Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 "IRRIDU nikkunsidraw bis-serjetà li ninkludu fil-kurrikula edukattivi, is-suġġett tat-tibdil fil- klima sa mill-primarja. It-tfal tagħna huma aġenti tal-bidla u għandhom rwol importanti ħafna biex jimbuttaw tibdil fl-attitudni fis-soċjetà tagħna." L-MEP Miriam Dalli għamlet din l-istqarrija matul il- Konferenza 'Progressives for Climate' li saret f 'Pariġi ftit ġimgħat biss qabel il-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti, il-COP21 li se ssir f 'Diċembru. Il-konferenza 'Progressives for Climate' kienet organizzata mill-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi flimkient mal-għaqda Ewropea taż-żgħażagħ Soċjalisti, il-YES. L-attività ġabret flimkien 100 żgħażugħ u żgħażugħa minn madwar l-Ewropa kollha, inkluż ukoll 4 żgħażagħ Maltin. Matul diskussjoni interessanti dwar it-tibdil fil-klima u x'azzjonijiet huma meħtieġa, Miriam Dalli tkellmet dwar il-ħtieġa ta' viżjoni fit-tul li tħares lejn il-fatt li l-karbonju huwa investiment riskjuż fil-futur. Dalli insistiet li madwar l-Ewropa għandu jkun hemm politiki li jagħmlu l-karbonju ferm anqas attraenti finanzjarjament milli kif inhu llum, kuntrarjament għal pożizzjoni fejn il-gvernijiet ma jħallux li jsir investiment fil-karbonju. "Politika bħal din ikollha effett mhux mixtieq, għaliex ikollok organizazzjonijiet u istituzzjonijiet li jagħmlu bil-kontra għax isibu 'loopholes' ta' kif jistgħu jduru ma' dawk id- deċiżjonijiet," qalet l-MEP Dalli. "Dak li verament neħtieġu," qalet Dalli, "huwa li jkollna politiki, li jkollna roadmap, li twassal għal bidla fil- mentalità tan-nies, tal- organizazzjonijiet u ta' min jieħu d-deċiżjonijiet. "Din mhijiex kwistjoni għal gvernijiet waħedhom biex jindirizzaw. Kull wieħed u waħda minnha għandha s-saħħa li jibdew ibiddlu l-affarijiet. Kollha kemm aħna nistgħu nikkontribwixxu b'mod konkret biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima," Dr Dalli żiedet tgħid. "Għalhekk huwa importanti li ngħallmu lit-tfal tagħna dwar it- tibdil fil-klima sa minn età żgħira. Jekk nagħmlu dan, nistgħu nwasslu għal bidla fil-mentalità taċ-ċittadini kollha kemm huma, għaliex l-impatt li għandhom it-tfal fuq il-ġenituri tagħhom huwa enormi," temmet tgħid Miriam Dalli. ŵ ĸJFEBGMBMMPXBODF HåBMMJTUVEFOUJHåBXEYJO #Budget2016 FSE 3.234 PROĠETT LEAP mfss.gov.mt/leap Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek 274 persuna bbenefikat minn skema ta' taħriġ (LEAP Traineeship Scheme for beneficiaries) fi ħdan waħda mill-91 entità. Dawn kienu 70 NGOs, 17 il-Kunsill Lokali u 4 entitajiet governattivi Minn 274 benefiċċarju, 21 huma emigranti, 80 huma persuni b'diżabilità, u 36 mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin 60 benefiċċjarju tal-proġett sabu xogħol bl-għajnuna tal-proġett, waqt li 9 komplew jistudjaw Minn 274 benefiċċarju, 5 qatt ma kienu marru skola, 8 kienu bdew il-primarja u ma komplewx, 30 kienu temmew il-primarja biss, 44 ma temmewx is-sekondarja, 144 temmew is-sekondarja, 32 oħra bdew taħriġ post sekondarju u 11 oħra bdew kors Universitarju 59 benefiċċarju kellhom 'il fuq minn 50 sena waqt li 69 kienu fl-età bejn 21 u 30 sena Wara t-taħriġ tal-Leap, 184 benefiċċarju huma issa motivati li jsibu xogħol waqt li 47 benefiċċarju ieħor iħossuhom motivati li jipparteċipaw f'aktar taħriġ Ingħataw aktar minn 260,000 siegħa ta' taħriġ tal-LEAP 90 persuna wettqu żjajjar ta' studju ta' ġimgħa, 36 marru l-Portugal u 54 l-Irlanda Infetħu 6 Ċentri ta' Żvilupp Reġjonali (1 f'Għawdex) u 2 Ċentri tal-familja fil-komunita' Inġabret database ċentrali għall-persuni b'diżabilità, fejn 'il fuq minn 800 persuna ġiet inserita. Ġie kkumpilat direttorju ta' entitajiet li jaħdmu fil-qasam soċjali, maqsum fuq 3 volumi. Minn kull volum ġiet stampata 2,500 kopja. It-tibdil fil-klima għandu jiġi mgħallem sa mill-Primarja – Miriam Dalli Dalli waqt il-konferenza 'Progressives for Climate'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015