Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

6 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 Bejn Muscat u Busuttil, min Analiżi tad-diskorsi ta' Muscat u Busuttil. Fejn Kienu b'saħħithom l-aktar, u fejn le? Albert GAuci cunninGhAm Din il-ġimgħa, il-poplu segwa liż-żewġ mexxejja politiċi jirreaġixxu għall- baġit u bħalma jiġri dejjem, tibda analiżi dwar min miż-żewġ mexxejja tkellem l-aħjar, min għafas l-aħjar 'buttuni' politiċi u min qed jipproġetta lilu nnifsu bħala l-aħjar mexxej tal-pajjiż għall-futur. L-iLLUM tagħmel analiżi oġġettiva ta' fejn iż-żewġ mexxejja rnexxielhom 'jirbħu' lil dawk li kienu qed isewgu, fejn ma impressjonawx, u forsi, fejn wasslu biex saħansitra dejqu lill-poplu hemm barra li sentejn u nofs oħra jeħtieġ jiddeċiedi min minnhom it- tnejn huwa l-aħjar. Joseph Muscat: L-ekonomija u l-politika tal-għira Joseph Muscat jibqa' rival politiku formidabbli għal kwalunkwe Kap tal- partit nazzjonalista. huwa definitivament ass li l-partit Laburista kien ilu ma jkollu għal żmien twil. il-mod kif jitkellem u jwassal il-messaġġ tiegħu, probabbilment jinżel tajjeb ħafna ma' firxa wiesgħa ta' nies, nażżardaw ngħidu l-maġġoranza tal-votanti, anke llum, f 'nofs leġiżlatura. naturalment imma Joseph tal-elezzjoni, mhux l-istess wieħed tal-lum u għandu kemm għandu ħila jwassal il-messaġġ u juża r-retorika biex jirbaħ l-argument, illum ir-riżultati tal- pajjiż qed ikunu fattur kruċjali li jiddeterminaw jekk fil-fatt l-argument jirbħux jew le. Għalhekk, Muscat jitwemmen ħafna iktar meta d-diskors politiku jaqa' fuq l-ekonomija. B'riżultati ferm pożittivi u ċertifikat wara ieħor li Malta sejra tajjeb, Muscat qed iħoss li l-ottimiżmu ekonomiku jista' jkun dak ir-riħ fil-qala li jista' jwassallu l-bastiment għal rebħa oħra. Id-diskors ta' Muscat, meta tkellem dwar ir-riżultati ekonomiċi, kien pjuttost enerġetiku u li jżommok tisma'. Għalfejn? Għax mhux mibni biss fuq retorika imma fuq statistika fattwali. Anke meta tkellem dwar il-miżuri tal-baġit, li kienu ġeneralment milqugħin b'mod pożittiv ħafna, Muscat kellu l-lussu li jdur miżura miżura, jispjega kif dawn se jaffetwaw lin-nies, u għalhekk jipproġetta lilu nnifsu bħala l-aktar wieħed mill-mexxejja qrib il-bżonnijiet tal-ħaddiem, tan-negozjant, tal-lukandier, tal-iżviluppatur u tas-self employed fl-istess ħin. Id- diskors ta' Muscat xi ftit jew wisq għadu jirrifletti l-abbiltà ta' dan il-politiku li jirrifjuta li jitfa' lilu nnifsu f 'kompartament politiku jew ideoloġiku u għalhekk jibqa' jattira appoġġ, minn dawk li jaqilgħu l-inqas u l-foqra, sa dawk li jmexxu negozji li qed jagħmlu suċċess sa dawk li jaħdmu u waslu fil-ħajja u għalhekk jgħixu komdi. F'oqsma oħrajn iżda, ir-retorika ma kinitx biżżejjed biex taħbi l-fallimenti tal-Gvern preżenti. Dwar it-trasport pubbliku, il-Prim Ministru ma kien konvinċenti xejn. Probabbilment, jaf li l-poplu mhu kuntent xejn bis-servizz u mhux se jimpressjona lilu nnifsu bil-kliem sabiħ. Bil- kliem sabiħ mhux se naslu kmieni x-xogħol. Għalkemm jaf ma tiswilux elezzjoni, is-sitwazzjoni fit-trasport pubbliku diġà xkupat il- kredibbiltà ta' wieħed mill- Ministri tiegħu barra l-bieb. Lanqas imppressjona lil dawk li qed jaraw diżinteress totali minn dan il-Gvern fil-qasam tal-ambjent, għax ngħiduha kif inhi, wara protesti u oppożizzjoni qawwija mill-'lobby' ambjentali dwar iż- Żonqor, wieħed kien jistenna bil- wisq aktar enerġija u pjanijiet f 'dan ir-rigward. Forsi l-Prim Ministru, ximkien f 'dawn is-sentejn u nofs iddeċieda li bil-voti ħodor u mingħajrhom xorta se jibqa' Kastilja. Il-Prim Ministru ma kienx b'saħħtu lanqas meta akkuża lil Busuttil b'politika ta' għira, b'referenza għal-listi sħaħ ta' persuni li l-PN ilu jitkellem dwarhom u li skontu, saru sinjuri mil-lejl għan-nhar. Il-PN illum qed juża l-istess kejl u riga li kien juża l-Partit Laburista lura fl-Oppożizzjoni meta kien itambar dwar "il-ħbieb tal-ħbieb," "il-konsulenzi li ħadu n-Nazzjonalisti," u l-kampanja sħiħa ta' kemm ħadu żieda l-Ministri. Jiġifieri Muscat m'għandux jippretendi li l-istess riga mhux se tintuża fuqu. Finalment, f 'mumenti minnhom Muscat deher wisq kondixxenti lejn ir-rival politiku tiegħu, xi ħaġa li tista ġġib tbissima meta tiġri darba iżda jekk tiġri wisq drabi waqt dibattitu, tist'a tkun interpretata bħala arroganza. Ritratti: Ray Attard Front Ħarsien ODZ jilqa' d-deċiżjoni ta' Marlene Farrugia biex issejjaħ laqgħa dwar is-siti tal-AUM Front Ħarsien oDZ fi stqarrija laqa' d-deċiżjoni tad-Deputat parlamentari Marlene Farrugia li ssejjaħ laqgħa tal-kumitat ambjentali tal-parlament biex jiddiskuti l-għażla tas-siti għal American University of Malta (AUM). Farrugia, li tmexxi dan il-kumitat parlamentari informat lill-Front li kienet se ssejjaħ laqgħa f 'data li se titħabbar iktar tard. Il-Front kien kiteb lill- Marlene Farrugia biex jitlobha ssejjaħ laqgħa ta' dan il-kumitat parlamentari fid-dawl tal-impenn li kien ħa Johann Buttigieg, il-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, fil- laqgħa tal-istess kumitat fil- 15 ta'Gunju. F'din il-laqgħa Buttigieg kien qal li kien lest jippreżenta rapport dwar is-siti li kienu qed jiġu kunsidrati f 'laqgħa futura tal-kumitat parlamentari. Il-Front fakkar kif għalkemm il-Gvern ippubblika rapport li jelenka s-siti li ġew kunsidrati, dan ir-rapport qatt ma għadda mill- iskrutinju tal-Membri Parlamentari u tas-soċjetà ċivili. "Aħna se nkomplu naħdmu għal trasperenza u skrutinju sħiħ. Għalhekk qed nitolbu wkoll il- pubblikazzjoni ta' kull ftehim li sar ma' Sadeen Group." Il-Front Ħarsien ODZ itenni l-oppożizzjoni għal kull żvilupp ODZ fiż- Żonqor u jfakkar li l-proġett għadu ma ġiex approvat u jrid jgħaddi minn proċess ta' approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjannar u minn studji ambjentali. "Aħna se naħdmu biex niżguraw li jkun hemm skrutinju f 'kull stadju ta' dan il-proċess," temm jgħid il-Front.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015