Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 3 Il-GTA tesiġi li jsiru studji xjentifiċi dwar l-impatt ta' mina Tkompli minn paġna 1 Muscat, filwaqt li għamilha ċara li l-Gta ma tridx tippreżenta lilha nnifisha bħala l-grupp kontra l-mina jew pont, saħaq għal bosta drabi li l-opinjoni dwar din il-kwistjoni, "għandha tkun iffurmata fuq studji xjentifiċi, fuq studji li jindikaw kif, b'mina jew b'pont, se jkun milqut is- settur tal-akkomodazzjoni f 'Għawdex." Huwa jistaqsi jekk b'mina Għawdex hux se jsir sempliċiment estensjoni ta' Malta, "f 'liema każ nitilfu dak li jiddistingwina minn Malta, filwaqt li s-settur turistiku jista' jieħu daqqa liema bħala għax nispiċċaw destinazzjoni ta' ġurnata biss." Il-Kap Eżekuttiv tal-GTA jikkritika, kemm lill-Gvern preċedenti kif ukoll dak preżenti u jgħid li filwaqt li "kellna diskussjonijiet maż-żewġ partiti, it-tnejn donnhom li għalihom il-ħolqien tax-xogħol jista' jseħħ biss, jew l-aktar, b'mina jew pont". Hu jmur lil hinn minn hekk, u għalkemm jisħaq dwar il-bżonn ta' studji, jgħid ukoll li ma jemminx li bil-bini ta' mina se jkunu qed jissolvew il-problemi. "X'solvejtli bil-mina jew bil-pont? Irridu nkunu realistiċi. Jekk tgħaddi mill-mina, xorta ġol-ġungla tat-traffiku li hemm Malta se nispiċċa. Vera li xi kultant il-baħar ikun mqalleb imma ma tistax tieħu deċiżjoni għal proġett daqshekk kbir minħabba xi ġranet fejn il-vapur ma joperax." Huwa żied jgħid li fil-kwistjoni kollha wieħed irid ikun "realistiku mhux banali." Filwaqt li kkonferma mal-ILLUM dak li kien ippublikat minn din il- gazzetta nhar il-Ħadd li għadda, jiġifieri li uffiċjali ta' Transport Malta żaru n-Norveġja fejn fost l-oħrajn marru jaraw il-mina ta' Hitra, huwa sostna li kien jippretendi li l-awtoritajiet jinvolvu lil kulħadd. "Nesploraw kull għażla, mela le, imma nippretendi wkoll li bħala assoċjazzjoni li nirrapreżentaw tant negozjanti nkunu involuti għax la meta sar ir-rapport tal-2012, u lanqas issa, il- Gvern mhux qed jinvolvina." Joe Muscat temm jaċċerta li l-GTA ma tridx tagħmel kruċjati kontra proġett ta' 'link' permanenti iżda trid li jsiru studji serji u dawk neċessarji speċjalment fid- dawl tal-fatt li l-operaturi turistiċi Għawdxin ma tantx jidhru ħerqana li jsir il-proġett. Huwa qal ukoll li jkun jagħmel aktar sens li minflok mina waħidha, il-proġett ikun inkorporat f 'wieħed ħafna ikbar ta' 'underground' li tibqa' sejra sa postijiet bħal Belt u Tas- Sliema. "Nippretendi wkoll li bħala assoċjazzjoni li nirrapreżentaw tant negozjanti nkunu involuti, għax la meta sar ir-rapport tal- 2012, u lanqas issa, il-Gvern mhux qed jinvolvina" Il-lukandiera Għawdxin jibżaw li mina bejn il-gżejjer tista' tfisser telf ta' negozju Jippreferu servizz veloċi fuq il-baħar L-istudenti Għawdxin jippreferu servizz veloċi fuq il-baħar milli mina bejn iż- żewġ gżejjer. dan jirriżulta minn stħarriġ li għamel il-Gozo university Group (GuG) fejn 84% ta' dawk li wieġbu wrew l-appoġġ tagħhom għal dan it-tip ta' trasport. Minkejja dan, tlieta minn kull erbgħa żgħażagħ Għawdxin (74%) xorta esprimew ruħhom favur mina bejn iż-żewġ gżejjer. Intant l-ILLUM għamel kuntatt ukoll mal-Viċi President tal-Gozo Youth Council Eman Borg li spjega kif il-Kunsill għandu ideat diverġenti dwar il-kwistjoni kollha ta' 'link' permanenti. Mistoqsi x'inhi l-pożizzjoni tal-kunsill, fid-dawl tal- interess li jidher li qed jerġa' jqum fuq il-mina bejn il- gżejjer, Borg qal li minkejja l-opinjonijiet differenti, il- kunsill jaqbel li jkun hemm servizz veloċi fuq il-baħar bejn il-gżejjer, li twasslek sal-qalba ta' Malta, fosthom il-Belt Valletta. Fakkar kif it-traffiku jibqa' fost l-akbar problema li tillimita persuni, fosthom Għawdxin, meta jkunu qed jivvjaġġaw minn post għall-ieħor u li għalhekk huwa importanti li jkun hemm mezz li jgħaqqad lill- Għawdex mal-iktar bliet u postijiet importanti f 'Malta. Borg temm jisħaq li dwar il-mina jew kwalunkwe 'link' permanenti ieħor, jeħtieġ li jsiru studji konkreti li juru l-impatt li jista' jkun hemm b'mina bejn il-gżejjer. Albert GAuci cunninGhAm iL-kandidat nazzjonalista għat- tlettax-il distrett Ryan Mercieca ma tantx jidher entużjast bl-idea ta' mina bejn il-gżejjer tant li meta mistoqsi minn l-iLLuM jekk jaqbilx mal- proposta għall-proġett, li għandha l-appoġġ tal- Partit nazzjonalista kif ukoll tal-Partit Laburista, huwa qal li, "se nkun qed nistenna proposta u studju konkret, aktar milli l-idea, biex inkun nista' nagħmel analiżi b'reqqa." aktar minn hekk, Mercieca sostna kif jibża li "l-kwistjoni kollha tal-mina hija aljenazzjoni iktar milli realtà." Mistoqsi minn dan il-ġurnal jekk jaqbilx mal-Assoċjazzjoni tat- Turiżmu Għawdxija li dan il-proġett jista' jkun ta' detriment għat-turiżmu domestiku lejn il-gżira, Mercieca qal li anke hawn, qabel wieħed jiddeċiedi "huwa importanti li jsir studju dettaljat u konkret, mhux biss fuq l-impatt ambjentali, imma anke dak soċjali. Huwa għalhekk li huwa studju li jista' jiddetermina dan, u mhux l-opinjoni ta' Għawdxi jew Għawdxija." Mistoqsi jekk jaħsibx li ċ-ċifra ta' €250 miljun bħala l-ispiża totali tal-proġett, ikkwotata mill-president tal- Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Michael Grech hix realistika Mercieca saħaq li lilhinn miċ-ċifra l-awtoritajiet għandhom jispjegaw b'mod ċar kif u minn fejn se jinstabu l-fondi biex ikun iffinanzjat proġett ta' dan it-tip. Il-kandidat Nazzjonalista temm jgħid li hemm bżonn ta' soluzzjonijiet fl-immedjat, fosthom 'fast boat service' u 'guaranteed boarding' fuq il-Gozo Channel. 'Se nistenna u nara l-ewwel' Il-Kandidat tal-PN Ryan Mercieca "Importanti li jkun hemm mezz li jgħaqqad lil Għawdex mal-iktar bliet importanti f 'Malta"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015