Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

Albert GAuci cunninGhAm Is-segretarju Ġenerali tal-MuMN Colin galea sostna mal-ILLuM li jeżisti l-bżonn li l-gvern iniedi politika u gwida ċara dwar il-prattika klinika li qed isseħħ fl-Isptar san Vinċenz De Paule fejn anzjani bi problemi ta' mobilità jew imġiba, ikollhom il-moviment fiżiku tagħhom ristrett. Din ir-restrizzjoni tista' sseħħ permezz tal-użu ta' 'harness', fost l-oħrajn, u hija prattika klinika li tintuża f 'ħafna sptarijiet u djar tal-anzjani madwar l-ewropa. Ma' dan, jaqbel ukoll il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani, Anthony Mulè Stagno li qal kif fid-dawl tal-fatt li hemm diverġenzi fuq it-tħaddim ta' din il-prattika, huwa iktar neċessarju li jkun hemm linji gwida ċari. Ħafna drabi, dan il- proċess ta' rbit permezz ta' 'harness', ċinturini apposta jew f 'każijiet estremi anke permezz ta' kimiċi antipsikotiċi jsir għal raġunijiet ta' diżabilitajiet severi, dipendenza kważi assoluta, problemi ta' mobilità, problemi serji ta' mġiba, diżillużjoni u dillirju wara operazzjoni, disturb kognittiv u passat riċenti ta' waqgħat kontinwi. Il-proċess jipprova jissalvagwardja lill-anzjani milli jweġġgħu lilhom infushom jew lil ħaddieħor waqt li jkunu qed jieħdu l-kura. It-tabib u Deputat Laburista Deo Debattista ma jogħmodhiex wisq u jammetti li l-prattika minnha nnifisha mhix waħda pjaċevoli, għalkemm f 'ċerti każi, hija sfortunatament bżonnjuża. Minkejja dan, huwa jibda bil-premessa li jħoss li qabel ma jsir il-proċess li l-anzjan jew il-pazjent jintrabat, il-qraba għandhom ikunu mgħarrfa b'dak kollu li jkun se jseħħ. "B'hekk ikun hemm preparazzjoni tal- proċess, minflok li l-qraba jaslu l-isptar u jsibu lill- ommhom jew missierhom marbutin." Ma' dan jaqbel ukoll it-Tabib, Ġerontologu u Deputat Laburista Anthony Aguis Decelis li jfakkar li dan il-proċess ta rbit permezz ta' 'harness' isir meta l-pazjent jista' jkun ta' periklu għalih innifsu, billi fost affarijiet oħrajn, jaqla' d-drip minn ma' jdejh. Iżda ma' din il-pożizzjoni ta' Debattista u Aguis Decelis jaqblu wkoll C.Gastmans miċ-ċentru tal-Etika Biomedika u K.Milisen miċ-ċentru tas-Servizzi tas-Saħħa u r-Riċerka fl-Infermerija tal-Università ta' Leuven fil-Belġju. F'rapport miktub minnhom fl-2006 dawn jgħidu li biex tkun rispettata l-awtonomija tal-anzjan, id-dar jew l-infermiera "għandhom jipprovdu informazzjoni, kemm jista' jkun b'mod oġġettiv u b'mod li jinftiehem, dwar it-trattamenti possibbli, in- natura tagħhom u l-effetti kull meta tkun ikkunsidrata r-restrizzjoni fiżika ta' anzjan." Anke l-British Medical Association fil-ktieb gwida, 'The Ethics of Caring for Older people' tiċċara li qabel kollox, id-dar jew l-infermier jeħtieġ li jikkonvinċi bl-aħjar mod lill-pazjent għalfejn ikun se jsir l-irbit. Tkompli tgħid iżda li f 'każ fejn din il-prattika tista' twassal għal stress żejjed fuq il-pazjent, għandhom ikunu evalwati alternattivi oħrajn, fosthom li jkunu mgħarrfin bil- proċess il-qraba u dawk l-aktar qrib tal-pazjent. rajtu jaqla' d-drip u d-demm jinxtered ma' kullimkien It-Tabib Debattitsta jiftakar f 'każ ta' pazjent partikolari li ma kienx marbut mill- ewwel wara l-operazzjoni, u l-konsegwenzi kważi traġiċi, li dan il-fattur wassal għalih. "Ilu ftit issa, imma niftakar pazjent li kellu bżonn ikollu d-drip u catheter. Il-pazjent in kwistjoni kien pjuttost b'saħħtu u niftakar li wara l-operazzjoni kien qed iħossu mħawwad u kien diżilluż, li hi xi ħaġa normali. F'daqqa waħda", ikompli Debattista, "jtih dillirju, jaqla' d-drip minn idejh u l-catheter mill-parti tiegħu. Tista' timmaġina kemm kienet xena kerha, bid-demm jinxtered ma' kullimkien." F'dan il-punt, Debattista staqsa x'għandu jagħmel tabib jew infermier f 'każijiet bħal dawn u jekk allura jagħmilx sens li l-persuna ma tkunx marbuta b'xi mod meta tkun ta' periklu anke għaliha nnifisha. "Vera li mhux xi ħaġa pjaċevoli, imma xi drabi biex ikun sigur il-pazjent stess, ikun aħjar li jsir dan il-proċess." Qisni għasfur ġo gaġġa Intant rapport ta' Gastmans 8 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 *TTFOBEEJFåMB KJURBTTNVUUBCMFUT HåBMMJTUVEFOUJUBSSBCBŦTFOB #Budget2016 'Il-qraba għandhom ikunu infurmati Is-Segretarju Ġenerali tal- MUMN jisħaq dwar il-bżonn ta' politiki u gwidi rigward il-prattika klinika li tirrestrinġi l- moviment ta' anzjani Il-proċess jipprova jissalvagwardja lill-anzjani milli jweġġgħu lilhom infushom jew lil ħaddieħor waqt li jkunu qed jieħdu l-kura "Jagħtih dillirju, jaqla' d-drip minn idejh u l-catheter mill-parti tiegħu. Tista' timmaġina kemm kienet xena kerha, bid-demm jinxtered kullimkien"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015