 'każ ta' xi ħsara f 'xi wieħed mit-transformers l-oħra, il-provvista tal-elettriku f 'Għawdex tkun tista' tibqa' għaddejja. L-iżvilupp ta' dan iċ- ċentru wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu hekk kif kmieni s-sena d-dieħla mistennija jibdew l-aħħar testijiet biex ikun jista' jibda jopera sa qabel is-sajf. Iċ-Ċentru se jinkludi fih żewġ 30 MVA 33/11kV transformers, 33kV switchgear biex jikkontrolla l-provvista tal-elettriku li tasal f 'Għawdex permezz ta' 33kV cables mgħoddija f 'qiegħ il-baħar u 11 kV switchgear li jikkontrolla l-cables li jwasslu l-elettriku fl-inħawi kollha tal-gżira. Se tiddaħħal ukoll faċilità li permezz tagħha l-provvista tal-elettriku f 'Għawdex tkun tista' tinqaleb bejn iż-żewġ ċentri tad- distribuzzjoni skont il-ħtieġa u d-domanda. WBUJNOBRRTBHåBM GVRBUUJWJUBKJFUTQPSUJWJ #Budget2016 Investiment ta' €60 miljun fid-distribuzzjoni tal-elettriku Se jkunu inawgurati żewġ ċentri ta' distribuzzjoni f 'Manoel Island u Pembroke Il-Ministru Konrad Mizzi jitkellem mal-ħaddiema fi żjara fil-power station ta' Delimara "Minn kumpanija falluta, l-Enemalta qed terġa' tqum fuq saqajha u tkun mutur fl-ekonomija Maltija" "L-Enemalta bdiet xogħol ta' tħaffir ta' trinek u tqegħid ta' high voltage cables fil-Gżira u l-Kappara biex tkun tista' tissupplixxi l-elettriku fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta' Manoel Island" Ritratt: Ray Attard