Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt Mhux ħati li ħaqar iż-żiemel, għax kien qed jipproteġi tarbija Raġel li kien ġie akkużat b'moħqrija tal-annimali wara li filmat tiegħu isawwat liż-żiemel tiegħu inxtered fuq l-internet, ġie misjub mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Dan wara li l-Qorti semgħet kif kien qiegħed jipprova jwaqqaf liż-żiemel milli jweġġa' tarbija. Il-Pulizija kienu xlew lil sid l-annimal, Elton Saliba ta' 37 sena mill-Mosta b'moħqrija fuq l-annimali, wara li l-filmat kien ġie mxandar fuq l-internet mill-organizzazzjoni PETA, li tiddefendi d-drittijiet tal- annimali. Saliba kien ċaħad l-akkużi. L-ispettur tal-pulizija Nicholas Vella qal lill- Maġistrat Audrey Demicoli kif l-imputat kien spjega li l-azzjonijiet tiegħu kienu indirizzati biex jipproteġu lil bint kollega tiegħu, tarbija ta' sentejn, li kienet daħlet fl-istalla dak il-ħin. Saliba saħaq li kien sawwat liż-żiemel biex jagħti ċans lil missier it-tifla joħroġ lil bintu mill-periklu. Dan ġie kkonfermat minn missier it-tifla Rennie Zammit, li kien xehed kif waqt li kien qed jitkellem mal-imputat, it-tarbija ħarbet minn idejn ommha. Hi daħlet maġenb iż-żiemel, li kien se jigdmilha rasha. L-inċident kien ġie rrekordjat fuq il-mobajl tal-eks tfajla ta' Saliba, li hija Ukrena. Dan qal li hi kienet tefgħetu fuq l-internet biex tpattihielu talli ma żżewwiġiex, b'riżultat li kellha titlaq minn Malta. Il-Maġistrat Demicoli qalet li l-Qorti ma kellha l-ebda raġuni biex ma temminx il-verżjoni tal-imputat u għaldaqstant ma sabet l-ebda intenzjoni kriminali min- naħa tiegħu. Il-filmat kien qasir wisq biex jiġi stabbilit jekk l-annimal ġiex mġiegħel ibati jew le u l-frosta li ntużat kienet ta' tip komuni ħafna fost sidien taż-żwiemel. Saliba ġie misjub mhux ħati tal-akkużi kollha. Tajjar lil ibnu darbtejn, u ġie meħlus Raġel li ġie akkużat li tajjar lil ibnu ta' 17-il sena bil-karozza u mbagħad irreversja għal fuqu, ġie meħlus mill-akkużi minħabba nuqqas ta' provi. Blasio Borg, ta' 44 sena minn Ħal-Kirkop, kien ġie mixli li pprova jikkawża l-mewt t'ibnu billi saq għal fuqu b'karozza tat-tip BMW, u mbagħad reġa' rreversja għal fuqu wara li dawn kellhom xi jgħidu f ' Novembru tas-sena 2013. Skont rapporti mhux ikkonfermati, ż-żewġt irġiel kellhom argument sħun, tant li kienu marru jagħmlu rapport fuq xulxin ġewwa l-għassa ta' Birżebbugia. Waqt li kienu l-għassa, l-argument kompla tant li t-tnejn telqu mill-għassa mingħajr ma laħqu għamlu r-rapport. L-imputat kien ħareġ ifittex lil ibnu bil-karozza u kien sabu jistrieħ ma ħajt fejn imbagħad, allegatament, saq għal fuqu u tajru. Allegatament, Borg irreversja l-karozza u reġa laqat liż-żagħżugħ, qabel ma telaq minn fuq il-post. Iżda x-xhud prinċipali tal- prosekuzzjoni li jiġi t-tifel stess, għażel li ma jixhidx kontra missieru. Omm u ħu ż-żagħżugħ għamlu l-istess, u għaldaqstant, filwaqt li qalet li ma kienx hemm dubju li l-irġel kelhom relazzjoni mqallba, fl- assenza ta' provi suffiċenti, il-Qorti ma kellhiex triq oħra ħlief li tillibera lill- imputat. Mixli li traffika l-kannabis f 'Paceville NiġeRjaN ta' 27 sena ġie miżmum taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li ttraffika d-droga kannabis ġewwa Paceville. Eric Lawani, li jgħix iz- Żurrieq kien wieħed minn disat irġiel arrestati mill- iskwadra ta' kontra d-droga tul il-lejl ta' qabel. Lawani, li ilu jgħix Malta għal madwar sena, u li għandu passaport Taljan, ċaħad li kien qiegħed jittraffika d-droga f 'distanza ta' inqas minn 100 metru bogħod minn skola. L-ispettur Nikolai Sant spjega lill-Maġistrat Joe Mifsud li Lawani kien ġie arrestat wara li ġie osservat minn Pulizija pajżana jiskambja d-droga ma' flus. L-avukat Mark Mifsud Cutajar kien ġie maħtur avukat tal-għajnuna legali għall-imputat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015