Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 29 BOV Term ISA ġdid taħt l-Iskema tal-Pensjonijiet tat-Tielet Pilastru Il-Bank of Valletta ħabbar it-tnedija ta' kont ta' depożitu b'terminu ġdid, il-BOV Term ISa. Dan il-prodott, li jikkwalifika għall-eżenzjoni mit-taxxa fir-rigward tal-imgħax iġġenerat minn fuq il-kapital investit fih, għandu l-ħsieb li jagħmilha iżjed attraenti għall-klijenti li jfaddlu għall-irtirar tagħhom. Iddenominat fl-ewro, il-kont ta' depożitu b'terminu għandu maturità ta' sena u joffri rata tal-imgħax ta' 1.10% fis-sena. Meta tkellem dwar dan il- prodott ġdid, is-Sur Kenneth Farrugia, Chief Business Development Officer tal- Bank of Valletta spjega li, "Il- BOV Term ISA huwa l-ewwel ta' dan it-tip li se jiġi offrut fis-suq lokali u ġie ddisinjat biex jirrifletti r-rekwiżiti tal-Avviż Legali maħruġ mill-Gvern ta' Malta rigward l-Iskema tal-Pensjonijiet tat-Tielet Pilastru. Permezz ta' dan il-prodott il-ġdid, il-klijenti tal-Bank qed jiġu pprovduti b'inċentiv fl- għamla ta' eżenzjoni mit- taxxa fuq id-dħul mill-imgħax iġġenerat minn fuq il-kapital li jinżamm f 'dan il-Kont." Fil-fatt, l-eżenzjoni mit- taxxa se tiġi applikata fuq l-imgħax iġġenerat minn fuq investiment kapitali sa massimu ta' €1,000 fis-sena, b'dan il-massimu jiġi estiż għal €2,000 matul din is-sena kalendarja. Depożiti ulterjuri fil-Kont se jkunu possibbli mal-maturità annwali tal- Kont. Depożitu minimu ta' €200 huwa meħtieġ biex jinfetaħ il-kont. Bħala l-Bank ewlieni f 'Malta, il-Bank of Valletta huwa impenjat bis-sħiħ biex jibqa' fuq quddiem u jipprovdi lill-klijenti tiegħu b'firxa innovattiva u komprensiva ta' prodotti finanzjarji li l-klijenti għandhom isibu rilevanti u adattati għalihom fl-istadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Permezz ta' dan il-prodott ġdid ta' depożitu, il-Bank qiegħed attwalment jgħin lill-klijenti tiegħu jagħmlu l-aħjar użu mit- tfaddil ta' tul ħajjithom bħala parti mill-pjan finanzjarju globali tagħhom li finalment huwa mmirat biex jiżgura li l-livell tal-għajxien attwali tagħhom jinżamm fl-istadju tal-irtirar ta' ħajjithom. Iżjed tagħrif dwar il-BOV Term ISA jista' jinkiseb minn kwalunkwe fergħa tal-BOV jew Ċentru ta' Investiment, is-sit web tal-Bank: www. bov.com jew permezz tal- Customer Service Centre tal-Bank fuq in-numru: 2131 2020. L-inbejjed ħomor ta' Delicata jirbħu tliet midalji tad-deheb l-InBejjeD ħomor ta' Delicata rebħu tliet midalji tad-deheb fil-kompetizzjoni internazzjonali tal-inbejjed magħrufa bħala '2015 emozioni dal Mondo Merlot e Cabernet Insieme', li saret f 'Bergamo, l-Italja. Il-midalji tad-deheb intrebħu mill-inbejjed '2014 Gran Cavalier Barrel Matured Merlot D.O.K. Superior Malta', '2014 Grand Vin de Hauteville Cabernet Sauvignon D.O.K. Superior Malta' u '2014 Classic Collection Marenzio Merlot I.Ġ.T. Maltese Islands'. L-inbid '2014 Gran Cavalier Merlot' ukoll ingħata l-unur 'Premio della Stampa' (Premju tal- Ġurnalisti), mogħti minn ġurnalisti li jispeċjalizzaw fil-qasam tal-inbid. Dan l-unur speċjali jingħata minn dawn il-ġurnalisti lil dawk l-inbejjed li jiksbu l-ogħla punteġġ minn kull pajjiż, ta' mhux inqas minn 85 punt. Iktar kmieni din is- sena, Delicata, id-dittà tal-produzzjoni tal-inbid immexxija mir-raba' ġenerazzjoni tal-familja, kisbet tragward storiku fl-istorja twila tagħha meta n-numru ta' unuri internazzjonali li rebħet (bejn l-1995 u l-2015) qabeż il-100 unur. Il-midalji tad-deheb li ntrebħu dan l-aħħar, tellgħu ċ-ċifra ta' midalji għal 110 unuri. Sitta u għoxrin minn dawn l-unuri (6 Deheb, 2 Fidda, 9 Bronż, 8 Kommendazzjonijiet u 'Premju tal-Ġurnalisti') intrebħu matul dawn l-aħħar sentejn, taħt id-direzzjoni ta' Matthew Delicata, li jieħu ħsieb il- vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid ta' Delicata. Il-bord ta' ġudikanti internazzjonali tal-inbejjed tal-kompetizzjoni 'Emozioni dal Mondo Merlot e Cabernet Insieme' kien magħmul minn kummissjonijiet speċjali li ma kellhomx inqas minn ħames membri għal kull bord. Fost l-esperti preżenti kien hemm enoloġisti, oenotechnicians, sensorialists, dewwieqa professjonali tal-inbid u ġurnalisti tal-enogastronomija minn 24 pajjiż differenti. Skont ir-regolamenti ta' 'Organisation Internationale de la Vigne et du Vin', 30 fil-mija biss tal- kampjuni sottomessi jistgħu jingħataw midalja u biex tintrebaħ midalja tad-deheb, l-inbejjed iridu jingħataw bejn 85 u 100 punt. Inbejjed minn 17-il pajjiż differenti ħadu sehem fil-kompetizzjoni ta' din is-sena. Din il-kompetizzjoni internazzjonali tiġġudika biss inbejjed magħmula minn tliet varjetajiet ta' għeneb aħmar, 'Merlot', 'Cabernet Sauvignon' u 'Cabernet Franc. L-inbejjed rebbieħa tal-midalja tad-deheb ta' Delicata ntrebħu minkejja kompetizzjoni iebsa minn ditti oħra tal-inbejjed ta' fama internazzjonali minn pajjizi u reġjuni bħat-Toskana, iċ-Ċile u 'Bordeaux' fi Franza. Il-kompetizzjoni ta' din is-sena kienet organizzata minn 'Vignaioli Bergamaschi S.C.A'. bl-għajnuna ta' 'Organisation Internationale de la Vigne et du Vin' (OIV) u bl-awtorizzazzjoni tal-Ministeru Taljan għall- Agrikoltura, Ikel u Forestrija, flimkien mal-kollaborazzjoni xjentifka tal-'Interuniversity Centre for Winegrowing and Enology' ta' Verona, id-'Degree in Winemaking and Enology' mill-Università ta' Udine, il-'Winegrowing Institute' tal- Università Cattolica del Sacro Cuore fi Pjaċenza u ċ-ċentru tal-istudji tad-dewwieqa tal- inbid. Delicata hi l-iktar dittà Maltija tal-produzzjoni tal- inbid li rebħet unuri. Wieħed jista' jara l-lista sħiħa tal-110 unuri u tal-inbejjed akkreditati fuq is-sit: http://delicata.com/ awards

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015