Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 35 SportSillum Illum l-ASMK tiftaħ l-istaġun bil-Karozzi Autocross Illum, l-Assoċjazzjoni Sport muturi u Karozzi (ASmK) tkompli bl- istaġun ASmK Pasta Poiatti 2015/2016 bil- Karozzi Autocross li mistennija ssir l-ewwel attività. matul dan l-istaġun se naraw żewġ klassijiet Autocross - dik modified u dik Autocross Standard. Din tal-aħħar tkompli turi tkabbir fil- popolarità tagħha fejn din is-sena se nkomplu naraw żieda sostanzjali b'kompetituri ġodda. Il-programm ta' nhar il- Ħadd jibda f 'nofsinhar. Dwar il-Kampjonat tal-Motocross, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni ddeċieda li jkun aħjar li l-Kampjonat Nazzjonali tal-Motocross ma jibdiex nhar il-Ħadd li ġej u dan fid-dawl li bħalissa hemm taħriġ intensiv fil-korsa tal-Muturi minħabba l-parteċipazzjoni ta' diversi sewwieqa li se jieħdu sehem f 'attività internazzjonali fi Franza fl-ewwel jiem ta' Novembru. Iktar dettalji se joħorġu fil-jiem li ġejjin. Sadanittant l-ASMK, nhar il-Ħadd li għadda, fetħet l-istaġun tagħha ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 bis- sezzjoni Enduro fejn ġiet organizzat l-ewwel attività fil-Barriera tax-Xagħra tal-Magħlaq, limiti tal- Qrendi. Għal din l-attività rreġistraw 34 kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet - Klassi A għall-muturi taħt il-250cc ċilindrata u Klassi B għall-muturi ikbar minn 250cc ċilindrata. Intant, nagħtu ħarsa ġenerali, fejn l-attività li bdiet bil-pole position fejn tiġi stabbilita l-pożizzjoni li kull sewwieq ikun qed jibda minnha fil-kompetizzjoni. Il-korsa li kienet fuq distanza ta' ftit inqas minn erba' kilometri rat lil Matthew Gauci fuq Yamaha jirreġistra l-aħjar ħin tiegħu segwit minn Ian Scicluna fuq KTM u Wayne Zahra fuq Suzuki. Fi Klassi A rajna lil Peter Sammut fuq KTM jiddomina l-ewwel Heat bil-ħin uffiċjali tiegħu ta' 6 minuti 47.03 sekondi segwit minn Conrad Farrugia fuq KTM bl-ewwel ħin tiegħu ta' 6 minuti u 51.87 sekondi. Fit-tieni Heat, is-sitwazzjoni nbidlet fejn daħal fix-xena, Andrea Scicluna fuq KTM li rreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 6 minuti u 32.81 sekondi segwit minn Nigel Anastasi fuq KTM bl-aħjar ħin tiegħu ta' 6 minuti u 51.58 sekondi. Ir-riżultat finali spiċċa b'Scicluna rebbieħ segwit minn Sammut fit- tieni post u fit-tielet post spiċċa Anastasi. Fl-ewwel Heat ta Klassi B rajna lil Matthew Gauci fuq Yamaha jiddomina din il- klassi bl-ewwel ħin tiegħu ta' 5 minuti 30.76 sekondi segwit min Joseph Scicluna fuq KTM b'ħin ta' 6 minuti 1.97 sekondi u Ian Scicluna fuq KTM b'ħin ta' 6 minuti 3.38 sekondi. Matul it- tieni heat, il-kompetituri kollha komplew itejbu l-ħin iżda Gauci baqa' jiddefendi postu sal-aħħar b'ħin ta' 5 minuti 24.45 sekondi fejn kompla jiġi segwit min Joseph Scicluna b'ħin ta' 5 minuti 37.01 sekondi. Fix-xena tal-ewwel tliet pożizzjonijiet daħal Bernard Sammut fuq KTM fejn għamel titjib fil-ħin tieghu ta' 5 minuti 53.07 sekondi. Ir-rizultat finali spiċċa b'Gauci rebbieħ, segwit minn Joseph Scicluna u fit-tielet post spiċċa Sammut. Il-klassifika overall intrebħet minn Matthew Gauci fuq Yamaha bl-aħjar ħin tal-ġurnata ta' 5 minuti 24.45 sekondi u r-runner- up tiegħu spiċċa Joseph Scicluna fuq KTM b'ħin ta' 5 minuti 37.01 sekondi. Intant l-ASMK ħabbret li l-istaġun tal-Muturi Trials se jiftaħ nhar il-Ħadd li ġej, bl-ewwel attività mistennija ssir f 'barriera limiti ta' San Pawl tat-Tarġa. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt, jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem ta' A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt Andre Scicluna fuq KTM Staġun impenjattiv għall-Badminton Malta l-AĦĦAr staġun kien ta' impenn sħiħ għall- Badminton malta. Kompetizzjonijiet lokali,internazzjonali kif ukoll preparamenti ma jieqfux għall-plejers għal kompetizzjonijiet futuri. L-iktar kompetizzjoni importanti, bħall kull sena, kienet il-Kampjonat Nazzjonali, li bħas-soltu kien organizzat f 'April bil- finali jintlagħbu fil-bidu ta' Mejju. Fil-kategorija tas-Singles, Stefan Salomone ħareġ rebbieħ fil-finali meta ġie affaċċjat minn Owen Grech, li għandu 19-il sena. Grech għeleb lill-veteran Kenneth Vella fis-semi finali f 'logħba eċċitanti li ġiet deċiża biss bit-tielet game. Fis-semi finali l-oħra Salomone għeleb liż- żgħazugħ Matthew Abela fuq żewġ games. Fil-Mens' Doubles Stefan Salomone u Samuel Cali għelbu lil Kenneth Vella u Edmond Abela fil-finali. Fil-finali tan-nisa rajna lil Fiorella M Sadowski u Yanika Polidano, it- tnejn plejers ta' B'Kara BC, jilagħbu fil-finali, b'Sadowski tirbaħ it- titlu b'logħba fuq żewġ games. Għall-Polidano, li għad għandha biss 15-il sena, din kienet l-ewwel finali. L-istess Sadowski u Polidano għelbu lil Jo'Anne Cassar u Michaela Ellul fil- finali tad-doubles tan-nisa. Fil-Mixed Doubles kellna finali mill-iktar interessanti, b'taħlita ta' plejers żgħar u oħrajn veterani f 'logħba li damet mux inqas minn 50 minuta u 3 games! F'din il-logħba, Stephen Ferrante u Fiorella M Sadowski ġew affaċċjati minn Kenneth Vella u Sarah Fava, li hija talent ġdid ieħor għall-Badminton f 'Malta, iżda tal-ewwel ħarġu rebbieħa f 'logħba missielta ferm. Da Vinci Individual league Badminton Malta organizzat wkoll id-Da Vinci Individual League fi tlett kategoriji li huma: is- Singles, Doubles u l-Mixed Doubles. Numru rekord ta' parteċipanti ħadu sehem f 'din il- kompetizzjoni, turija ċara ta' sport li dejjem qed ikompli jikber. 49 atleta ħadu sehem fis-singles li ġew maqsuma f 'sitt diviżjonijiet. L-ewwel diviżjoni ġiet mirbuħa minn Rostislav Peninska (Birkirkara BC) bi Stefan Salomone (Luxol BC) jispiċċa t- tieni b'żewġ punti inqas biss warajh, u Matthew Abela (Paola BC) jispiċċa t-tielet. Il- konfront bejn Peninska u Salomone kien wieħed deċiziv, fejn Peninska għeleb lil Salomone biex tela' fuq quddiem tal- klassifika. Fit-tieni diviżjoni rajna kompetizzjoni wkoll bilanċjata ferm b'Robert Salomone (Luxol BC) jirbaħ din id-diviżjoni bi 13-il punt, warajh Kyle Sciberras (Luxol BC) bi 11-il punt u Edmond Abela (Paola BC) b'10 punti. Id-diviżjonijiet l-oħra (tielet, raba', il-ħames u s-sitt diviżjonijiet) ġew mirbuħa minn Matthew Galea (Birkirkara BC), Sarah Fava (Paola BC), Wayne Haber (Msida BC) u Brian Gilford (Paola BC), rispettivament. 54 plejer ħadu sehem fid- doubles b'Samuel Cali u Stefan Salomone (Luxol BC) jirbħu din il- kompetizzjoni, bi Stephen Ferrante u Aldo Polidano (B'Kara BC) jispiċċaw it-tieni u Matthew Abela u Owen Grech it-tielet. Rodney Abela u Patrick Cassar (Paola BC) rebħu t-tieni diviżjoni u Edward Haber u Jose Yago Mallari (Msida BC) rebħu t-tielet diviżjoni. David Attard u Godwin Ellul (Shuttles BC) rebħu r-raba' diviżjoni. mixed Teams league Fil-Mixed Doubles ħadu sehem ukoll numru sabiħ ta' parteċipanti. Stephen Ferrante u Fiorella M Sadowski (B'Kara BC) ħarġu bl-unuri segwiti minn Matthew Abela u Jo'Anne Cassar (Paola BC) u Kenneth Vella u Sarah Fava (Paola BC). It-tieni diviżjoni ġiet merbuħa minn Kyle. Iċ-champion tal-Men's Singles għal din is-sena, Stefan Salomone Iċ-champion tal-Women's Singles għal din is-sena, Fiorella Marie Sadowski

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015