Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
38 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport in ġenerali? Meta kont tifel żgħir kont inħobb nilgħab il-futbol ma' sħabi bħala delizzju. Wara qlibt l-isport u bdejt niffoka fuq il-handball, fejn kont nilgħab ma' Phoenix u Aloysians. Iżda mbagħad sofrejt minn injury fl-irkoppa u qlibt l-isport għal dak li nipprattika llum il-ġurnata, jiġifieri l-canoe polo. Ġieli titħajjar li terġa' lura għall- handball? Din hija domanda li jsaqsuhieli ħafna minn sħabi fejn iħajruni ħafna biex nerġa' nirritorna għall- handball, iżda l-isport tiegħi llum huwa l-canoe polo, u qiegħed niffoka fuqu biss. Madankollu, għadni nsegwi mill-qrib lil sħabi l-plejers tal-handball u lit-timijiet rispettivi tagħhom. Nibdew billi tagħtina introduzzjoni dettaljata tal-isport tal-Canoe Polo. Il-Canoe Polo li huwa magħruf ukoll bħala Kayak Polo, huwa wieħed mid-dixxiplini kompetittivi tal-canoeing. Dan l-isport jikkombina flimkien l-isport tal- canoeing u ħiliet ta' kif wieħed iżomm il-ballun li jirriżultaw f 'logħba ta' kuntatt eċitanti, fejn it-tattika u l-pożizzjoni fil-pitch huma importanti daqs il-veloċità u l-fitness tal-atleti individwali. Il-logħba tirrikkjedi teamwork eċċellenti u tippromwovi kemm ħiliet ġenerali fil-canoeing kif ukoll diversi tekniki oħra li huma uniċi għal dan l-isport. Kull tim ikollu ħames plejers fil-pitch u sa tliet sostituti li jikkompetu bejniethom biex jiskorjaw fil-lasta avversarja li tkun sospiża żewġ metri 'l fuq mill- ilma. Il-ballun jista' jiġi xxuttjat bl-id, jew inkella fflikkjat bil-pedala biex jiġi mgħoddi bejn il-plejers li finalment ikunu jistgħu jixxuttjaw lejn il-lasti rispettivi Il-canoes huma speċifikament iddisinjati għall-polo u huma iktar veloċi u iktar ħfief minn canoes tipiċi u li jippermettulhom biex jagħmlu manuvri fantastiċi. L-imqadef huma ħfief u ddisinjati b'tali mod li wieħed ikun jista' jikkontrolla l-ballun b'mod tajjeb. Tajjeb ngħidu li f 'dan l-isport huwa obbligatorju li kull plejer jilbes ilbies protettiv, elmi kif ukoll guards tal-wiċċ. Normalment, il-logħba hija deskritta bħala kombinazzjoni ta' waterpolo, basketball u kayaking. Meta beda jiġi pprattikat dan l-isport? It-twelid ta' dan l-isport modern jista' jkun ikkunsidrat li kien l-avveniment ta' dimostrazzjoni li ġie organizzat fl-esibizzjoni nazzjonali tal-Canoeing fi Crystal Palace f 'Londra, lura fl-1970. B'rispons għall-interess li ġie kkreat f 'dan l-avveniment, ġie ffurmat l-ewwel sotto-kumitat tal-British Canoe Union, u kien propju dan il-kumitat li żviluppa l-logħba moderna tal-canoe polo kif nafuha llum il-ġurnata, biex beda jintlagħab b'mod uffiċjali f 'Duisburg fil-Ġermanja, lura fl- 1987. F'liema pajjiżi tintlagħab din il- logħba? Il-logħba tintlagħab f 'ħafna pajjiżi għal skop ta' rikreazzjoni kif ukoll bħala sport kompetittiv. Kull sentejn jiġu organizzati l-Kampjonati Mondjali ta' dan l-isport, waqt li ta' kull sena bejn dawn il-Kampjonati Mondjali, jiġu organizzati Kampjonati Ewropej, Asjatiċi, Afrikani u fl-Amerika ta' Fuq u ta' Isfel. Internazzjonalment, l-isport huwa organizzat mill- Kumitat tal-Canoe Polo fi ħdan il-Federazzjoni Internazzjonali tal-canoeing, bħala waħda mid- dixxiplini tal-isport tal-canoeing. Xi tgħidilna fuq it-tattici ta' din il-logħba? It-tattiċi tal-logħba huma l-istess bħal dawk tal-basketball u tal- waterpolo, iżda biż-żieda tal- canoes, li jistgħu jiġu użati biex jaffrontaw plejer tat-tim avversarju li jkollu l-pussess tal-ballun, jew biex jirbħu l-pożizzjoni meta jkunu sitt metri 'l bogħod mil-lasta. F'dan l-isport, bħal kull sport ieħor fid-dinja, jeżistu diversi tattiċi ta' attakk u anki ta' difiża, kollha b'varjazzjonijiet diversi. U fuq l-uffiċjali ta' din il-logħba? Fil-logħba jkun hemm żewġ referis (wieħed fuq kull linja) u huma jkunu bil-wieqfa u mhux fuq id-dgħajjes. L-iskor jiġi miżmum mill-iscore keeper waqt li t-team keeper jieħu nota tal-ħin milgħub u tal-ħin li fih jitkeċċew il-plejers. Il- goal lines jiġu osservati minn żewġ line judges. Tajjeb ngħidu li qabel tibda l-logħba, l-uffiċjali tal-logħba jiċċekkjaw l-ilbies tal-plejers kollha biex jaraw jekk dawn ikunux skont ir-regolamenti tal-logħba. Rigward il-pitch fejn tintlagħab din il-logħba, dan irid ikollu xi dimensjonijet partikolari jew jista' jintlagħab f 'kull pitch ta' kull daqs differenti? Il-canoe polo jintlagħab kemm f 'indoor pools kif ukoll f 'pixxini għall-apert u li għandhom ikunu kbar 35 metru bi 23 metru. Il- fruntieri tal-pitch għandhom idealment ikunu mmarkati bi ħbula, għalkemm meta l-logħba tintlagħab f 'pixxini iżgħar, normalment jintużaw it-trufijiet tal-pixxina. Iż-żona ta' kważi sitt metri quddiem il-lasta tista' tiġi definita bħala ż-'Zone'. Din iż-żona tkun dik fejn plejers difensuri jikkreaw formazzjonijet biex jiddefendu l-lasta mill-attakkanti avversarji. Bħala ħin kemm iddum tintlagħab il-logħba tal-canoe polo? Il-logħba hija uffiċjalment milgħuba f 'ħin ta' bejn 14 u 20 minuta, li tikkonsisti minn żewġ SportSillum Meta l-Canoeing jiġi kkombinat Cristian Antony Muscat Karl Borg - Kowċ u plejer tal-Malta Canoe Polo Club, li jagħti d-dettalji kolha rigward l-isport relattivament ġdid tal-Canoe Polo, fejn il-canoeing jiġi kkombinat b'mod eċċezzjonali ma' dak tal-waterpolo. "Sofrejt minn injury fl-irkoppa u qlibt l-isport għal dak li nipprattika llum il-ġurnata, jiġifieri l-canoe polo" Plejers Maltin jittrenjaw l-isport tal-canoe polo fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq Ritratt: Lisa Farrugia