Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 37 SportSillum Parteċipazzjoni entużjasta għat-taħriġ fit-table tennis matul dan is-sajf Hekk kif spiċċa l-istaġun tas-sajf, Topspin Table Tennis Academy ħasbet biex, għal darb'oħra, tipprepara lill-istudenti tagħha għall-istaġun li jmiss; f 'liema staġun jibdew il-kompetizzjonijiet tal-Lig Nazzjonali Malti 2015/2016 u t-tournaments marbuta mal-Assoċjazzjoni tat- Table Tennis f 'Malta (l-MTTA). Għaldaqstant, dan ma kienx ikun possibbli mingħajr it- twaqqif ta' tliet xhur ta' skola sajf fil-bidu ta' Lulju. L-entużjażmu tal-istudenti kien jinħass bil-bosta hekk kif il-parteċipazzjoni tagħhom minn sessjoni għall-oħra kienet dejjem toktor. L-Akkademja qatt ma rat daqstant studenti daqs dan is-sajf u permezz t'hekk, kompliet timtela b'iktar enerġija biex ittella' attivitajiet li jolqtu lill-istudenti ta' kull età, subien u bniet. Tant kemm irċeviet domanda għal iktar taħriġ fit-table tennis li, għal das-sajf, iddeċidiet li ttawwal il-ħin tas- sessjonijiet tas-Sibt. L-Akkademja reġgħet laqgħet lill-kowċ barrani Andrzej Borkowski - kowċ professjonali u kkwalifikat li jilgħab f 'wieħed mill-aqwa ligs ġewwa l-Ġermanja. Borkowski ntlaqa' tajjeb ħafna mill-istudenti, kemm għax is-sena preċedenti kien ġie mistieden ukoll biex iqatta' ħames ġimgħat jikkowċja, kif ukoll minħabba l-oriġinalità ta' kif kien imexxi s-sessjonjiet tat-training. Huwa kien jiddedika nofs is-sessjoni speċifikament fuq l-abbiltà fiżika, l-istamina, ir-riflessi u l-physical endurance filwaqt li t-tieni nofs kien jiddedikah għat- teknika tat-table tennis u jispiċċah b'logħob fuq livell ta' ħbiberija fosthom Davis Cup u doubles mini tournament. B'hekk kien iħajjar lill-istudenti biex iħarsu lejn il-logħba tat-table tennis b'iktar maturità u professjonalità, però dejjem kien jisħaq li l-element ta' pjaċir m'għandu jintilef qatt waqt il-logħob. Peress li l-logħba tat-table tennis hija prinċipalment logħba mentali, ma jistax jonqos li kull student, apparti milli jkun ippreparat fiżikament għal-logħba, ikun ukoll ippreparat mentalment għaliex din se tħalli impatt fuq il- prestazzjoni tiegħu waqt il-logħob. Għalhekk l-Akkademja stiednet għal darb'oħra lil Adele Muscat - psikologa tal-isport. Hi tkellmet primarjament fuq l-attitudni pożittiva li dejjem għandek iġġorr, anki waqt logħba diffiċli u impenjattiva. Saħqet li l-ostakli li niltaqgħu magħhom waqt il-logħob isaħħuna dejjem iżjed filwaqt li jimlewna b'iktar kuraġġ u motivazzjoni biex inkomplu nistinkaw. Muscat tkellmet ukoll dwar l-importanza ta' nutrizzjoni ta' kwalità qabel kull logħba. L-interazzjoni ta' bejnha u bejn l-istudenti kienet waħda pożittiva immens u dan kollu jixhed kemm l-istudenti huma għatxana sabiex itejbu l-wirja tagħhom waqt il-logħob kompetittiv. Fl-aħħar tad- diskors, Muscat spjegat kif, permezz ta' eżerċizzju qasir, nistgħu negħlbu t-tensjoni li tkun qed taħkimna qabel logħba importanti. Topspin Table Tennis Academy għalqet l-iskola sajf tagħha bl-Andro First Ranking Tournament 2015, liema tournament kien mistenni ħafna mill- istudenti sabiex ipoġġu fil-prattika dak li jkunu ħadmu għalih matul is-sajf. Ftit ilu, il-Head Coach tal-Akkademja, Edward Baldacchino, mar jirrappreżenta lil Malta fil- European Championships ġewwa Ekaterinburg, ir- Russja. Il-wirja li ta kienet waħda eċċellenti. Għal iktar tagħrif rigward dak kollu li qed torganizza l-Akkademja bħalissa wieħed jista' jżur il-paġna tal-Facebook jew inkella s-sit www. topspintabletennisacademy. com. Apparti minn hekk wieħed jista' jagħmel kuntatt dirett mal-Kowċ fuq 99470278. L-Akkademja dejjem tinsab ħerqana biex tilqa' membri ġodda. Il-kowċ ta' TopSpin Academy Edward Baldacchino flimkien mat-tfal kollha li jiffurmaw parti minn din l-Akkademja rinomata tat-table- tennis ġewwa pajjiżna Il-11-il darba konsekuttiva għal Matthew Asciak u s-7 darba għal Elaine Genovese FTiT tal-jiem ilu l-Federazzjoni Maltija tat-Tennis organizzat il- Gatorade Malta Open fil- Marsa Sports Club, liema tournament ġie fi tmiemu bil-finali tas-singles u d-doubles. Fil-finali tan-Nisa, Elaine Genovese rebħet l-Open tan-Nisa għas-seba' darba wara li għelbet lil Katrina Sammut bl-iskor ta' 6-3, 6-1. Biex waslet għal din il-finali, hija eliminat lil Emma Mallia wara li għelbitha b'mod faċli bl- iskor ta' 6-0 f 'żewġ settijiet u lit-Taljana Julia Tedesco bl-iskor ta' 6-4 u 6-1. It-tennista ewlenija Maltija, Genovese, li matul is-sena li għaddiet kienet l-Ingilterra, tistudja u tirrapreżenta lit-tim tat- tennis tal-Università ta' Bath fil-Kampjonat BUCS, kienet wisq b'saħħitha għall-avversarja żagħżugħa tagħha Katrina Sammut, fejn l-esperjenza wiesa' li tippossjedi Genovese f 'dan l-isport kienet fundamentali biex hija tegħleb lil din it-tennista żagħżugħa. L-ewwel sett tal-konfront provda lil dawk preżenti mumenti eċitanti iżda Genovese wriet il-veru potenzjal tagħha propju fit-tieni sett. Intant, fil-finali tal-irġiel, Matthew Asciak, li rebaħ il-Malta Open għall-11- il darba konsekuttiva, għeleb lit-tennista Franċiż Benjamin Carlotti bl-iskor ta' 7-6, 6-1. Tajjeb ngħidu li Carlotti li għandu 30 sena huwa tennista ferm tajjeb u li lagħab it-tennis fl-Università ta' North Carolina, fl-Istati Uniti. L-ewwel sett ta' din il-finali kien wieħed ferm bilanċjat b'Asciak jikseb vantaġġ ta' 3-1, waqt li Carlotti għamel rimonta tajba fejn saħansitra mar 5-4 minn fuq. Iżda, finalment, kellu jkun it-tennista ewlieni Malti, li rebaħ l-ewwel sett permezz ta' tie-break bl-iscore ta' 7-5. It-tieni sett ra lil Matthew Asciak jiddomina mill-bidu sal- aħħar fejn huwa rebaħ dan is-sett b'mod mill-iktar konvinċenti bl-iskor ta' 6-1. Fi triqtu għall-finali, Asciak għeleb lil Adrian Marcello Vilanueva, Raphael Sammut u Mark Gatt mingħajr ma tilef sett. Fid-doubles Matthew Asciak u Bradley Callus iddefendew it-titlu tagħhom bi stil, meta għelbu lil Mark Gatt u Denzil Agius bl-iskor ta' 6-3, 6-1. Il-president tal- Federazzjoni Maltija tat-Tennis David Farrugia Sacco, flimkien mal-Kap tas-Sezzjoni tat-tennis fi ħdan il-Marsa Sports Club, Godwin Borg, ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa. Matthew Asciak u Elaine Genovese fl-azzjoni waqt il-Gatorade Malta Open tat- Tennis. Ritratti - Mark Asciak

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015