Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
u Milisen msejjaħ 'The Use of Physical Restraint in Nursing Homes; Clinical- ethical Considerations,' juri kif il-prattika hija milqugħa b'modi differenti mill- anzjani u l-pazjenti. Għal uħud din il-prattika tista' twassal għal iktar sigurtà u stabbiltà, imma għal oħrajn dan il-metodu ta' restrizzjoni huwa meqjus bħala, "Telf ta' dinjità u rispett lejk innifsek, telf ta' identità, iżolazzjoni u mistħija." L-istess rapport jelenka numru ta' stqarrijiet minn anzjani stess li kellhom ikunu marbutin b'kumment partikolari jkun ,"nħossni qisni għasfur ġo gaġġa." Kemm Debattista, kif ukoll Aguis Decelis jaqblu li huwa neċessarju li kull każ ikun evalwat għalih u li l-prattika ma tkunx eżegwita għal kulħadd l-istess. Dan il-punt isib l-insistenza tal-British Medical Association ukoll li, tmur pass oltre minn hekk u tgħid li l-irbit u restrizzjoni ta' persuna għandha tkun l-aħħar għażla. Fil-fatt tgħid hekk, "Imġiba mqallba jew li ttellef, hija ġeneralment ir-riżultat ta' bżonnijiet li mhux jintlaħqu jew in- nuqqas ta' komunikazzjoni. Jekk l-għeruq tal-imġiba ħażina jinftiemhu aħjar, ikun aktar faċli li l-problema tkun indirizzata mingħajr il-bżonn li l-pazjent ikun ristrett." Anke fejn m'hemmx għażla, l-Assoċjazzjoni tagħmilha ċara li l-azzjoni jeħtieġ li tkun proporzjonata mal-gravità tal-imġiba tal- pazjent. 'Għandna bżonn politika ċara dwar il-prattika' Intant l-ILLUM għamel kuntatt mas-Segretarju Ġenerali tal-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) Colin Galea, li min-naħa tiegħu saħaq dwar il-bżonn li sptarijiet u djar tal-anzjani f 'Malta jkollhom gwida ċara dwar il-prattika. Fil-fatt, huwa kkonferma li bħalissa la l-infermieri u lanqas il-konsulenti m'għandhom gwidi ċari, iswed fuq l-abjad, dwar kif u meta pazjent għandu jkun marbut. Huwa jispjega kif il- prattika, la hija feliċi u lanqas xi ħaġa li l-infermiera jieħdu gost jagħmlu, għalkemm jaċċerta li, "d-deċiżjoni dwar l-użu ta' 'harness' jew oġġetti oħrajn għall-irbit dejjem tittieħed wara konsultazzjoni sħiħa mal-konsulenti mediċi u dejjem tkun l-aħħar għażla." Galea spjega wkoll kif wara din il-prattika hemm żewġ realtajiet oħrajn li jeħtieġ jittieħdu f 'kunsiderazzjoni. Dawn huma l-kunflitt bejn il-bżonnijiet tal-pazjent u n-nefqa kif ukoll xi miżuri dixxiplinarji li jistgħu jittieħdu fil-konfront tal- infermier. Ifakkar kif li ma torbotx persuna li jista' jkollha problemi kbar ta' mobbiltà, tista' tfisser li jrid jitpoġġa taħt osservazzjoni kontinwa, li tfisser li jkun hemm bżonn ta' ħafna riżorsa umana u spejjeż akbar. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm politika u gwida ċara biex ikun ċar dejjem u f 'kull każ individwali meta għandha tintuża din il- prattika, kompla jgħid Galea. Dwar il-miżuri dixxiplinarji, Galea jgħid li f 'San Vinċenz, jekk pazjent jaħrab, li hi xi ħaġa li tista' tiġri f 'każ ta' persuna li għandha d-dimensja, jkun penalizzat l-infermier. "Għalhekk, dan ipoġġi fuq l-infermier iktar pressjoni," sostna s-Segretarju Ġenerali tal-MUMN. Is-segretarju tal-Kunsill Nazzjonali għall-Anzjani, Anthony Mulè Stagno kien pjuttost sorpriż dwar din il-prattika, li fil-fatt għadha waħda li ftit kienet diskussa, anke internazzjonalment. Meta mistoqsi mill- ILLUM, Mulè Stagno qal li wieħed ma jistax iwieġeb il-mistoqsija dwar jekk il-prattika hix etika jew le, imma jrid iħares lejn kull każ b'mod individwali u juża linji gwida, meta u jekk dawn ikunu eżistenti. Intant, huwa ċċara li din hija l-opinjoni personali tiegħu, minħabba li l-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani, għadu qatt ma ddiskuta l-kwistjoni. Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 9 TBŵ GŦFĸFO[KPOJUBUUBYYB UBMCPMMHåBMMGJSTUUJNFCVZFST #Budget2016 infurmati meta anzjan ikun marbut' 'L-infermiera għandhom jipprovdu informazzjoni, kemm jista' jkun b'mod oġġettiv u b'mod li jinftiehem' - C.Gastmans u K.Milisen "Id-deċiżjoni dwar l-użu ta' 'harness' jew oġġetti oħrajn għall- irbit, dejjem ittieħdet wara konsultazzjoni sħiħa mal-konsulenti mediċi u dejjem tkun l-aħħar għażla" Deo Debattista Anthony Aguis Decelis Anthony Mulè Stagno